Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: Is-Saħħa u l-Edukazzjoni Fiżika

L-Edukazzjoni Fiżika u l-Isport > LEVEL 5





Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nilħaq kompromess fl-ambjent tiegħi tat-tagħlim filwaqt li nieħu sehem u nitgħallem b'mod effettiv f'kuntesti differenti, kemm fl-iskola kif ukoll fil-komunità inġenerali. 

L-Aspett tas-Suġġett: Kapaċi nitgħallem b'mod indipendenti f'ambjent ta' tagħlim li jiffoka fuq l-istudent. 

1] Konxju/a li l-parteċipazzjoni f'attivitajiet immexxija mill-għalliema għandhom sens filwaqt li jgħinuni nitgħallem aktar fuq il-kapaċità fiżika tiegħi u l-ħila li ntejjeb it-tagħlim tiegħi. 
IT-TAGĦLIM PERSONALI 
2] Kapaċi naħdem b'mod indipendenti għal perjodi twal ta' ħin.  
IT-TAGĦLIM PERSONALI 
3] Kapaċi nuri mġiba responsabbli f'sitwazzjonijiet indipendenti fi grupp.
NITGĦALLEM INKUN JIEN 
4] Kapaċi nirrifletti fuq imġiba personali u soċjali f'kuntest ta' attività fiżika. 
NITGĦALLEM INKUN JIEN 
5] Kapaċi naċċetta rispons li jikkoreġi mingħand l-għalliem/a. 
IL-BIDLA SOĊJALI 
6] Kapaċi naċċetta b'rispett rispons li jikkoreġi mingħand ħaddieħor, eż. sħabi. 
IL-BIDLA SOĊJALI 
7] Konxju/a li kapaċi nitgħallem aktar meta nkun motivat/a u nieħu gost bl-attivitajiet fiżiċi u l-logħob li qed nieħu sehem fihom. 
8] Konxju/a li kapaċi nieħu sehem f'attivitajiet fiżiċi differenti b'livelli differenti ta' diffikultà. 
IT-TAGĦLIM PERSONALI 



L-Aspett tas-Suġġett:





Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nosserva, nanalizza, u napprezza l-kapaċitajiet tiegħi u ta' ħaddieħor biex nifhem aħjar il-proċess tat-tagħlim filwaqt li ntejjeb l-esperjenzi tat-tagħlim tiegħi u ta' sħabi. 

L-Aspett tas-Suġġett: It-tisħiħ tal-litteriżmu fiżiku. 

1] Kapaċi nieħu sehem fil-lezzjoni tal-Edukazzjoni Fiżika mingħajr il-bżonn li jgħiduli l-għalliema.
2] Kapaċi nuri ħiliet sempliċi filwaqt li nżomm il-bilanċ u noħloq sensiela ta' movimenti kreattivi. 
3] Kapaċi nuża varjetà ta' ħiliet tal-moviment f'numru żgħir ta' biċċiet prattiċi, żfin, u esperjenzi edukattivi fil-ġinnastika.  
4] Kapaċi ngħaqqad sensiela ta' movimenti taż-żfin sabiex niżviluppa, noħloq, u nagħmel żifna oriġinali waħdi jew fi grupp. 
5] Kapaċi nipparteċipa f'numru ta' attivitajiet fiżiċi, sport, u logħob li jeħtieġ firxa ta' abbiltajiet ta' moviment minn naħa għal oħra, u manipulattivi. 
6] Kapaċi nieħu sehem f'attivitajiet f'ambjenti differenti, eż. postijiet fil-miftuħ jew magħluqa. 
7] Kapaċi nagħmel movimenti li jirrikjedu l-użu ta' livelli varji ta' direzzjoni u ħeffa. 
8] Kapaċi niddeskrivi l-kapaċità fiżika personali tiegħi u ta' ħaddieħor. 
9] Kapaċi napprezza l-kisba b'suċċess tal-ħiliet tal-moviment u kif dawn jistgħu jiġu applikati fil-movimenti ta' kuljum u esperjenzi tal-ħajja. 
IT-TAGĦLIM KONJITTIV



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi niżviluppa ħiliet, kompetenzi, u attitudnijiet li jsostnu s-saħħa inġenerali attwali tiegħi u l-benesseri, filwaqt li jinkoraġġuni nkompli ngħix stil ta' ħajja b'saħħitha fil-futur. 

L-Aspett tas-Suġġett: Il-possibbiltà li l-istudenti jieħdu sehem f'attività fiżika matul ħajjithom. 

1] Kapaċi nagħżel attività fiżika li fiha nista' nipparteċipa fl-iskola u barra mill-iskola. 
IT-TAGĦLIM PERSONALI 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Konxju/a li t-tagħlim u l-ħiliet f'attività fiżika u l-isport jistgħu jgħinuni nsir aktar konxju/a tiegħi nnifsi u kif nitgħallem, kif ukoll kif għandi nħares lejja nnifsi b'mod pożittiv. Barra minn hekk nuri li nifhem in-natura u l-għan ta' varjetà ta' attivitajiet fiżiċi u l-isport, filwaqt li kapaċi nuża dan il-fehim biex insolvi problemi u nasal għal deċiżjonijiet xierqa. 

L-Aspett tas-Suġġett: L-indirizz tal-isfidi u l-ħiliet marbuta mas-soluzzjoni ta' problemi permezz tal-Edukazzjoni Fiżika.

1] Kapaċi nqabbel attivitajiet fiżiċi li nħossni kunfidenti fihom ma' oħrajn li joffruli aktar sfidi. 
IL-LINGWA ESPRESSIVA
2] Kapaċi nuri l-frustrazzjoni tiegħi meta ma jirnexxilix immur tajjeb f'biċċa xogħol li tinvolvi l-attività fiżika.
IL-LINGWA ESPRESSIVA 
3] Kapaċi nsolvi problemi u nitkellem sabiex niżviluppa livell bażiku ta' ħsieb kritiku fuq attività fiżika, kemm fuq bażi individwali, kif ukoll fi grupp. 
IL-LINGWA ESPRESSIVA 

4] Kapaċi nuri ħiliet biex insolvi sfidi partikolari bħala parti minn grupp żgħir f'kuntest ta' attività fiżika. 
5] Kapaċi nuri l-ħila li naħdem ma' sħabi tal-klassi, anke jekk ikun hemm xi differenzi, permezz ta' strateġiji tattiċi biex insolvi problema. 
IL-BIDLA SOĊJALI 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Nagħraf il-fatt illi li titgħallem f'kuntesti, u permezz ta' kuntesti differenti, inkluż l-attività fiżika u l-isport, jikkontribwixxi għas-saħħa u l-benesseri inġenerali, inkluż il-benesseri fiżiku, soċjali, emozzjonali, u psikoloġiku. Kapaċi naħdem b'mod effettiv waħdi, f'koppja ma' ħaddieħor u fi gruppi żgħar sabiex inkabbar l-esperjenzi tiegħi ta' tagħlim u dawk ta' ħaddieħor. 

L-Aspett tas-Suġġett: Il-ħidma lejn l-iżvilupp olistiku tal-istudenti.

1] Kapaċi nagħmel għażliet fuq l-attivitajiet fiżiċi li fihom nista' nesprimi ruħi, eż. iż-żfin, u l-ġinnastika.
2] Kapaċi nidentifika r-raġunijiet għaliex jogħġbuni ċerti attivitajiet fiżiċi. 
3] Kapaċi nikklassifika l-livelli ta' gost u kapaċità f' attivitajiet fiżiċi varji. 
IT-TAGĦLIM PERSONALI 
4] Konxju/a li l-attivitajiet fiżiċi li nieħu sehem fihom huma skont l-età u l-abbiltà tiegħi. 
IT-TAGĦLIM PERSONALI 
5] Kapaċi nagħżel attività li nista' nieħu sehem fiha barra mill-iskola. 
6] Napprezza l-abbiltajiet tiegħi u ta' ħaddieħor f'kuntesti ta' attivitajiet fiżiċi u sport. 
7] Kapaċi naħdem ma' kull persuna fil-klassi tiegħi irrispettivament mid-differenzi fl-abbiltajiet fiżiċi. 
IT-TAGĦLIM SOĊJALI 
8] Kapaċi nikkopera u naħdem ma' ħaddieħor. 
IT-TAGĦLIM SOĊJALI 
9] Kapaċi nfaħħar lill-oħrajn għas-suċċess tagħhom fl-eżekuzzjoni fiżika u waqt il-logħob. 
10] Kapaċi naċċetta parteċipanti ta' kull abbiltà u ħiliet differenti (aħjar jew agħar minni). 
11] Kapaċi nitkellem fuq l-interazzjonijiet soċjali pożittivi li joħorġu meta nieħu sehem f'attività fiżika ma' oħrajn. 
IL-LINGWA ESPRESSIVA 




Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nuri li nifhem lil ġismi, kif qed jikber, u l-iżvilupp tiegħu, u kif dan flimkien ma' informazzjoni u approċċ ibbilanċjat lejn id-dieta u l-eżerċizzju, jistgħu jkollhom impatt pożittiv fuq it-tagħlim tiegħi, is-saħħa olistika, u l-benesseri. 

L-Aspett tas-Suġġett: Il-kuxjenza favur is-saħħa u l-għarfien ta' ġisimna. 

1] Kapaċi nibda ngħaqqad u nagħmel konnessjonijiet bejn is-saħħa u l-benesseri u s-saħħa fiżika, mentali, soċjali, u emozzjonali tiegħi. 
2] Kapaċi nuri l-ħila li nkejjel u nimmonitorizza r-rata tal-qalb. 
3] Kapaċi nidentifika kif jaħdmu numru ta' muskoli partikolari. 
4] Konxju/a li l-ikel jagħti l-enerġija għall-attività fiżika. 
5] Kapaċi nagħmel differenza bejn ikel tajjeb għas-saħħa u dak li mhux, u li jaffettwa l-attività fiżika. 
6] Kapaċi nagħraf "il-bilanċ għas-saħħa" ta' nutrizzjoni tajba mal-attività fiżika. 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi niddiskuti (b'mod kritiku) u nirrifletti fuq il-modi li bihom l-ideat fuq is-saħħa, l-attività fiżika, u l-isport jiġu ffurmati fis-soċjetà sabiex jitkissru l-barrieri, jinbidlu l-perċezzjonijiet, u jinħolqu esperjenzi aktar ġusti għal kulħadd. 

L-Aspett tas-Suġġett: It-tkissir tal-barrieri. 

1] Konxju/a li l-għajnuna u l-kuraġġ li nagħmel lil ħaddieħor joffru sapport lil sħabi tal-klassi bi bżonnijiet fiżiċi varji. 
L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI




Agħti r-rispons tiegħek hawn