Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: Is-Saħħa u l-Edukazzjoni Fiżika

L-Edukazzjoni Fiżika u l-Isport > LEVEL 6





Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nilħaq kompromess fl-ambjent tiegħi tat-tagħlim filwaqt li nieħu sehem u nitgħallem b'mod effettiv f'kuntesti differenti, kemm fl-iskola kif ukoll fil-komunità inġenerali. 

L-Aspett tas-Suġġett: Kapaċi nitgħallem b'mod indipendenti f'ambjent ta' tagħlim li jiffoka fuq l-istudent. 

1] Kapaċi nieħu sehem f'attivitajiet fiżiċi bi mġiba risponsabbli, eż. ma' sħabi, u mal-għalliema. 
IT-TAGĦLIM SOĊJALI 
2] Kapaċi nirrispetta lili nnifsi u lill-oħrajn permezz ta' mġiba xierqa waqt il-parteċipazzjoni f'attivitajiet fiżiċi. 
IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ 
3] Konxju/a tal-isfidi u l-mekkaniżmi personali biex negħlibhom, bħal aktar impenn filwaqt li nitlob għall-għajnuna jew rispons, b'mod pożittiv. 
 IT-TAGĦLIM PERSONALI 
4] Kapaċi nitgħallem permezz ta' numru ta' attivitajiet fiżiċi, kuntesti, u ambjenti differenti. 
IT-TAGĦLIM PERSONALI
5] Kapaċi, bl-għajnuna tal-għalliem/a, b'mod responsabbli u sikur, nuża tipi differenti ta' tagħmir u faċilitajiet li jgħinuni nitgħallem. 
IT-TAGĦLIM PERSONALI 
6] Konxju/a li l-biċċiet tax-xogħol jistgħu jkunu modifikati biex jissodisfaw il-bżonnijiet individwali.
IT-TAGĦLIM KONJITTIV 
7] Konxju/a li l-attivitajiet fiżiċi differenti huma strutturati biex jgħinuni nagħraf modi differenti biex nilħaq miri differenti. 
IT-TAGĦLIM KONJITTIV 
8] Konxju/a li kapaċi nittrasferixxi l-ħiliet fiżiċi minn kuntest għal ieħor. 
IT-TAGĦLIM KONJITTIV



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nosserva, nanalizza, u napprezza l-kapaċitajiet tiegħi u ta' ħaddieħor biex nifhem aħjar il-proċess tat-tagħlim filwaqt li ntejjeb l-esperjenzi tat-tagħlim tiegħi u ta' sħabi. 

L-Aspett tas-Suġġett: It-tisħiħ tal-litteriżmu fiżiku. 

1] Kapaċi nagħżel u nwettaq ħiliet sempliċi, f'kuntesti sempliċi sabiex nilħaq għanijiet ta' attività sempliċi. 
IT-TAGĦLIM PERSONALI 
2] Kapaċi nuri sensiela ta' ħiliet tal-moviment żviluppati f'biċċiet ta' xogħol dinamiċi u żgħar, il-ġinnastika, u ż-żfin. 
3] Kapaċi ngħaqqad flimkien il-ħiliet ta' moviment u dawk manipulattivi f'numru ta' biċċiet ta' xogħol u logħob. 
4] Kapaċi ngħaqqad flimkien il-ħiliet ta' moviment fi żfin kulturali u kreattiv (waħdi u fi grupp) bir-ritmu u l-mudelli korretti. 
5] Kapaċi nuri ħiliet li juru li kapaċi nieħu sehem f'attivitajiet fiżiċi, u/jew sport, u/jew logħob. 
6] Kapaċi nagħżel il-kunċetti tal-ispazju addattati skont il-ħtiġijiet tal-attività ta' moviment. 
IT-TAGĦLIM PERSONALI 
7] Kapaċi nuri li nifhem sitwazzjonijiet varji ta' moviment li jirrikjedu livelli differenti ta' forza, direzzjoni, ħeffa, u estensjoni. 
8] Kapaċi nanalizza, nivverbalizza u nikteb, attivitajiet fiżiċi differenti u l-livell tagħhom. 
IL-KITBA
9] Konxju tar-risponsi pożittivi u negattivi li jgħinuni ntejjeb xogħli fil-futur.
IT-TAGĦLIM PERSONALI



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi niżviluppa ħiliet, kompetenzi, u attitudnijiet li jsostnu s-saħħa inġenerali attwali tiegħi u l-benesseri, filwaqt li jinkoraġġuni nkompli ngħix stil ta' ħajja b'saħħitha fil-futur. 

L-Aspett tas-Suġġett: Il-possibbiltà li l-istudenti jieħdu sehem f'attività fiżika matul ħajjithom. 

1] Għandi l-ħiliet meħtieġa sabiex nipparteċipa f'attivitajiet sportivi barra l-iskola. 
IT-TAGĦLIM PERSONALI 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Konxju/a li t-tagħlim u l-ħiliet f'attività fiżika u l-isport jistgħu jgħinuni nsir aktar konxju/a tiegħi nnifsi u kif nitgħallem, kif ukoll kif għandi nħares lejja nnifsi b'mod pożittiv. Barra minn hekk nuri li nifhem in-natura u l-għan ta' varjetà ta' attivitajiet fiżiċi u l-isport, filwaqt li kapaċi nuża dan il-fehim biex insolvi problemi u nasal għal deċiżjonijiet xierqa. 

L-Aspett tas-Suġġett: L-indirizz tal-isfidi u l-ħiliet marbuta mas-soluzzjoni ta' problemi permezz tal-Edukazzjoni Fiżika.

1] Konxju/a li xi attivitajiet fiżiċi jistgħu joffru aktar sfida minn oħrajn u kapaċi nitkellem fuq dawn l-isfidi mal-oħrajn. 
2] Kapaċi nidentifika ostakli marbuta maż-żamma ta' stil ta' ħajja f'saħħitha, u kapaċi nsib modi biex nelimina dawn l-ostakli. 
IT-TAGĦLIM KONJITTIV 
3] Konxju/a tal-limitazzjonijiet tiegħi u xi nħoss meta ma jirnexxilix fl-eżekuzzjoni tiegħi ta' ħila jew ta' biċċa xogħol.
4] Kapaċi noffri soluzzjonijiet lill-grupp waqt attività ta' soluzzjoni ta' problemi f'kuntest ta' attività fiżika. 
IL-LINGWA ESPRESSIVA 
5] Kapaċi niddeskrivi l-proċess għal soluzzjoni ta' problemi b'mod effettiv f'kuntest ta' attività fiżika. 
IL-LINGWA ESPRESSIVA 
6] Kapaċi napplika metodi li jkun hemm qbil fuqhom sabiex jissolvew xi problemi li joffru sfida lill-grupp. 
7] Kapaċi nuri l-ħila li nibni lista ta' riskji li jistgħu jkunu involuti f'attività ta' soluzzjoni ta' problemi fi grupp. 
8] Kapaċi nuri ħila li nirrispondi b'mod xieraq għal sfida f'kuntest ta' attività fiżika. 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Nagħraf il-fatt illi li titgħallem f'kuntesti, u permezz ta' kuntesti differenti, inkluż l-attività fiżika u l-isport, jikkontribwixxi għas-saħħa u l-benesseri inġenerali, inkluż il-benesseri fiżiku, soċjali, emozzjonali, u psikoloġiku. Kapaċi naħdem b'mod effettiv waħdi, f'koppja ma' ħaddieħor u fi gruppi żgħar sabiex inkabbar l-esperjenzi tiegħi ta' tagħlim u dawk ta' ħaddieħor. 

L-Aspett tas-Suġġett: Il-ħidma lejn l-iżvilupp olistiku tal-istudenti.

1] Kapaċi niżviluppa ħiliet li jwassluni għall-gost. 
2] Kapaċi nieħu sehem f'attivitajiet fiżiċi li jwassluni għall-gost. 
3] Konxju/a tar-relazzjoni li hemm bejn kif nesprimi lili nnifsi u nieħu gost permezz tal-attività fiżika. 
4] Kapaċi nidentifika l-preferenzi tiegħi kif nesprimi lili nnifsi u l-attività fiżika li tissodisfa l-bżonnijiet tiegħi.
5] Għandi l-ħiliet meħtieġa biex nipparteċipa f'attivitajiet sportivi barra l-iskola. 
6] Konxju/a li l-individwi għandhom aspirazzjonijiet u għanijiet differenti sabiex ikunu involuti f'attivitajiet fiżiċi jew sport. 
7] Naċċetta, nagħraf, u ninvolvi b'mod attiv lill-oħrajn b'abbiltajiet ogħla jew anqas f'attivitajiet fiżiċi, logħob, u proġetti bħala parti minn tim. 
IT-TAGĦLIM SOĊJALI 
8] Kapaċi naċċetta d-differenzi fl-iżvilupp fiżiku fost sħabi tal-klassi, modi differenti ta' tagħlim, u livelli differenti ta' ħiliet billi noffri sapport u rispons pożittiv. 
NITGĦALLEM INKUN JIEN 
9] Kapaċi nikkoopera ma' grupp żgħir minn sħabi waqt attivitajiet varji, logħob, u attivitajiet li jifformaw il-bini ta' timijiet. 
IT-TAGĦLIM SOĊJALI 
10] Kapaċi niddeskrivi u nqabbel interazzjonijiet pożittivi meta nkun qed naħdem ma' persuna oħra, grupp żgħir, jew grupp kbir f'attivitajiet fiżiċi. 
IT-TAGĦLIM SOĊJALI 
11] Konxju/a li l-għajnuna u s-sapport li tagħti lill-oħrajn joffri sapport lil sħabi fil-klassi bi bżonnijiet fiżiċi differenti. 
NITGĦALLEM INKUN JIEN 
12] Kapaċi nagħti rispons b'mod xieraq lil sħabi. 
IT-TAGĦLIM SOĊJALI 
13] Kapaċi nagħti sapport u ngħin fl-organizzazzjoni, l-ippjanar u l-issettjar ta' regoli għal logħob ma' sħabi u gruppi fl-iskola u barra l-iskola. 
IT-TAGĦLIM SOĊJALI 
14] Kapaċi nuri l-ħila li naddatta stil ta' attività b'rabta mal-ħiliet tal-oħrajn fi ħdan il-grupp tiegħi. 
IT-TAGĦLIM SOĊJALI 
15] Kapaċi nuri l-ħila li nissettja u nilħaq għan fi ħdan grupp. 
IT-TAGĦLIM SOĊJALI 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nuri li nifhem lil ġismi, kif qed jikber, u l-iżvilupp tiegħu, u kif dan flimkien ma' informazzjoni u approċċ ibbilanċjat lejn id-dieta u l-eżerċizzju, jistgħu jkollhom impatt pożittiv fuq it-tagħlim tiegħi, is-saħħa olistika, u l-benesseri. 

L-Aspett tas-Suġġett: Il-kuxjenza favur is-saħħa u l-għarfien ta' ġisimna. 

1] Konxju/a li l-frażi "is-saħħa u l-benesseri" tinkludi fiha s-saħħa fiżika, mentali, soċjali, u emozzjonali tiegħi. 
2] Kapaċi nagħmel differenza bejn il-ħiliet u s-saħħa marbuta mal-fitness.
3] Kapaċi nidentifika muskoli ewlenin li jintużaw f'numru ta' attivitajiet fiżiċi. 
4] Kapaċi nidentifika komponenti ta' attività fiżika li tipprovdi opportunitajiet għan-nuqqas ta' stress u għal interazzjoni soċjali. 
5] Kapaċi niddeskrivi kif l-attività fiżika twassal għal ġisem b'saħħtu. 
IL-KITBA 
6] Kapaċi niddeskrivi r-relazzjoni bejn il-fitness, il-piż, u n-nutrizzjoni. 
IL-KITBA 
7] Kapaċi nidentifika ikel li huwa ta' benefiċċju għal qabel u wara attività fiżika. 
8] Kapaċi nagħraf l-impatt tal-għażliet tal-ikel b'rabta mal-attività fiżika, l-isport, u s-saħħa personali. 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi niddiskuti (b'mod kritiku) u nirrifletti fuq il-modi li bihom l-ideat fuq is-saħħa, l-attività fiżika, u l-isport jiġu ffurmati fis-soċjetà sabiex jitkissru l-barrieri, jinbidlu l-perċezzjonijiet, u jinħolqu esperjenzi aktar ġusti għal kulħadd. 

L-Aspett tas-Suġġett: It-tkissir tal-barrieri. 

1] Konxju/a tal-ideat tiegħi fuq l-attività fiżika u l-isport b'rabta mal-ġeneru, u kif dawn ġew iffurmati. 
L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI 
2] Kapaċi naċċetta l-ideat ta' ħaddieħor, id-diversità kulturali, u t-tipi ta' iġsma billi nipparteċipa f'attivitajiet koperattivi u kollaborattivi li jinvolvu moviment.
IL-BIDLA SOĊJALI 





Agħti r-rispons tiegħek hawn