Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: Is-Saħħa u l-Edukazzjoni Fiżika

L-Edukazzjoni Fiżika u l-Isport > LEVEL 7





Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nilħaq kompromess fl-ambjent tiegħi tat-tagħlim filwaqt li nieħu sehem u nitgħallem b'mod effettiv f'kuntesti differenti, kemm fl-iskola kif ukoll fil-komunità inġenerali. 

L-Aspett tas-Suġġett: Kapaċi nitgħallem b'mod indipendenti f'ambjent ta' tagħlim li jiffoka fuq l-istudent. 

1] Konxju/a li kapaċi nitgħallem b'mod differenti, inkluż billi nosserva, nisma', nistaqsi, niddiskuti, insolvi l-problemi, u nagħmel il-ħaġa nnifisha. 
IT-TAGĦLIM KONJITTIV 
2] Konxju/a tat-tipi differenti ta' ta' tagħlim li kapaċi nieħu sehem fih biex niżviluppa l-kapaċità tiegħi fl-attività fiżika u l-isport. Kapaċi nuri li nifhem l-irwol tal-għalliem/a li jgħinuni fit-tagħlim tiegħi. 
IT-TAGĦLIM KONJITTIV
3] Konxju/a tal-modi li bihom l-esperjenzi tiegħi tal-passat fl-attivitajiet fiżiċi u l-isport jistgħu jintużaw biex isaħħu t-tagħlim tiegħi. 
IT-TAGĦLIM KONJITTIV 

4] Kapaċi nieħu sehem f'firxa ta' attivitajiet fiżiċi u sport għal raġunijiet differenti. Kapaċi nfisser dawn ir-raġunijiet, filwaqt li nissettja l-miri personali ta' tagħlim li rrid nilħaq f'kull kuntest. 
IT-TAGĦLIM PERSONALI 

5] Nieħu sehem f'attivitajiet fiżiċi u sportivi li jagħmlu sens għalija u li jġagħluni nħossni tajjeb/tajba, kunfidenti u kuntent/a bit-tagħlim tiegħi u l-kapaċitajiet li jmorru lil hinn mill-kuntest tal-iskola. 
IT-TAGĦLIM PERSONALI 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nosserva, nanalizza, u napprezza l-kapaċitajiet tiegħi u ta' ħaddieħor biex nifhem aħjar il-proċess tat-tagħlim filwaqt li ntejjeb l-esperjenzi tat-tagħlim tiegħi u ta' sħabi. 

L-Aspett tas-Suġġett: It-tisħiħ tal-litteriżmu fiżiku. 

1] Kapaċi nagħżel u nipprattika ħiliet aktar kumplessi b'mod ikkontrollat sabiex nilħaq għanijiet aktar kumplessi ta' attività. 
IT-TAGĦLIM PERSONALI
2] Kapaċi nipprattika ħiliet sempliċi li jistgħu jkunu kemxejn varjati li jippermettu tibdiliet żgħar fl-ambjent tat-tagħlim. 
IT-TAGĦLIM KREATTIV 
3] Kapaċi nipprattika, filwaqt li ngħaqqad numru ta' ħiliet u movimenti b'modi personali, uniċi u kreattivi li jirriflettu tema jew strateġija. 
IT-TAGĦLIM KREATTIV 
4] Kapaċi nosserva u niddeskrivi b'mod eżatt il-kapaċità tiegħi u ta' oħrajn f'kuntesti sempliċi. 
IL-KITBA
5] Kapaċi niddeskrivi l-elementi ta' eżekuzzjoni ritmika jew kreattiva sabiex nirrifletti l-kwalità tal-eżekuzzjoni. 
IL-KITBA
6] Kapaċi nipprattika ħiliet sempliċi b'mod preċiż u b'kontroll f'sitwazzjonijiet żviluppati b'mod xieraq, fejn il-ġudizzju huwa mibni fuq it-titjib individwali aktar milli tqabbil normattiv. 
7] Kapaċi nieħu sehem b'mod effettiv f'numru ta' attivitajiet fiżiċi u sportivi. Nieħu gost bil-parteċipazzjoni tiegħi, filwaqt li nista' nagħmel xi għażliet f'dak li għandu x'jaqsam mal-attivitajiet li nieħu sehem fihom. 
8] Konxju/a li hemm tipi differenti ta' attivitajiet fiżiċi u sportivi li jitolbu affarijiet differenti mill-eżekuzzjoni tiegħi. Kapaċi nuri li nifhem l-għanijiet ewlenin ta' numru ta' attivitajiet u r-regoli bażiċi ta' kull attività. 
9] Nuża dan il-fehim biex nipparteċipa b'mod ġust u inklussiv. 
10] Konxju/a tal-livell attwali tiegħi tal-kapaċità f'numru ta' attivitajiet fiżiċi u sportivi. Kapaċi nissettja għanijiet realistiċi iżda fl-istess ħin li joffru sfida kemm fuq perjodu ta' żmien qasir, kif ukoll fuq perjodu ta' żmien twil għat-tagħlim tiegħi u t-titjib tal-kapaċitajiet tiegħi. 
IT-TAGĦLIM PERSONALI 
11] Kapaċi nippjana u norganizza biċċiet ta' xogħol li nitgħallem fihom li huma speċifiċi għall-bżonnijiet tiegħi f'numru ta' attivitajiet fiżiċi u sportivi. 
IT-TAGĦLIM PERSONALI 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi niżviluppa ħiliet, kompetenzi, u attitudnijiet li jsostnu s-saħħa inġenerali attwali tiegħi u l-benesseri, filwaqt li jinkoraġġuni nkompli ngħix stil ta' ħajja b'saħħitha fil-futur. 

L-Aspett tas-Suġġett: Il-possibbiltà li l-istudenti jieħdu sehem f'attività fiżika matul ħajjithom. 

1] Konxju/a tal-benefiċċji tal-attività fiżika u l-isport, inkluż is-soċjali, il-konjittiv, u l-fiżiku, u kif dawn jistgħu jgħinuni f'ħajti.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Konxju/a li t-tagħlim u l-ħiliet f'attività fiżika u l-isport jistgħu jgħinuni nsir aktar konxju/a tiegħi nnifsi u kif nitgħallem, kif ukoll kif għandi nħares lejja nnifsi b'mod pożittiv. Barra minn hekk nuri li nifhem in-natura u l-għan ta' varjetà ta' attivitajiet fiżiċi u l-isport, filwaqt li kapaċi nuża dan il-fehim biex insolvi problemi u nasal għal deċiżjonijiet xierqa. 

L-Aspett tas-Suġġett: L-indirizz tal-isfidi u l-ħiliet marbuta mas-soluzzjoni ta' problemi permezz tal-Edukazzjoni Fiżika.

1] Konxju/a li l-iżbalji jagħmlu parti mit-tagħlim tiegħi u nuża dan il-fehim sabiex intejjeb it-tagħlim u l-ħiliet tiegħi. 
IT-TAGĦLIM PERSONALI 
2] Konxju/a ta' meta u għaliex ikolli taħlita ta' emozzjonijiet waqt il-lezzjoni tal-Edukazzjoni Fiżika, u kapaċi nikkontrolla l-emozzjonijiet u l-imġiba tiegħi f'dawn il-każijiet. 
3] Naf kif l-esperjenza tiegħi ma' ħaddieħor tista' tgħinni naffronta dawn l-emozzjonijiet. 
4] Kapaċi nesplora firxa ta' soluzzjonijiet tattiċi sempliċi biex insolvi numru ta' problemi tattiċi sempliċi. 
IT-TAGĦLIM KONJITTIV 
5] Kapaċi nagħżel u nuża strateġiji xierqa biex insolvi problemi tattiċi sempliċi. 
IT-TAGĦLIM KONJITTIV 
6] Kapaċi nesplora firxa ta' soluzzjonijiet ta' movimenti sempliċi sabiex insolvi numru ta' problemi sempliċi ta' moviment. Konxju/a li l-esplorazzjoni tiegħi tgħinni niżviluppa soluzzjoni unika b'mod personali. 
IT-TAGĦLIM KONJITTIV



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Nagħraf il-fatt illi li titgħallem f'kuntesti, u permezz ta' kuntesti differenti, inkluż l-attività fiżika u l-isport, jikkontribwixxi għas-saħħa u l-benesseri inġenerali, inkluż il-benesseri fiżiku, soċjali, emozzjonali, u psikoloġiku. Kapaċi naħdem b'mod effettiv waħdi, f'koppja ma' ħaddieħor u fi gruppi żgħar sabiex inkabbar l-esperjenzi tiegħi ta' tagħlim u dawk ta' ħaddieħor. 

L-Aspett tas-Suġġett: Il-ħidma lejn l-iżvilupp olistiku tal-istudenti.

1] Nieħu gost bil-varjetà ta' attivitajiet fiżiċi u sport li nieħu sehem fihom għaliex kapaċi nuri li nifhem kif dawn jirrelataw miegħi. 
IT-TAGĦLIM PERSONALI 
2] Konxju/a li għandi kemm ħiliet kif ukoll nuqqasijiet fit-tagħlim konjittiv, soċjali, u emozzjonali f'firxa ta' attivitajiet fiżiċi differenti u sport. Kapaċi niddeskrivi l-ħiliet u n-nuqqasijiet tiegħi f'kull settur. 
IT-TAGĦLIM KONJITTIV  
3] Kapaċi niddeskrivi l-ħiliet u n-nuqqasijiet ta' ħaddieħor. Konxju/a, filwaqt li kapaċi nuri li nifhem il-fatt li l-oħrajn fil-klassi għandhom ħiliet u nuqqasijiet differenti. 
IL-KITBA
4] Kapaċi nuri li nagħti kas u nuri empatija ma' ħaddieħor billi nisma', niddiskuti, u nagħmlilhom kuraġġ waqt it-tagħlim u l-eżekuzzjoni tagħhom. Kapaċi nuri li nifhem kif dan jista' jgħin ir-relazzjonijiet tiegħi mal-oħrajn fil-klassi u l-esperjenzi tiegħi tat-tagħlim waqt l-Edukazzjoni Fiżika. 
NITGĦALLEM INKUN JIEN 
5] Kapaċi nikkomunika mal-oħrajn b'mod miftuħ, demokratiku, u ġust filwaqt li nagħti valur lill-opinjonijiet tagħhom. Nirrispetta t-tagħlim, il-ħiliet, l-emozzjonijiet, u l-għażliet tal-oħrajn. 
L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI
6] Kapaċi nikkopera mal-oħrajn billi nisma' u naqsam l-ideat biex nitgħallem aktar jien u ħaddieħor. Nagħraf li kulħadd għandu drittijiet indaqs biex jikkontribwixxi fl-ambjent tat-tagħlim. 
IT-TAGĦLIM SOĊJALI
7] Jien konxju/a u esperjenzajt rwoli u responsabbiltajiet differenti meħtieġa f'għadd ta' attivitajiet fiżiċi u sport. Napprezza kull rwol bħala komponent importanti fl-eżekuzzjoni effettiva.
8] Kapaċi naħdem f'koppji jew gruppi żgħar biex insaħħaħ it-tagħlim tiegħi u ta' ħaddieħor. Kapaċi nisma' u nagħti valur lill-opinjonijiet tal-oħrajn.
IT-TAGĦLIM SOĊJALI 
9] Kapaċi nippjana u norganizza, waħdi jew fi grupp, attivitajiet żgħar fil-klassi, li jipprovdu opportunitajiet għal attivitajiet fiżiċi u sport kompetittivi u rikreazzjonali. 
IT-TAGĦLIM SOĊJALI 
10] Kapaċi nuri u nifhem il-fatt li t-twettiq ta' attività fiżika u l-isport jeħtieġu għadd ta' abbiltajiet. 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nuri li nifhem lil ġismi, kif qed jikber, u l-iżvilupp tiegħu, u kif dan flimkien ma' informazzjoni u approċċ ibbilanċjat lejn id-dieta u l-eżerċizzju, jistgħu jkollhom impatt pożittiv fuq it-tagħlim tiegħi, is-saħħa olistika, u l-benesseri. 

L-Aspett tas-Suġġett: Il-kuxjenza favur is-saħħa u l-għarfien ta' ġisimna. 

1] Konxju/a ta' kull komponent ta' saħħti u l-benesseri, u l-modi li bihom jiġu integrati sabiex iħallu impatt pożittiv jew negattiv fuq is-saħħa u l-benesseri tiegħi inġenerali. 
2] Kapaċi nżomm djarju personali li fih nista' niddeskrivi l-esperjenzi tiegħi waqt il-lezzjonijiet tal-Edukazzjoni Fiżika. Kapaċi nidentifika u nuri li nifhem l-affarijiet li jiġru fl-Edukazzjoni Fiżika u li jġagħluni nħossni tajjeb/tajba u ħażin/a. 
IL-KITBA 
3] Konxju/a tal-modi li bihom il-ġisem u l-apparenza tal-ġisem jidhru f'għajnejn is-soċetà. 
4] Kapaċi nkejjel u nżomm rekord tar-rata ta' qalbi, u konxju/a kif ir-rata tal-qalb tinbidel f'kuntesti differenti u matul iż-żmien. Kapaċi nuri li nifhem il-bidla fin-nifs tiegħi, it-temperatura tal-ġisem, u l-mod kif jinħassu l-muskoli bħala riżultat tal-eżerċizzju.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi niddiskuti (b'mod kritiku) u nirrifletti fuq il-modi li bihom l-ideat fuq is-saħħa, l-attività fiżika, u l-isport jiġu ffurmati fis-soċjetà sabiex jitkissru l-barrieri, jinbidlu l-perċezzjonijiet, u jinħolqu esperjenzi aktar ġusti għal kulħadd. 

L-Aspett tas-Suġġett: It-tkissir tal-barrieri. 

1] Konxju/a kif l-attivitajiet fiżiċi differenti u l-isport għandhom identitajiet marbuta mal-ġeneru. 
L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI




Agħti r-rispons tiegħek hawn