Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: Ix-Xjenza u t-Teknoloġija

Ix-Xjenza Bażika > LEVEL 10





Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: L-istudenti jistgħu juru kif waslu għar-riżultati b'modi differenti, bħal pereżempju billi jitkellmu fuq is-suġġett, iwieġbu l-mistoqsijiet bil-fomm, ipinġu dijagrammi relevanti, juru li fehmu permezz ta' role play, joħolqu preżentazzjoni, jew b'xi metodu ieħor jew taħlita ta' metodi adattati; it-termini "niddeskrivi" jew "nispjega" fl-eżiti mhux neċessarjament jeħtieġu deskrizzjoni jew spjegazzjoni bil-miktub. 

L-Aspett tas-Suġġett: X'inhu xogħol ix-xjentisti?

1] Kapaċi nifformula mistoqsijiet relevanti xjentifiċi wara li nirriċerka idea. 
2] Kapaċi nirriċerka fuq suġġett xjentifiku billi nuża varjetà ta' riżorsi u niġbor l-informazzjoni relevanti. 
3] Kapaċi nagħmel tbassira ċara u raġunata billi nuża l-ispjegazzjonijiet xjentifiċi f'kuntest xjentifiku mhux familjari. 
4] Kapaċi nippjana sekwenza ta' testijiet ġusti jew investigazzjonijiet fit-tul. 
5] Kapaċi nevalwa l-limitazzjonijiet tal-investigazzjoni u l-validilità tal-konklużjonijiet. 
6] Kapaċi nasal għal konklużjoni li turi għarfien dwar l-inċertezza tad-data
7] Kapaċi nikteb rapport xjentifiku li jinkludi dettall riċerkat. 
8] Kapaċi nissuġġerixxi l-alternattivi għall-mudelli billi nagħti spjegazzjonijiet raġunati għal dawn il-bidliet ibbażati fuq il-prinċipji xjentifiċi. 
9] Kapaċi niġġustifika jew niskredita x-xogħol ta' xjentist billi nuża argumenti etiċi. 
10] Kapaċi nevalwa kif it-teoriji xjentifiċi jinbidlu u jiżviluppaw. 
11] Kapaċi nagħmel ġudizzji dwar il-preċiżjoni tal-osservazzjonijiet, u nispjega l-iżbalji fid-data miġbura. 
12] Kapaċi nuża t-testijiet preliminari biex intejjeb il-proċeduri u t-tekniki tal-kejl. 
13] Kapaċi ninterpreta n-nomenklatura kumplessa tal-periklu tal-kimiċi. 



L-Aspett tas-Suġġett: Kif nibqgħu ħajjin?

1] Kapaċi nippreżenta informazzjoni dwar il-livelli trofiċi fl-ambjent.
2] Kapaċi nispjega d-diviżjoni taċ-ċellola fir-riproduzzjoni sesswali u r-replikazzjoni. 
3] Kapaċi nikkritika l-kwistjonijiet etiċi relatati mat-trapjanti tal-organi.
4] Kapaċi niddiskuti l-proċessi bażiċi tal-cloning u t-tnissil selettiv. 
5] B'mod kritiku, kapaċi nevalwa l-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-IVF.
6] Kapaċi nispjega għaliex huwa importanti li jkun hemm regolamenti etiċi fir-rigward ta' teknoloġiji ġodda bħall-IVF. 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: ​

L-Aspett tas-Suġġett: Kif inżommu ruħna f'kundizzjoni tajba u b'saħħitna? ​

1] Kapaċi nirriċerka fuq il-kawżi, l-effetti, u t-trattamenti għall-ażma.
2] Kapaċi nispjega l-importanza tal-fiżjoterapija għat-trattament tal-korrimenti sportivi.
3] Kapaċi nagħmel case study fuq epidemija riċenti u fuq kif ix-xjentisti ħadmu biex waqqfuha milli tinfirex u pprevjenu milli terġa' titfaċċa. 
4] Kapaċi nagħmel case study fuq l-importanza tal-użu responsabbli tal-antibijotiċi.
5] Kapaċi nirriċerka u nirrapporta fuq il-fatturi ambjentali possibbli li jikkawżaw l-allerġiji.
6] Kapaċi niddiskuti l-ħsara kkawżata mil-livelli eċċessivi tan-nitrati fl-ambjent. 
7] Kapaċi nirriċerka fuq iċ-ċikli tal-karbonju u n-nitroġenu, u nispjega l-importanza tagħhom għall-ambjent u l-produzzjoni tal-ikel.
8] Kapaċi niddiskuti dwar l-argumenti favur u kontra l-użu tal-inġinerija ġenetika, billi nirrikonoxxi l-evidenza empirika, id-data, u t-twemmin li flimkien jagħmlu dan id-dibattitu wieħed iebes. 
9] Kapaċi ninvestiga l-implikazzjonijiet tar-4 Għan ta' Żvilupp tal-Millennju li jittratta t-tnaqqis tar-rata tal-mewt fit-tfal żgħar. 
10] Kapaċi nidentifika u nqabbel dawk il-mediċini li jintużaw għat-trattament tal-infezzjonijiet komuni.



L-Aspett tas-Suġġett: ​Kif is-sensi tagħna jgħinuna niksbu l-informazzjoni?

1] Kapaċi nirriċerka fuq xi eżempji tal-apparati ultrasoniċi u kif dawn jistgħu jgħinu lill-għomja biex 'jaraw'. 
2] Kapaċi niddeskrivi kif l-apparati ottiċi, bħall-mikroskopji u t-teleskopji jintużaw fix-xjenza. 
3] Kapaċi nirriċerka u nirrapporta fuq xi problemi tal-viżta, u kif dawn jistgħu jiġu ttrattati.



L-Aspett tas-Suġġett: X'inhi l-enerġija?

1] Kapaċi niddiskuti s-sostenibbiltà tal-użu tal-arja kkundizzjonata għas-sistemi ta' tisħin (heating) u tkessiħ (cooling).
 NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR
2] Kapaċi ninvestiga t-teknoloġiji emerġenti li jistgħu jkunu oqsma kbar ta' tkabbir għall-ekonomija, bħall-enerġija solari irħas, batteriji elettriċi b'kapaċità ogħla, apparati elettroniċi ħfief li jistgħu jinġarru, u apparati mediċi impjantabbli. 
3] Kapaċi nirriċerka r-relazzjoni bejn iż-żoni manjetiċi u elettriċi.
4] Kapaċi ninvestiga kif in-nuqqas ta' elettriku f'xi pajjiżi jaffettwa l-istil tal-ħajja tan-nies.
5] Kapaċi ninvestiga u nqabbel it-tipi varji ta' power stations madwar id-dinja, l-effiċjenza u l-impatt tagħhom fuq l-ambjent.
6] Kapaċi niddiskuti l-ġenerazzjoni tal-enerġija billi nagħmel punti li juru għarfien, u li huma ssostanzjati mill-evidenza. 
7] Kapaċi niddisinja u nibni ċirkwit prattiku ta' kontroll, bħalma hi l-allarm tan-nar.
8] Kapaċi nippjana riċerka fuq it-trasferimenti tal-enerġija fl-oġġetti li jkunu qed jaqgħu billi nuża l-qisien miksuba mil-loggers tad-data



L-Aspett tas-Suġġett: Minn xiex huma magħmulin l-affarijiet?

1] Kapaċi nispjega l-bidliet fl-istat f'termini tal-enerġija mill-movimenti tal-partiċelli u s-saħħa relattiva tal-bonds kimiċi.
2] Kapaċi nirriċerka fuq il-karatteristiċi tal-materjali l-ġodda u l-impatt tagħhom fuq il-kura tas-saħħa, bħal pereżempju materjali li jistgħu jintużaw għat-tilqim. 
3] Kapaċi nirriċerka fuq il-prodotti li joħorġu mill-użu industrijali tat-tekniki tas-separazzjoni, bħad-distillazzjoni frazzjonali. 



L-Aspett tas-Suġġett: Kif id-dinja ssostni l-ħajja?

1] Kapaċi nirriċerka fuq il-fenomeni naturali li jistgħu jirriżultaw f'telf qawwi ta' ħajja.
2] Kapaċi nagħmel case study fuq l-impatt tal-attivitajiet tal-bniedem fuq abitat importanti f'Malta. 
NITGĦALLEM KIF
3] Kapaċi nirrifletti fuq l-impatt tal-ispeċi aljeni tal-pjanti f'Malta u nibni argument razzjonali għall-qerda jew l-eżistenza kontinwa tagħhom.
4] Kapaċi niddiskuti l-prattika tan-negozju agrikolu sostenibbli f'Malta u kif l-innovazzjoni fin-negozju agrikolu hija bbażata fuq il-fehim xjentifiku.
5] Kapaċi nippjana għall-kriżi tal-ilma.
6] Kapaċi niddiskuti u nevalwa l-miżuri li qed jittieħdu biex jittaffew l-effetti tat-tibdil fil-klima fuq l-uċuħ tar-raba' u l-ambjent tagħna.
7] Kapaċi niddiskuti l-effetti li t-tnaqqis fis-saff tal-ożonu għandu fuq il-bnedmin u organiżmi oħrajn. 



L-Aspett tas-Suġġett: Kif jiċċaqalqu l-affarijiet?

1] Kapaċi nirriċerka fuq tipi differenti ta' pontijiet u nispjega l-istruttura tagħhom f'termini tal-forzi preżenti. 
2] Kapaċi nirriċerka fuq dawk ix-xjentisti, bħal Stephen Hawking, li qed jiżviluppaw teoriji ġodda fil-fiżika, fil-gravità u fil-kożmoloġija.



L-Aspett tas-Suġġett: X'hemm fl-ispazju?

1] Kapaċi nuża l-internet biex infittex fuq id-dati u l-mogħdijiet tal-eklissi futuri.
 L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI
2] Kapaċi nitkellem dwar il-possibbiltajiet ta' ħajja fuq pjaneti oħrajn u l-kundizzjonijiet meħtieġa biex din teżisti.
3] Kapaċi niddiskuti fuq is-sinifikat tal-iskoperti riċenti importanti dwar pjaneti oħrajn.  
4] Kapaċi nispjega kif iseħħu r-raġġi kożmiċi u x'inhuma l-effetti tagħhom fuq id-dinja.
5] Kapaċi nirriċerka fuq l-eżistenza tat-toqob suwed u t-teoriji dwar il-karatteristiċi tagħhom. 
L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI
6] Kapaċi nirriċerka dwar kif l-astronawti jgħixu fl-International Space Station u kif isostnu lilhom infushom b'riżorsi limitati għall-aħħar.
7] Kapaċi nirriċerka dwar il-benefiċċji ekonomiċi tal-esplorazzjoni spazjali u niddiskuti xi kwistjonijiet morali u etiċi.




Agħti r-rispons tiegħek hawn