Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: L-Arti Viżiva u tal-Ispettaklu

Id-Drama > LEVEL 5





Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can devise scripted and improvised scenes, exploring real and imaginary narratives using drama skills and theatre conventions to engage an audience.

L-Aspett tas-Suġġett: Prattika

1]  Kapaċi nuża konvenzjonijiet sempliċi tat-teatru, bħalma huma xeni statiċi u oħrajn li jiċċaqilqu, kif ukoll l-improvizzazzjoni biex nippjana u nirrappreżenta xeni sempliċi. 
2] Kapaċi nirreaġixxi għal mistoqsijiet u djalogu meta niġi indirizzat/a mill-għalliem li jkun qed jagħmel rwol, kif ukoll waqt logħob fejn nassumi rwoli differenti li nkun qed nilgħab ma' sieħeb/sieħba, jew fi grupp żgħir. 
3] Kapaċi nesplora problemi f'sitwazzjonijiet immaġinarji abbażi ta' stejjer minn kuntesti reali u testi qosra, biex ninterpretahom u nippjana xeni qosra sempliċi.
4] Kapaċi nagħżel props sempliċi u oġġetti li jirrappreżentaw rwol partikolari biex xena qasira tkun tinftiehem aktar.
 NITGĦALLEM KIF
5] Kapaċi nidentifika aspetti drammatiċi bħall-kunflitt, il-punti fejn tinbidel l-istorja, kif ukoll il-karattri fi stejjer u avvenimenti magħrufin.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can experiment with movement, expression, voice and language and use theatre arts technology to create tension, mood and atmosphere and I can adapt and sustain different roles, to enter into the fictional world of drama.

L-Aspett tas-Suġġett: Rappreżentazzjonijiet Teatrali

1] Kapaċi nuża l-konvenzjonijiet tat-teatru, bħal xeni statiċi jew li jiċċaqilqu, kif ukoll djalogu improvizzat sempliċi biex nagħmel xeni sempliċi għall-istudenti l-oħra tal-klassi tiegħi u oħrajn.
 IT-TAGĦLIM PERSONALI
2] Kapaċi nidħol f'karattru u nieħu sehem f'logħob fejn nassumi rwoli differenti b'mod improvizzat u xeni ta' drama fejn ngħix il-parti bit-tmexxija tal-għalliem/a li jkunu qegħdin fi rwol u fi gruppi żgħar.
 IT-TAGĦLIM SOĊJALI
3] Kapaċi nuża props u ħsejjes sempliċi f'biċċa xogħol teatrali qasira biex noħloq burdata u atmosfera.
 NITGĦALLEM KIF



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can analyse and evaluate the effectiveness of the technical aspects of structure, meaning and impact of performance and I can give and receive constructive comments, on my own and others’ work.

L-Aspett tas-Suġġett: Nirrifletti fuq id-Drama

1] Kapaċi nesprimi l-ħsibijiet u s-sentimenti tiegħi dwar rapreżentazzjoni teatrali li nkun rajt jew ħadt sehem fih, billi nistaqsi u nwieġeb mistoqsijiet sempliċi dwar it-tifsira tax-xena jew l-istorja li magħhom nista' nirrelata l-esperjenzi tal-ħajja tiegħi stess.
2] Kapaċi nispjega f'termini sempliċi kemm meta nkun fir-rwol kif ukoll meta ma nkunx, kif ukoll kif u għaliex karattru rreaġixxa għal sitwazzjoni jew problema b'ċertu mod.
 NITGĦALLEM KIF
3] Kapaċi nissuġġerixxi u nispjega f'termini sempliċi liema aspetti u konvenzjonijiet teatrali intużaw sabiex rapreżentazzjoni teatrali tkun laħqet l-għanijiet tagħha.
 IT-TAGĦLIM SOĊJALI



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: ​I can collaborate, share ideas and respond to others, in and out of role, to support and develop actions, ideas or emotions to communicate with an audience.

L-Aspett tas-Suġġett: Naħdem ma' Ħaddieħor

1] Kapaċi niddiskuti ideat ma' nies oħra biex tittieħed deċiżjoni dwar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet għall-ippjanar u s-sehem f'xeni sempliċi.
 IT-TAGĦLIM SOĊJALI




Agħti r-rispons tiegħek hawn