Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: L-Edukazzjoni Reliġjuża u tal-Etika

Ir-Reliġjon > LEVEL 10





Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I am able to understand and value the notion of human community and the diverse ways it expresses itself, and to see this as a source of richness. (Strand: Religious Language)

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Ħajja fil-Komunità, ir-relazzjonijiet u r-rwoli fil-komunitajiet ta' fidi

1] Kapaċi neżamina l-impatt tas-settarjaniżmu u l-fundamentaliżmu fuq il-valuri u l-attitudnijiet tiegħi u fuq dawk tas-soċjetà.
IT-TAGĦLIM KONJITTIV
.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can understand how religious and secular cultures and belief systems sustain different ways of life and can co-exist harmoniously in societies like that in Malta, where moral and cultural differences are respected and valued. (Strand: Religious Language)

L-Aspett tas-Suġġett: Ir-Reliġjon u s-Soċjetà

1] Kapaċi nispjega b'mod differenti, ir-relazzjoni bejn il-Knisja u l-Istat fil-kuntest tal-libertà reliġjuża u tad-demokrazija u nirrifletti fuq kif din tinfluwenzali ħajti bħala persuna Kristjana/Kattolika fil-kuntest Malti. 
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
2] Kapaċi nispjega kif id-dritt tal-libertà reliġjuża u l-libertà tal-kuxjenza huma bżonjużi għall- koeżistenza paċifika fis-soċjetà Maltija u f'dik Ewropea eż. fid-Dignitatis Humanae u fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem.
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I am aware of the basic tenents, rituals and narratives of the major belief systems. (Strand: Religious Language)

L-Aspett tas-Suġġett: Ir-Reliġjonijiet il- Kbar fid-Dinja - Studju Magħżul

1] Kapaċi nevalwa kif il-Kristjani/Kattoliċi, il-Lhud u l-Musulmani jesprimu s-sens tas-Sagru fil-ħajja ta' kuljum u kapaċi nikteb dwar kif dan isaħħaħ l-għarfien tiegħi u r-rispett lejn il-mod ta' kif jesprimu l-fidi tagħhom is-segwaċi ta' dawn ir-reliġjonijiet.
 
 NITGĦALLEM INKUN JIEN



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can learn about and from my own experience of the world, as well as from the beliefs, practices and traditions of others. (Strand: Religious Language)

L-Aspett tas-Suġġett: It-Twemmin, it-Tradizzjonijiet u l-Prattika - ir-Reliġjonijiet fid-Dinja, studju magħżul.

1] Kapaċi niddiskuti  l-kunċett tar-Realtà Aħħarija li nsibu f'kuntesti differenti madwar id-dinja, u kif din tinfluwenza l-għajxien ta' kuljum.
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can learn about and from my own experience of the world, and from the beliefs, practices and traditions of others. (Strand: Religious Language)

L-Aspett tas-Suġġett: Ir-Rispett u l-Konvivjalità

1] Kapaċi nispjega u nipproponi modi konkreti ta' kif inħarsu u nippromwovu l-libertà reliġjuża u t-tolleranza fil-kuntest tiegħi bħala persuna Maltija u ċittadin/a Ewropew/Ewropea.
 
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I have a positive sense of myself, which I nurture through self-care and self-mastery, and of my connectedness with God, others, the natural environment (animal and material) (Strand: Spiritual Dimension)

L-Aspett tas-Suġġett: L-Għaqda: miegħi nnifsi, mal-oħrajn u m'Alla

1] Kapaċi niddiskuti u nuri, b'mod differenti, sensittività u kompassjoni lejn il-bżonnijiet tal-oħrajn. 
 NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR
2] Kapaċi nispjega u nuri  xi jfisser impenn, il-prezz tiegħu u l-importanza ta' dan f'ħajti u fil-ħajja tal-oħrajn.
IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
 
3] Kapaċi neżamina t-tifsira tal-libertà u r-responsabbiltà fit-teħid ta' deċiżjonijiet f'ħajti u niddiskuti kif dawn jaffettwaw lili u lill-oħrajn.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can formulate and express questions that are fundamental to human experience and endeavour to find an answer. (Strand: Spiritual Dimension)

L-Aspett tas-Suġġett: Aspetti ta' sfida fl-esperjenza umana

1] Kapaċi nesplora u niddiskuti modi li bihom il-fidi u x-xjenza jikkumplementaw u jisfidaw lil xulxin fir-rigward ta' suġġetti bħall-kreazzjoni u l-evoluzzjoni.
 NITGĦALLEM INKUN JIEN



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can relate critically to the Word of God and acknowledge its practical implications for human experience. (Strand: Word of God and Living the Gospel)

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Kelma t'Alla - il-Bibbja

1] Kapaċi nuri, permezz tal-esperjenzi ta' persuni li jemmnu li nsibu fil-Bibbja jew fl-istorja tal-Knisja, l-għatx u t-tfittxija tal-bniedem għal Alla eż. f'Ġob 42:1-5, fis-Salm 42, jew Mt 7:7-8 jew Dewt.4:29 jew Ġer.29:12-13.
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
2] Kapaċi nanalizza u nevalwa r-relazzjoni bejn il-Milied u l-Għid bħala l-bidu u l-milja tas-salvazzjoni.
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
3] Kapaċi nispjega u niddiskuti l-valur uniku taż-żwieġ hekk kif insibuh fil-Ġenesi 1 u 2 u fl-Evanġelu ta' Mattew kap. 9.
  NITGĦALLEM KIF



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can reflect and act on situations both personal as well as those belonging to the community, in a critical manner, in the light of Tradition and the Biblical message. (Strand; Word of God and living the Gospel).

L-Aspett tas-Suġġett: Sfidi fid-dawl tat-Tradizzjoni Kattolika u l-messaġġ Bibbliku

1] Kapaċi niddiskuti u niddeskrivi kif il-karatteristiċi uniċi li nsibu fit-Trinità Qaddisa: il-komunjoni, l-imħabba, ir-rispett għall-oħrajn u d-djalogu jistgħu jiġu riflessi fil-ħajja Kristjana.
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
2] Kapaċi nirrifletti u niddiskuti l-impenn ta' Kristu u l-fedeltà tiegħu lejn il-Knisja bħala mudell għall-miżżewġin skont Efesin 5: 21-33.
 NITGĦALLEM KIF
3]  Kapaċi niddiskuti u nikteb dwar xi tfisser Tradizzjoni fil-Knisja Kattolika.
4] Kapaċi nesplora u niddiskuti t-tifsira tal-Knisja bħala komunità missjunarja (Lumen gentium u l-Evangelii Gaudium.)
 NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR
5] Kapaċi niddiskuti u niddeskrivi l-missjoni profetika tal-Knisja u nirrifletti kif jiena nista' nikkontribwixxi f'din il-missjoni b'mod partikolari: fis-sejħa għall-paċi universali, fid-difiża taż-żwieġ, tal-familja u tad-dinjità umana hekk kif insibu f'Gaudium et spes u l-Evangelii gaudium
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I acknowledge the rich plurality of experiences and expressions shown by individuals as well as communities in their commitment to living the Gospel. (Strand: Word of God and Christian/Catholic belief)

L-Aspett tas-Suġġett: Nagħżlu Mudelli ta' Eżempji ta' Mġiba tajba

1] Kapaċi nirriċerka l-ħajja ta' San Tumas More u ta' San Massimiljanu Kolbe filwaqt li nitgħallem minnhom il-valuri ta' integrità, tal-fedeltà lejn Alla, tal-fedeltà lejn dak li emmnu fih u lejn il-kuxjenza tagħhom.
 
  IT-TAGĦLIM KREATTIV
2] Kapaċi nirriċerka u niddiskuti l-ħajja ta' Santa Tereża t’Avila, jew Santa Katerina ta' Siena, jew Santa Tereża ta' Liseux jew Santa Hildegard ta' Bingen jew Santa Tereża Benedetta (Edith Stein) u nesplora kif permezz ta' ħajjithom u tat-tagħlim tagħhom huma figuri ċentrali fl-iffurmar tal-Kristjaneżmu modern.
  IT-TAGĦLIM KREATTIV



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I am able to understand contemporary moral language and its central concepts and metaphors, including those of rights, virtues, duties, obligations, autonomy, self-regarding and other-regarding acts, side-effects, and consequences. (Strand: Education  to the Virtues)

L-Aspett tas-Suġġett: Il-fehim tal-lingwa morali

1] Kapaċi ninvestiga l-modi li bihom l-etika Kristjana hi profondament komunitarja.
IT-TAGĦLIM KONJITTIV



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can collaborate with others in the construction of a shared and mutually enriching vision of life. (Strand: Education to the  virtues)

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Maturità fl-edukazzjoni permezz tal-virtujiet

1] Kapaċi nevalwa l-implikazzjonijiet tal-integrità u r-rispett fir-relazzjonijiet fosthom fir-relazzjonijiet bejn miżżewġin u dawk fil-familja.
IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
2] Kapaċi ninvestiga u nikteb dwar t-tifsira tal-etika tax-xogħol u d-drittijiet u l-obbligi tax-xogħol.
  
 L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI
3] Kapaċi niddiskuti, permezz ta' sitwazzjonijiet konkreti, xi jfisser rispett lejn il-ħajja mit-tnissil sal-mewt naturali.
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV




Agħti r-rispons tiegħek hawn