Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar
Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar
Il-Qasam tat-Tagħlim: Is-Saħħa u l-Edukazzjoni Fiżika
L-Edukazzjoni Fiżika u l-Isport > LEVEL 9
L-Aspett tas-Suġġett:
Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nilħaq kompromess fl-ambjent tiegħi tat-tagħlim filwaqt li nieħu sehem u nitgħallem b'mod effettiv f'kuntesti differenti, kemm fl-iskola kif ukoll fil-komunità inġenerali.
L-Aspett tas-Suġġett: Kapaċi nitgħallem b'mod indipendenti f'ambjent ta' tagħlim li jiffoka fuq l-istudent.
1] Konxju/a tan-numru ta' modi differenti li bihom jistgħu jiġu mgħallma ħiliet differenti u l-modi li huma l-aktar effettivi għalija f'kuntesti differenti. Kapaċi nirrifletti fuq it-tagħlim tiegħi u nippjana l-modi tiegħi ta' tagħlim għal titjib fl-abbiltà tiegħi.
IT-TAGĦLIM KONJITTIV
2] Kapaċi nuri li nifhem l-irwol tal-għalliem/a u l-oħrajn li jgħinuni fit-tagħlim tiegħi, u nuża t-tagħrif u r-rispons tagħhom biex intejjeb il-kapaċitajiet tiegħi.
IT-TAGĦLIM SOĊJALI
3] Konxju/a tal-modi li bihom l-esperjenzi tiegħi tal-passat biex ninforma, niġġustifika u nevalwa t-tagħlim tiegħi.
IT-TAGĦLIM KONJITTIV
4] Kapaċi nieħu sehem f'attivitajiet fiżiċi u sportivi li jinteressawni u li jġagħluni nħossni pożittiv/a, kunfidenti u kuntent/a fuq it-tagħlim u l-kapaċitajiet tiegħi fil-kuntest tal-iskola u lil hinn. Kapaċi nippjana l-aspirazzjonijiet tiegħi għal kull waħda minnhom u nissettja għanijiet li personalment jagħmlu sens għat-tagħlim tiegħi u l-parteċipazzjoni tiegħi.
IT-TAGĦLIM PERSONALI

Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nosserva, nanalizza, u napprezza l-kapaċitajiet tiegħi u ta' ħaddieħor biex nifhem aħjar il-proċess tat-tagħlim filwaqt li ntejjeb l-esperjenzi tat-tagħlim tiegħi u ta' sħabi.
L-Aspett tas-Suġġett: It-tisħiħ tal-litteriżmu fiżiku.
1] Kapaċi nagħżel u nipprattika ħiliet aktar kumplessi b'mod ikkontrollat, konsistenza, filwaqt li naddatta sabiex nilħaq firxa ta' għanijiet aktar kumplessi ta' attività.
IT-TAGĦLIM PERSONALI
2] Kapaċi nipprattika ħiliet aktar kumplessi b'mod flessibbli u addattat sabiex naħdem b'mod effettiv f'ambjent dinamiku.
IT-TAGĦLIM KREATTIV
3] Kapaċi nispira ruħi minn varjetà ta' sorsi, filwaqt li nuża l-għarfien fuq ġismi, direzzjoni, livell, u spazju biex noħloq movimenti innovattivi u sekwenzi.
IT-TAGĦLIM KREATTIV
4] Kapaċi nosserva, nanalizza u nevalwa l-kapaċità tiegħi u ta' oħrajn f'varjetà ta' kuntesti. Kapaċi ngħaddi suġġerimenti fuq modi kif jistgħu jitjiebu l-kapaċitajiet fil-futur.
IT-TAGĦLIM SOĊJALI
5] Kapaċi ngħaddi suġġerimenti fuq kif tista' titjieb il-kwalità estetika tal-kapaċitajiet tal-futur.
IT-TAGĦLIM KONJITTIV.
6] Kapaċi nuri diversi ħiliet b'mod eżatt u kontroll f'sitwazzjonijiet li joffru sfida. Kapaċi nieħu sehem b'mod effettiv f'sitwazzjonijiet fejn l-eżekuzzjoni tiegħi tkun qed tiġi assessjata. Konxju/a tal-fatt li l-informazzjoni li ningħata fuq l-eżekuzzjoni tiegħi tista' tintuża sabiex intejjeb it-tagħlim u l-ħiliet tiegħi.
IT-TAGĦLIM PERSONALI
7] Kapaċi ninnegozja t-tip u l-firxa ta' attivitajiet fiżiċi u sport li nista' nieħu sehem fihom flimkien mal-għalliema u ma' sħabi tal-klassi. Għandi l-opportunitajiet li nkompli nieħu sehem f'attivitajiet fiżiċi mis-snin ta' qabel kif ukoll opportunitajiet li nieħu sehem f'attivitajiet fiżiċi u sport barra mill-kuntest skolastiku. Qed niżviluppa interess intrinstiku fl-attività fiżika u l-isport.
IL-BIDLA SOĊJALI
8] Qed niżviluppa speċjalizzazzjoni f'attività fiżika partikolari u/jew sport. Kapaċi nuri li nifhem il-modi li din tista' tkun ta' kontribut pożittiv fl-istil ta' ħajja tiegħi. Nifhem fil-fond l-attività fiżika u l-isport, u kapaċi nkun kreattiv/a f'dan il-kuntest biex inkabbar il-gost tiegħi, it-tagħlim u l-ħiliet tiegħi. Kapaċi nitrasferixxi dan il-fehim biex nieħu sehem b'mod effettiv f'attivitajiet fiżiċi u/jew sport simili.
IT-TAGĦLIM KREATTIV
9] Konxju/a tal-prinċipji li fuqhom jinbnew il-ħiliet tat-tagħlim u l-eżekuzzjoni f'attivitajiet fiżiċi u l-isport li għandi interess partikolari fih. Kapaċi nuża dan il-fehim sabiex nippjana, norganizza u nevalwa biċċiet tax-xogħol ta' tagħlim li jagħmlu sens għalija, għat-titjib tiegħi fil-ħiliet. Kapaċi naddatta l-għanijiet tiegħi kif meħtieġ.

Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi niżviluppa ħiliet, kompetenzi, u attitudnijiet li jsostnu s-saħħa inġenerali attwali tiegħi u l-benesseri, filwaqt li jinkoraġġuni nkompli ngħix stil ta' ħajja b'saħħitha fil-futur.
L-Aspett tas-Suġġett: Il-possibbiltà li l-istudenti jieħdu sehem f'attività fiżika matul ħajjithom.
1] Kapaċi nanalizza b'mod kritiku l-isfidi ta' benefiċċji differenti tal-attività fiżika u l-isport b'rabta mar-realtà tiegħi.
Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Konxju/a li t-tagħlim u l-ħiliet f'attività fiżika u l-isport jistgħu jgħinuni nsir aktar konxju/a tiegħi nnifsi u kif nitgħallem, kif ukoll kif għandi nħares lejja nnifsi b'mod pożittiv. Barra minn hekk nuri li nifhem in-natura u l-għan ta' varjetà ta' attivitajiet fiżiċi u l-isport, filwaqt li kapaċi nuża dan il-fehim biex insolvi problemi u nasal għal deċiżjonijiet xierqa.
L-Aspett tas-Suġġett: L-indirizz tal-isfidi u l-ħiliet marbuta mas-soluzzjoni ta' problemi permezz tal-Edukazzjoni Fiżika.
1] Kapaċi nagħżel biċċiet ta' xogħol li joffruli sfida sabiex niżviluppa t-tagħlim u l-ħiliet tiegħi f'attivitajiet fiżiċi li jagħmlu sens għalija. Jien impenjat/a u nagħmel sforz fit-tagħlim u l-ħiliet tiegħi, anke meta jkolli disfatti fit-tagħlim jew fil-ħiliet tiegħi.
IT-TAGĦLIM PERSONALI
2] Kapaċi nesplora firxa ta' soluzzjonijiet tattiċi kumplessi għal problemi tattiċi aktar kumplessi. Nagħraf u nuri li nifhem kull sitwazzjoni tattika, u kapaċi nagħżel minn firxa ta' soluzzjonijiet sabiex id-deċiżjoni tkun waħda informata.
IT-TAGĦLIM KONJITTIV
3] Kapaċi nagħżel u nuża strateġiji xierqa minn firxa ta' strateġiji sabiex insolvi problemi tattiċi kumplessi.
IT-TAGĦLIM KONJITTIV
4] Kapaċi napplika numru ta' strateġiji li jgħinuni nħossni aktar pożittiv/a meta nħossni negattiv/a.
5] Kapaċi nesplora u ngħaqqad flimkien firxa ta' soluzzjonijiet kumplessi marbuta ma' moviment sabiex insolvi numru ta' problemi kumplessi marbuta ma' moviment. Nifhem tajjeb il-modi li bihom nitgħallem kif niċċaqlaq, u konxju/a li għandi stil ta' eżekuzzjoni uniku iżda effettiv.

Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Nagħraf il-fatt illi li titgħallem f'kuntesti, u permezz ta' kuntesti differenti, inkluż l-attività fiżika u l-isport, jikkontribwixxi għas-saħħa u l-benesseri inġenerali, inkluż il-benesseri fiżiku, soċjali, emozzjonali, u psikoloġiku. Kapaċi naħdem b'mod effettiv waħdi, f'koppja ma' ħaddieħor u fi gruppi żgħar sabiex inkabbar l-esperjenzi tiegħi ta' tagħlim u dawk ta' ħaddieħor.
L-Aspett tas-Suġġett: Il-ħidma lejn l-iżvilupp olistiku tal-istudenti.
1] Qed niżviluppa interess speċjali f'attività fiżika partikolari u/jew sport għax insibu/ha ta' gost u qed i/tħalli impatt pożittiv fuq ħajti.
IT-TAGĦLIM PERSONALI
2] Għandi għarfien fil-fond, filwaqt li kapaċi nevalwa b'mod kritiku l-ħiliet u n-nuqqasijiet tiegħi fit-tagħlim konjittiv, soċjali, emozzjonali u fiżiku f'attivitajiet sportivi u sport li jinteressawni. Kapaċi nippjana t-tagħlim tiegħi sabiex niżviluppa kemm il-ħiliet kif ukoll in-nuqqasijiet tiegħi.
IT-TAGĦLIM PERSONALI
3] Kapaċi nevalwa l-ħiliet u n-nuqqasijiet ta' ħaddieħor. Naf li hemm varjetà ta' ħiliet li huma komuni u ta' spiss huma meħtieġa f'attivitajiet fiżiċi varji u sport.
IT-TAGĦLIM SOĊJALI
4] Kapaċi nikkopera mal-oħrajn billi nisma', nirrifletti b'mod kritiku, u naqsam l-ideat sabiex insaħħaħ it-tagħlim tiegħi u tal-oħrajn. Naf li kulħadd għandu dritt indaqs sabiex jikkontribwixxi fl-ambjent tat-tagħlim.
IT-TAGĦLIM SOĊJALI
5] Għandi għarfien fil-fond tal-irwoli u r-responsabbiltajiet ta' attivitajiet fiżiċi varji u sport, filwaqt li qed niżviluppa interess speċjalizzat f'attività fiżika partikolari u/jew sport. Kapaċi nuża l-għarfien tiegħi fil-fond ta' din l-attività fiżika/sport biex insaħħaħ l-eżekuzzjonijiet tiegħi u dik ta' ħaddieħor.
IT-TAGĦLIM PERSONALI
6] Kapaċi naħdem f'koppji, gruppi żgħar, u timijiet akbar sabiex niddiskuti, nanalizza u nippjana għat-tagħlim fil-futur u l-eżekuzzjoni tat-tim/grupp. Nagħti valur lill-opinjonijiet ta' ħaddieħor u nużahom sabiex insaħħaħ it-tagħlim tiegħi u tal-grupp/tim. Kapaċi nuża dawn il-ħiliet sabiex immexxi lill-grupp biex jilħaq għan partikolari.
IT-TAGĦLIM SOĊJALI
7] Kapaċi nippjana u norganizza, waħdi jew mal-oħrajn, avvenimenti għal gruppi żgħar jew kbar fl-iskola, li jipprovdu opportunitajiet għal attivitajiet kompetittivi u rikreattivi ta' attivitajiet fiżiċi u sport. Kapaċi nuri li nifhem il-ħiliet, l-irwoli u r-responsabbiltajiet meħtieġa sabiex jiġi organizzat avveniment.
INTERPERSONALI
8] Konxju/a tal-modi li l-attivitajiet jistgħu jiġu addattati, inkluż it-tagħmir, ir-regoli, l-iskor u l-limitazzjonijiet, sabiex jintlaħqu l-bżonnijiet tal-individwi b'ħiliet differenti.
L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI

Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nuri li nifhem lil ġismi, kif qed jikber, u l-iżvilupp tiegħu, u kif dan flimkien ma' informazzjoni u approċċ ibbilanċjat lejn id-dieta u l-eżerċizzju, jistgħu jkollhom impatt pożittiv fuq it-tagħlim tiegħi, is-saħħa olistika, u l-benesseri.
L-Aspett tas-Suġġett: Il-kuxjenza favur is-saħħa u l-għarfien ta' ġisimna.
1] Kapaċi mmur kontra l-ideat limitati fuq is-saħħa u l-benessri bil-għan ta' perspettiva aktar olistika u bilanċjata fuq is-saħħa u l-benesseri.
2] Kapaċi nkun kritiku/a tal-ideat soċjali fuq is-saħħa u nifforma idea aktar olistika, realistika, bis-sens, u personali fuq il-ġisem u l-apparenza tal-ġisem.
3] Napprezza u nagħti valur lil ġismi, il-kwalitajiet uniċi tiegħi, u l-opportunitajiet li joffru lit-tagħlim u l-parteċipazzjoni.
4] Konxju/a tal-modi li l-esperjenzi tiegħi tat-tagħlim fl-Edukazzjoni Fiżika jagħtu kontribut b'mod pożittiv lis-saħħa inġenerali u l-benesseri.
5] Kapaċi nżomm djarju personali fejn nista' niddeskrivi u nirrifletti fuq l-emozzjonijiet tiegħi waqt l-Edukazzjoni Fiżika. Kapaċi nuri li nifhem l-avvenimenti u r-relazzjonijiet li jikkontribwixxu għal dawn l-emozzjonijiet u kapaċi nipprepara strateġiji, waħdi jew mal-oħrajn, li jgħinuni niżviluppa idea pożittiva tal-Edukazzjoni Fiżika.
IL-KITBA
6] Konxju/a tal-komponenti differenti tal-ħiliet u l-fitness marbut mas-saħħa, inkluż dak marbut mal-qalb, is-saħħa, l-aġilità, il-ħeffa, il-qawwa, u l-flessibbiltà. Kapaċi nkejjel, inżomm rekord, u nippjana l-komponenti ewlenin tal-fitness li huma relevanti għalija u għall-attività fiżika u/jew sport tiegħi.

Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi niddiskuti (b'mod kritiku) u nirrifletti fuq il-modi li bihom l-ideat fuq is-saħħa, l-attività fiżika, u l-isport jiġu ffurmati fis-soċjetà sabiex jitkissru l-barrieri, jinbidlu l-perċezzjonijiet, u jinħolqu esperjenzi aktar ġusti għal kulħadd.
L-Aspett tas-Suġġett: It-tkissir tal-barrieri.
1] Konxju/a tal-modi li bihom l-identitajiet marbuta ma' ġeneru ġew iffurmati, u l-modi li bihom jissaħħu f'kuntesti varji.
L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI
2] Kapaċi nikkritika l-isterjotipi marbuta ma' ġeneru, inkluż l-ideat personali tiegħi fuq il-ġeneru fl-attività fiżika u l-isport, u kapaċi nisfidahom u nibdilhom sabiex noħloq ambjent tat-tagħlim ġust, ekwu, u inklussiv.