Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: L-Arti Viżiva u tal-Ispettaklu

Id-Drama > LEVEL 7





Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can devise scripted and improvised scenes, exploring real and imaginary narratives using drama skills and theatre conventions to engage an audience.

L-Aspett tas-Suġġett: Prattika

1] Kapaċi nippjana u noħloq xena li tesplora ideat, kwistjonijiet jew relazzjonijiet, u nagħtiha struttura billi nuża forom u konvenzjoniijiet tat-teatru adegwati bħalma huma d-dokumentarji drammatiċi u l-mumenti fejn il-karattri jfissru ħsibijiethom (thought tracking).
 NITGĦALLEM KIF
2] Kapaċi nippjana, nimprovizza, u nikteb skripts sempliċi jew direzzjonijiet għal xena ta' drama, billi nuri li fhimt x'inhi l-karatterizzazzjoni, id-djalogu, il-kuntest, u t-tensjoni drammatika.  
3] Kapaċi nippjana u nagħti struttura lil drama improvizzata li tagħmel użu minn varjetà ta' konvenzjonijiet biex niżviluppa narrattiva drammatika bħal stejjer jew mima, li jimmarkaw il-mument.
4] Kapaċi nagħżel dawl, effetti bil-ħoss, props simboliċi, sets jew kostumi, u nippjana li nużahom b'mod adegwat fl-eżekuzzjoni jew ix-xena.
 L-UŻU TAT-TEKNOLOĠIJA DIĠITALI
5] Kapaċi niddeskrivi u ninterpreta l-elementi drammatiċi bħall-kunflitt, il-punti fejn tinbidel l-istorja, kif ukoll il-karattri fl-iskripts u t-testi.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can experiment with movement, expression, voice and language and use theatre arts technology to create tension, mood and atmosphere and I can adapt and sustain different roles, to enter into the fictional world of drama.

L-Aspett tas-Suġġett: Rappreżentazzjonijiet Teatrali

1] Kapaċi nagħmel xeni improvizzati jew li nkun ħloqt jien stess billi nuża firxa ta' konvenzjonijiet tat-teatru biex noħloq burdata u atmosfera u biex inwassal it-tifsira b'mod ċar permezz ta' moviment u kliem.
2] Kapaċi nesperimenta bil-vuċi u l-moviment biex noħloq u nippreżenta karattri differenti fl-improvizzazzjoni u rapreżentazzjonijiet teatrali u nżomm ir-rwol u nwieġeb fil-karattru.
3] Kapaċi nuża dawl sempliċi bħal torċi u effetti tal-ħoss, inklużi mużika, props u kostumi b'mod b'mod adegwat biex intejjeb it-tifsira tar-rapreżentazzjoni teatrali.
 NITGĦALLEM KIF



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can analyse and evaluate the effectiveness of the technical aspects of structure, meaning and impact of performance and I can give and receive constructive comments, on my own and others’ work.

L-Aspett tas-Suġġett: Nirrifletti fuq id-Drama

1] Kapaċi nidentifika t-temi u l-kwistjonijiet f'xogħli u f'xogħol l-oħrajn u nissuġġerixxi t-teknikalitajiet li sawru ix-xogħol teatrali u li kienu effettivi fuq l-udjenza.
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ 
2] Kapaċi niddiskuti l-għażliet li jkunu saru fid-deċiżjoni u l-eżekuzzjoni tal-azzjonijiet u r-reazzjonijiet tal-karattri fir-rapreżentazzjoni teatrali, u nqis risponsi alternattivi. 
 NITGĦALLEM KIF
3] Kapaċi niddeskrivi kif konvenzjonijiet sempliċi tat-teatru, azzjonijiet, id-disinn tal-produzzjoni, jew prestazzjonijet individwali f'xena drammatika jistgħu jżidu l-pjaċir u/jew il-fehim tal-udjenza.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: ​I can collaborate, share ideas and respond to others, in and out of role, to support and develop actions, ideas or emotions to communicate with an audience.

L-Aspett tas-Suġġett: Naħdem ma' Ħaddieħor

1] Kapaċi nikkomunika b'mod kunfidenti fi grupp biex ninnegozja u nippjana għażla ta' konvenzjonijiet teatrali biex nesplora sitwazzjonijiet u noħloq xeni.
 NITGĦALLEM KIF




Agħti r-rispons tiegħek hawn