Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: L-Arti Viżiva u tal-Ispettaklu

Id-Drama > LEVEL 8





Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can devise scripted and improvised scenes, exploring real and imaginary narratives using drama skills and theatre conventions to engage an audience.

L-Aspett tas-Suġġett: Prattika

1] Kapaċi noħloq xeni bbażati fuq firxa ta' temi mhux faċli, billi nqis l-istatus, ir-relazzjonijiet, il-ħtiġijiet, u l-azzjonijiet tal-karattri.
 NITGĦALLEM KIF 
2] Kapaċi nuża l-ħiliet u l-għarfien tiegħi biex noħloq tipi differenti ta' xeni miktuba jew improvizzati bl-użu ta' narrattiva lineari jew mhux lineari.
3] Kapaċi nagħżel firxa ta' riżorsi tekniċi disponibbli biex intejjeb effetti drammatiċi realistiċi u mhux realistiċi, bħal mużika minn CDs/MP3s, proġettatur tad-dejta, u dwal.
 L-UŻU TAT-TEKNOLOĠIJA DIĠITALI
4] Kapaċi nidentifika l-azzjonijiet, ir-reazzjonijiet u l-motivazzjonijiet ta' karattru fi skript.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can experiment with movement, expression, voice and language and use theatre arts technology to create tension, mood and atmosphere and I can adapt and sustain different roles, to enter into the fictional world of drama.

L-Aspett tas-Suġġett: Rappreżentazzjonijiet Teatrali

1] Kapaċi noħloq u nistabbilixxi karattru adegwat għar-rapreżentazzjoni teatrali b'kontroll fuq il-moviment, il-vuċi, u l-ġesti filwaqt li nuri ċertu involviment emozzjonali.
2] Kapaċi ninkorpora u nuża firxa ta' riżorsi tekniċi disponibbli għall-effett, il-burdata, u l-atmosfera bħal tagħmir li jdoqq MP3s/mużika, proġettatur tad-dejta u dwal.
L-UŻU TAL-MIDJA DIĠITALI



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can analyse and evaluate the effectiveness of the technical aspects of structure, meaning and impact of performance and I can give and receive constructive comments, on my own and others’ work.

L-Aspett tas-Suġġett: Nirrifletti fuq id-Drama

1] Kapaċi nirrelata, inqabbel u nikkuntrasta t-temi, l-intenzjonijiet, u t-tifsiriet fix-xogħol tiegħi, minn firxa ta' sorsi u ġeneri u norbothom ma' temi universali.  
2] Kapaċi napprezza kif il-karattri huma rappreżentati u interpretati, u kif l-ideat huma ppreżentati permezz tal-karattri, u nqabbel l-effetti ta' interpretazzjonijiet differenti ta' rwol.
3] Kapaċi nidentifika kif ix-xeni jingħaqdu flimkien permezz ta' elementi bħalma huma l-karattri, il-fokus, il-burdata, u l-atmosfera, u niddiskuti l-effetti ta' karatteristiċi stilistiċi bħalma huwa l-kor.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: ​I can collaborate, share ideas and respond to others, in and out of role, to support and develop actions, ideas or emotions to communicate with an audience.

L-Aspett tas-Suġġett: Naħdem ma' Ħaddieħor

1] Kapaċi nikkoopera ma' oħrajn biex nippjana u nagħmel provi tal-aspetti kollha ta' rapreżentazzjoni teatrali, billi naqsam il-funzjonijiet u r-rwoli differenti meħtieġa biex jittella' xogħol effettiv.




Agħti r-rispons tiegħek hawn