Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: L-Arti Viżiva u tal-Ispettaklu

Il-Mużika > LEVEL 9





Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I understand the capacity of visual and performing arts to address moral, ethical, social and political issues relevant to Malta and the wider world. I appreciate that the arts can be challenging and provide a space for addressing social differences as well as facilitating social and cultural cohesion.

L-Aspett tas-Suġġett: Il-mużika fil-kuntest   

1] Kapaċi nidentifika mużika komposta fi żminijiet differenti matul is-sekli 20 u 21.
2] Kapaċi nuri li fhimt kif il-mużika ntużat għal finijiet differenti, bħalma huma l-propaganda u l-komunikazzjoni matul żminijiet ta' gwerra.
3] Kapaċi nuri l-għarfien u l-fehim tiegħi ta' kif il-mużika kummerċjali żviluppat bit-twelid ta' servizzi elettroniċi u l-midja diġitali.
4] Kapaċi niddiskuti t-tipi differenti ta' kompożituri li ħarġu matul is-sekli 20 u 21 u nuri dan l-għarfien fil-kompożizzjonijiet tiegħi stess.  
5] Kapaċi nesplora mużika ta' ġeneri differenti, bħal mużika popolari u musicals u nikkummenta dwar kif dawn il-ġeneri jirriflettu l-kultura u s-soċjetà.
NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
6] Kapaċi nuri li fhimt kif il-mużika minn kulturi differenti tiġi mgħallma b'mod differenti mill-kulturi tal-Punent, billi ninnota d-differenzi fl-elementi użati. 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I am able to draw on my curiosity, imagination and divergent thinking processes to pose questions and explore ideas, spaces, materials and technologies.

L-Aspett tas-Suġġett: Ir-rispons għall-mużika

1] Kapaċi nirrispondi għal varjetà wiesgħa ta' mużika b'modi differenti u nuri li fhimt l-istrutturi ritmiċi differenti permezz tal-moviment.
2] Kapaċi nirrispondi għall-mużika verbalment b'mod kritiku meta nkun qed niddiskuti l-mużika moderna, sperimentali u elettronika komposta fis-sekli 20 u 21.
3] Kapaċi nistaqsi għaliex biċċa mużika partikolari ġiet komposta fil-mod kif ġiet komposta.
4] Kapaċi nirrispondi għall-mużika kontemporanja bl-użu ta' tekniċi tal-arti viżwali kontemporanji inklużi l-forom tal-arti diġitali, u nuri li fhimt ir-relazzjoni bejn il-mużika u l-arti viżiva fis-sekli 20 u 21, u r-rilevanza tagħha fis-soċjetà kontemporanja.
 IL-KOMUNIKAZZJONI



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I understand how to employ basic ethical decision-making, when reflecting on my own and others' art works and when creating art works that involve the intellectual and cultural property rights of others; I can analyse a variety of artistic forms, recognising traditional, historical and contemporary works and identifying possible meanings.

L-Aspett tas-Suġġett: L-evalwazzjoni tal-mużika 

1] Kapaċi nidentifika mużika komposta bl-użu ta' sistemi tonali differenti.
2] Kapaċi nevalwa mużika minn kulturi oħra, u nikkummenta fuq il-modi differenti ta' kif inhuma użati l-elementi mużikali.
 IL-KITBA
3] Kapaċi nuża vokabularju aktar sofistikat meta nevalwa l-mużika, b'termini bħal tonalità u timbru u nidentifika liema strumenti għandhom jintużaw biex jipproduċu effett partikolari.
4] Kapaċi niġġustifika l-valutazzjonijiet tiegħi abbażi tal-għarfien u l-fehim tiegħi tal-elementi, l-għodod u l-kuntest mużikali.
5] Kapaċi naqra u ninterpreta l-partituri mużikali b'mod effettiv.
6] Kapaċi niddiskuti u nirrispondi mużikalment għal diversi interpretazzjonijiet.
 IL-KITBA



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can analyse, intepret and present ideas, problems and arguments in a number of visual and performative ways suited to a range of audiences.

L-Aspett tas-Suġġett: L-eżekuzzjoni

1] Kapaċi ndoqq b'mod mexxej, espressiv u kunfidenti u nanalizza l-eżekuzzjoni tiegħi b'mod kostruttiv.
 PERSONALI
2] Kapaċi ndoqq b'mod mexxej mużika aktar kumplessa, u kunfidenti nagħmel eżekuzzjonijiet għal udjenzi usa'.
3] Kapaċi nuri li fhimt il-proċess ta' kif jiġi organizzat spettaklu formali.
 INTERPERSONALI



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can interpret a variety of artistic forms, recognising and evaluating traditional, historical and contemporary works and identifying possible meanings.

L-Aspett tas-Suġġett: L-improvizzazzjoni

1] Kapaċi nimprovizza melodija b'suċċess billi nuża l-iskali u l-modi.
2] Kapaċi nimprovizza billi nuża strumenti akustiċi b'effetti amplifikati differenti.
 KONJITTIVA
3] Kapaċi nimprovizza cross-rhythm fi grupp u nimprovizza ritmi b'metri differenti, sempliċi u komposti, u nikkombina metri differenti biex nesplora x'effetti jħalli.
 KONJITTIVA



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can apply my understanding of the properties and techniques of media to specific tasks and purposes that will benefit user groups and audiences.

L-Aspett tas-Suġġett: L-użu tal-vuċi tiegħi

1] Kapaċi nkanta f'armonija bħala dwett u f'kor, billi nkanta b'kunfidenza b'ton u dizzjoni tajbin.
2] Kapaċi nuri teknika vokali waqt li qed inkanta.
3] Kapaċi nkanta firxa usa' ta' stili mużikali, inkluż repertorju ta' teatru mużikali klassiku u modern, mużika popolari u biċċiet sagri u klassiċi.
4] Kapaċi nkanta kanzunetti minn pajjiżi differenti bl-użu ta' teknika tal-vuċi adegwata.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can interpret, communicate and present ideas, problems and arguments in a number of visual and performative modes, recognising the pluralism of audience.

L-Aspett tas-Suġġett: Id-daqq tal-istrumenti

1] Kapaċi ndoqq firxa wiesgħa ta' strumenti b'mod mexxej u meta nkun qed indoqq kapaċi nkun 'sensittiv/a' għall-istruttura u nikkomunika dan lill-udjenza.
2] Kapaċi ndoqq b'mod effettiv f'ensemble, naġġusta d-daqq tiegħi għall-preżenza ta' oħrajn, nibqa' ndoqq b'mod mexxej fl-iżbalji, u niffoka fuq li nikkomunika l-mużika lill-udjenza, u ma nagħtix attenzjoni biss lill-aspetti tekniċi tal-mużika.
3] Kapaċi ndoqq b'mod kunfidenti l-'parti tiegħi' minn partitura kompluta.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I know how to learn and update my knowledge of the arts.

L-Aspett tas-Suġġett: L-użu tat-teknoloġija – Il-promozzjoni tal-litteriżmu diġitali 

1] Kapaċi neditja biċċa recording ta' eżekuzzjoni u nipproduċi CD/album diġitali tal-kunċert.
2] Kapaċi nuża varjetà ta' għodod differenti li jirrekordjaw biex intejjeb ix-xogħol/preżentazzjonijiet tiegħi.
3] Kapaċi nuża tagħmir ta' amplifikazzjoni u kapaċi nuri li nifhem x'inhu użu tajjeb tat-teknoloġija.
4] Naf meta jkun hemm bżonn ta' sistema ta' amplifikazzjoni, meta strumenti u kantanti għandhom bżonn jiġu amplifikati, u kapaċi nidentifika r-relazzjoni bejn l-akustika ta' kamra, il-midja ntużati għall-eżekuzzjonijiet u l-użu tat-teknoloġija biex intejjeb l-eżekuzzjoni.
5] Kapaċi nuża softwer tal-partituri biex nikteb kompożizzjoni, nirrekordja kampjuni lajv, nuża softwer biex nużahom, nibdel il-ħoss bl-użu ta' effetti differenti u kampjuni ta' ħsejjes fuq rotazzjoni biex noħloq ripetizzjoni.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can apply my understanding of the properties and techniques of media to specific tasks and purposes that will benefit user groups and audiences.

L-Aspett tas-Suġġett: Notazzjoni

1] Kapaċi nagħti eżekuzzjoni, kemm vokali kif ukoll fuq strument b'ħoss determinat (pitch), waqt li naqra b'mod mexxej minn firxa wiesgħa ta' notazzjoni.
2] Kapaċi nuża vokabularju sofistikat fuq bażi regolari meta niddiskuti n-notazzjoni. 
3] Kapaċi nfassal proġetti bl-użu tan-notazzjoni u nwassalhom għat-twettiq tagħhom.
4] Kapaċi nuża softwer tan-notazzjoni biex nieħu nota ta' kompożizzjoni, nirrekordja kampjuni lajv, nuża softwer biex nużahom, nibdel il-ħoss bl-użu ta' effetti differenti u kampjuni fuq rotazzjoni biex noħloq ir-ripetizzjoni meħtieġa.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I understand that imaginative activity can be harnessed to produce outcomes for the culture, creativity and wealth of Malta and the wider world; I am aware of professional arts companies, galleries, museums, cultural organisations and creative adults in Malta and the wider world and understand their role in fostering lifelong learning in the arts.

L-Aspett tas-Suġġett: Il-komunikazzjoni, il-parteċipazzjoni u l-interazzjoni fl-eżekuzzjonijiet u l-preżentazzjonijiet

1] Kapaċi niddiskuti u nistudja stil mużikali kontemporanju, nanalizza l-istrutturi tiegħu, nuża elementi mużikali biex niddeskrivi l-influwenza tiegħu fuq stili oħra, u nidentifika kif ċerti 'impulsi estetiċi' għandhom effett fuq il-kultura.
2] Kapaċi nqabbel u nanalizza verżjonijiet tal-istess xogħol minn żminijiet differenti, nirriċerka u nikkompara reċensjonijiet ta' kull verżjoni, niddiskuti x'raġunijiet jista' jkun hemm għall-fehmiet mistqarra f'kull reċensjoni, u nikteb reċensjoni oriġinali qasira ta' kull verżjoni fil-format ta' reċensjoni ta' gazzetta lokali, rivista jew websajt.
 IL-KITBA
3] Kapaċi nħejji u nagħmel provi għal programm qasir ta' xogħlijiet f'firxa ta' stili differenti għal eżekuzzjoni fi grupp, imbagħad nippreżenta u nirrekordja l-programm.
 PERSONAL
4] Nibqa' aġġornat/a mal-avvenimenti li jkunu qed iseħħu f'diversi lokalitajiet tal-gżejjer Maltin permezz tal-internet, il-gazzetti u midja oħrajn u nieħu sehem/nuri xogħlijiet f'dawn l-avvenimenti.
 L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI
5] Kapaċi nsegwi avvenimenti artistiċi barra minn Malta permezz tal-internet u l-midja stampati.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I know how to learn and update my knowledge of the arts.

L-Aspett tas-Suġġett: L-iżvilupp, it-twessigħ u l-ipperfezzjonar tal-għarfien dwar il-mużika

1] Kapaċi nifhem l-oriġini u l-importanza tal-istili mużikali u tal-istrumenti ta' diversi kulturi, nanalizza repertorji għal kwalitajiet espressivi u nuża terminoloġija adegwata f'osservazzjonijiet li jiddeskrivu kif il-kompożituri jużaw id-dinamika, l-estensjoni, ir-ritmu u l-istrumentazzjoni biex jiksbu l-effett mixtieq.
2] Kapaċi niddiskuti r-rispons emozzjonali tiegħi għal diversi ġeneri ta' mużika tradizzjonali u mhux tradizzjonali.
3] Kapaċi ninterpreta l-marki ta' spartit u vokabularju biex niddeskrivi kif dawn jikkontribwixxu għal eżekuzzjoni mużikali/espressiva.
4] Kapaċi nidentifika l-forom u kapaċi neżegwixxi/niddiskuti repertorju vast ta' letteratura mużikali.
5] Kapaċi nidentifika r-rabta bejn il-vuċijiet u l-istrumenti u kif l-arranġament tagħhom jikkontribwixxi għall-eżekuzzjoni.
6] Kapaċi naċċessa informazzjoni, riżorsi u għodod marbutin mal-mużika, nistabbilixxi rabtiet bejn l-istili mużikali popolari u l-ġrajjiet li jkunu nebbħuhom, u niddeskrivi d-diversi rabtiet mill-istili differenti.
 L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI
7] Kapaċi nuża l-għarfien tiegħi tal-produzzjoni tal-mużika, l-għodod u l-istennijiet tal-udjenzi biex nieħu sehem f'għadd ta' avvenimenti mużikali fl-iskola u l-komunità tiegħi.
 MIDJA DIĠITALI
8] Kapaċi ninżel aktar fil-fond u nwessa' l-attivitajiet ta' riċerka u l-prattiki ta' eżekuzzjoni tiegħi billi nikkollabora ma' diversi professjonisti tal-mużika u nuża l-internet u tekniki ta' riċerka fil-libreriji biex insolvi problemi fil-mużika.
9] Kapaċi niddistingwi bejn tipi differenti ta' recordings.
10] Kapaċi nagħmel differenza bejn eżekuzzjonijiet professjonali u ta' studenti 'bil-widna'.
11] Kapaċi niddistingwi bejn ġeneri ta' mużika differenti u livelli ta' għarfien espert tekniku.
12] Kapaċi nuża tekniki tal-produzzjoni tal-mużika, varjetà ta' strumenti mużikali, tagħmir tekniku u riżorsi onlajn biex nieħu sehem sħiħ f'varjetà ta' avvenimenti mużikali fl-iskola u l-komunità tiegħi.
 MIDJA DIĠITALI
13] Kapaċi nuri li fhimt id-differenzi bejn mużiċist professjonist u xi ħadd li jagħmel il-mużika mhux bħala x-xogħol ewlieni tiegħu.




Agħti r-rispons tiegħek hawn