Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: Ix-Xjenza u t-Teknoloġija

Ix-Xjenza Bażika > LEVEL 8





Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: L-istudenti jistgħu juru kif waslu għar-riżultati b'modi differenti, bħal pereżempju billi jitkellmu fuq is-suġġett, iwieġbu l-mistoqsijiet bil-fomm, ipinġu dijagrammi relevanti, juru li fehmu permezz ta' role play, joħolqu preżentazzjoni, jew b'xi metodu ieħor jew taħlita ta' metodi adattati; it-termini "niddeskrivi" jew "nispjega" fl-eżiti mhux neċessarjament jeħtieġu deskrizzjoni jew spjegazzjoni bil-miktub. 

L-Aspett tas-Suġġett: X'inhu xogħol ix-xjentisti?

1] Kapaċi nifformula mistoqsijiet xjentifiċi aktar kumplessi li nista' ninvestiga.
2] Kapaċi ninvestiga kunċett xjentifiku jew suġġett billi nuża varjetà ta' riżorsi pprovduti. 
3] Kapaċi nagħmel tbassira ċara u raġunata billi nuża l-ispjegazzjonijiet xjentifiċi f'kuntest xjentifiku familjari.
4] Kapaċi nanalizza problema partikolari, nuża l-għarfien xjentifiku biex nidentifika l-varjabbli ewlenin, u nippjana test ġust.
5] Kapaċi nidentifika n-nuqqasijiet f'investigazzjoni u nissuġġerixxi titjib. 
 L-INTERPERSONALI
6] Kapaċi nippreżenta d-data f'line graph jew f'bar chart fejn meħtieġ.
7] Kapaċi ninterpreta d-data grafika biex nispjega l-patterns osservati.
8] Kapaċi nikteb rapport xjentifiku sempliċi li jinkludi deskrizzjonijiet ċari u spjegazzjonijiet sempliċi permezz ta' ftit għajnuna. 
 IL-KITBA
9] Kapaċi nibni mudelli ta' kumplessità li dejjem qed tiżdied.
10] Kapaċi naħdem fi grupp u nippjana investigazzjoni.
11] Kapaċi niddeskrivi l-iżvilupp storiku ta' idea xjentifika. 
12] Kapaċi nagħti eżempji ta' kif it-teknoloġija ġabet bidla f'xi impjiegi.
13] Kapaċi niddisinja u narma t-tagħmir biex niġbor l-evidenza għall-investigazzjoni. 
14] Kapaċi nuża t-tagħmir tad-data logging biex nieħu l-qisien.
 L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI
15] Kapaċi niddeċiedi ma' sħabi xi rwol se jkolli fit-tim.
L-INTERPERSONALI



L-Aspett tas-Suġġett: Kif nibqgħu ħajjin?

1] Kapaċi nidentifika l-membri tal-gruppi ewlenin tal-annimali, u nqabbel u nikkuntrasta l-kriterji li jiddefinixxu s-sħubija f'kull grupp.
2] Kapaċi nidentifika t-8 phyla ewlenin u l-klassijiet tal-artropodi u tal-vertebrati.
3] Kapaċi nispjega l-irwol ewlieni tal-insetti fid-dakra tal-pjanti, inklużi l-uċuħ tar-raba'. 
4] Kapaċi nirriċerka dwar kif il-pjanti jistgħu jinfirxu permezz tax-tixrid taż-żerriegħa bir-riħ, bl-annimali u bl-ilma.  
 
5] Kapaċi nispjega li l-organiżmi huma magħmulin mit-tessuti (tissues) u minn organi, li huma magħmulin miċ-ċelloli.
6] Kapaċi nagħmel esperiment biex nosserva l-istruttura ta' ċellola sempliċi ta' pjanta u niddeskrivi l-irwol tal-partijiet ewlenin.
7] Kapaċi nqabbel l-istruttura taċ-ċelloli tal-annimali u tal-pjanti, u nispjega l-funzjoni ta' kull parti.
8] Kapaċi niddeskrivi l-istruttura bażika tas-sistema tal-iskeletru uman.
9] Kapaċi niddeskrivi l-iżvilupp tal-organiżmi minn embrijun sa adult.
10] Kapaċi nsemmi l-bidliet li jseħħu f'embrijun tul l-40 ġimgħa tat-tqala.
11] Kapaċi niddiskuti kif it-tipjip, il-mediċina, u s-saħħa ġenerali tal-omm taffettwa l-embrijun li jkun qed jikber.
12] Kapaċi nirriċerka dwar il-prattiċi tas-sopravivenza użati minn xi organiżmi ħajjin biex jgħixu l-estremitajiet fit-temp, bħall-kesħa u n-nixfa severa.
 IT-TAGĦLIM KREATTIV
13] Kapaċi nagħmel case study fuq kwistjoni importanti ta' konservazzjoni.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: ​

L-Aspett tas-Suġġett: Kif inżommu ruħna f'kundizzjoni tajba u b'saħħitna? ​

1] Kapaċi niddeskrivi s-sistema diġestiva tal-bniedem.
2] Kapaċi niżviluppa preżentazzjoni biex nikkonvinċi lil sħabi li dieta tajba tħalli effett pożittiv fuq il-ġisem tagħna, inkluż fuq is-sistema ċirkolatorja. 
 IL-LINGWA ESPRESSIVA
3] Kapaċi ninvestiga kif inhi affettwata r-rata tal-polz mill-eżerċizzju. 
4] Kapaċi nispjega kif dieta tajba hija ta' benefiċċju.
5] Kapaċi nagħmel esperimenti biex ninvestiga kif l-attivitajiet sportivi jaffettwaw ir-rata tal-polz.
6] Kapaċi niddeskrivi s-sistema respiratorja tal-bniedem.
7] Kapaċi niddeskrivi l-effetti ħżiena tat-tipjip.
8] Kapaċi nispjega kif il-ġisem tal-bniedem huwa l-abitat għal varjetà ta' organiżmi.
9] Kapaċi nsemmi xi allerġeni komuni u niddeskrivi l-effett tagħhom fuq il-ġisem tal-bniedem.
10] Kapaċi nippreżenta informazzjoni fuq proġett ta' konservazzjoni. 
 IL-KOMUNIKAZZJONI
11] Kapaċi niddeskrivi l-irwol tal-mikroorganiżmi fid-dekompożizzjoni tal-materja. 
12] Kapaċi nispjega xi tfisser l-inġinerija ġenetika u nispjega kif dak l-ikel modifikat ġenetikament jista' jkun modifikat għall-benefiċċju tagħna. 
NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
13] Kapaċi nsir naf kif jintużaw l-X-rays, l-ultrasound u l-iskennjar permezz tal-MRI biex nara l-ġisem minn ġewwa. 



L-Aspett tas-Suġġett: ​Kif is-sensi tagħna jgħinuna niksbu l-informazzjoni?

1] Kapaċi ninvestiga l-varjetà tal-frekwenzi tal-ħoss li nista' nisma'. 
 PRATTIKA
2] Kapaċi niddeskrivi kif il-ħsejjes jivvjaġġaw f'sound waves.
3] Kapaċi nuri kif il-ħsejjes jistgħu jintużaw biex jintbagħtu l-messaġġi.
4] Kapaċi nispjega xi jfisser il-pitch u l-loudness/volum ta' ħoss.
5] Kapaċi niddeskrivi u nuri l-karatteristiċi tal-materjali trasparenti, transluċidi, u opaki.
6] Kapaċi nuri kif id-dawl abjad jista' jinqasam fil-kuluri kostitwenti tiegħu tal-ispettru.
7] Kapaċi ninvestiga kif il-lentijiet jaffettwaw il-mogħdijiet tar-raġġi tad-dawl.
8] Kapaċi nispjega x'jiġri meta jitħallat id-dawl u kif dan huwa differenti mit-taħlit taż-żebgħa. 
9] Kapaċi nuri kif il-mirja concave u convex jipproduċu l-immaġini.
10] Kapaċi nispjega kif il-lenti tal-għajn tifforma immaġini fuq ir-retina.



L-Aspett tas-Suġġett: X'inhi l-enerġija?

1] Kapaċi niddeskrivi l-proċess kimiku tal-fotosinteżi u nagħmel esperimenti sempliċi fuq il-fotosinteżi.
2] Kapaċi nagħmel esperimenti biex inqabbel il-kontenut tal-enerġija f'xi ikel differenti.
3] Kapaċi niddiskuti l-effett negattiv tal-użu kontinwu tal-fossil fuels.
4] Kapaċi nispjega xi jfisser it-terminu 'carbon footprint'.
5] Kapaċi nispjega kif it-temperatura fil-binjiet tista' tkun ikkontrollata bl-użu ta' miżuri sostenibbli bħad-double glazing, id-daqs u l-pożizzjoni tat-twieqi, u l-insulazzjoni.
6] Kapaċi nagħmel ċellola kimika sempliċi. 
 PRATTIKA
7] Kapaċi ninvestiga u niddeskrivi l-effetti elettrostatiċi taċ-ċarġis. 
8] Kapaċi ninvestiga kif inhi trażmessa l-qawwa tal-elettriku, u kif din tasal għand il-users domestiċi u kummerċjali f'Malta. 
9] Kapaċi nagħti spjegazzjoni raġunata tal-aktar forom sostenibbli għall-ġenerazzjoni tal-elettriku adattati għal Malta.
NITGĦALLEM KIF
10] Kapaċi nuri kif ngħaddi l-wajers ta' plug u kif tbiddel fjus fi plug
11] Kapaċi niddeskrivi eżempji tal-użu taċ-ċirkwiti serje u paralleli fil-ħajja ta' kuljum. 
12] Kapaċi napplika l-fehim tiegħi fid-differenza bejn l-elettriku AC u DC biex niddeskrivi kif it-tnejn jistgħu jintużaw b'mod sikur. 
13] Kapaċi nispjega l-kunċett tal-effiċjenza u ninvestiga kif l-effiċjenza ta' xi apparati tista' tittejjeb.
14] Kapaċi nikteb il-word equation tal-fotosinteżi.



L-Aspett tas-Suġġett: Minn xiex huma magħmulin l-affarijiet?

1] Kapaċi niddeskrivi d-diffużjoni fil-gassijiet. 
2] Kapaċi napplika l-fehim tiegħi ta' kif il-partiċelli jaġixxu u kif huma rranġati biex nispjega d-differenzi bejn il-materjali solidi, il-likwidi, u l-gassijiet. 
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
3] Kapaċi niddiskuti kif it-tidwib tal-ice caps huwa relatat mat-tibdil fil-klima u l-effetti ta' dan fuq l-annimali selvaġġi u n-nies. 
4] Kapaċi ninvestiga jekk il-materjali jżommux fil-wiċċ jew jegħrqux, u nirrelata dan mad-densità tal-materjal.
5] Kapaċi nuża l-istrumenti xjentifiċi biex inkejjel xi karatteristiċi speċifiċi ta' materjal partikolari.
6] Kapaċi nuża t-tabella perjodika biex nidentifika l-metalli u n-nonmetalli.
7] Kapaċi nqabbel il-karatteristiċi tal-metalli u n-nonmetalli, u nagħti eżempji tal-użi tagħhom.
8] Kapaċi ninvestiga r-reattività tal-metalli differenti u npoġġihom f'ordni.
9] Kapaċi ninvestiga l-kundizzjonijiet meħtieġa biex joħroġ is-sadid.
10] Kapaċi norbot il-karatteristiċi tal-metalli komuni mal-użu tagħhom. 
11] Kapaċi niddeskrivi d-differenza bejn taħlita u compound.
12] Kapaċi nagħmel esperimenti biex nuri li ħafna mir-reazzjonijiet jipproduċu enerġija termali.
IT-TAGĦLIM SOĊJALI
13] Kapaċi nagħmel esperimenti biex nidentifika l-fatturi li jinfluwenzaw ir-rata tar-reazzjonijiet.
14] Kapaċi ninvestiga r-reazzjonijiet bejn l-aċidi u l-alkali/il-karbonati.
15] Kapaċi nidentifika eżempji ta' reazzjonijiet kimiċi utli fl-industrija lokali.
16] Kapaċi nagħmel esperimenti tan-newtralizzazzjoni billi nuża l-aċidi u l-alkali.
17] Kapaċi niddeskrivi l-użi prattiċi tal-aċidi u tal-alkali fid-djar u fl-industrija. 
18] Kapaċi ninvestiga liema materjal tal-pjanta huwa l-aktar adattat biex jintuża bħala indikatur.  
19] Kapaċi nsemmi xi compounds komuni u nsib il-formula kimika tagħhom.  
20] Kapaċi nuża t-tabella perjodika biex nidentifika l-elementi, is-simboli, u l-karatteristiċi tagħhom.
21] Kapaċi niddeskrivi u/jew nuri l-istruttura atomika bażika ta' elementi sempliċi.



L-Aspett tas-Suġġett: Kif id-dinja ssostni l-ħajja?

1] B'mod kritiku, kapaċi nevalwa l-istil tiegħi tal-ħajja u noffri modi alternattivi biex innaqqas, nuża mill-ġdid, u nirriċikla l-materjal.
2] Kapaċi nidentifika l-użu tar-riżorsi materjali tad-dinja fil-proċessi industrijali u ngħid għaliex huwa importanti li jintużaw b'mod sostenibbli. 
3] Kapaċi niddiskuti ż-żjarat temporanji lejn abitat mill-annimali li jkunu qed ipassu.
4] Kapaċi nipparteċipa f'attività tal-fieldwork u nosserva abitati differenti fl-ambjent lokali.
5] Kapaċi nidentifika speċi komuni ta' pjanti aljeni f'Malta. 
6] Kapaċi niddiskuti kif it-teknoloġija tista' tintuża biex tipproduċi rendimenti ta' wċuħ tar-raba' ta' kwalità aħjar u mediċina.
7] Kapaċi nispjega għaliex il-melħ huwa importanti għall-organiżmi tal-baħar.
8] Kapaċi nittestja l-kwalità tal-ilma.
PRATTIKA
9] Kapaċi niddeskrivi eżempji tal-effetti li qed iħalli t-tibdil fil-klima fuq il-patterns tat-temp.
10] Kapaċi niddeskrivi kif il-kundizzjonijiet tat-temp huma relatati mal-bidliet fil-pressjoni barometrika.
11] Kapaċi niddeskrivi l-kompożizzjoni tal-gassijiet fl-atmosfera.
12] Kapaċi niddeskrivi x'qed jikkawża t-tniġġis fl-arja, u l-effetti tiegħu fuq il-kwalità tax-xita. 
13] Kapaċi nuri kif jaħdem
kumpass manjetiku u nagħmel paperclip compass sempliċi.
14] Kapaċi ninvestiga l-forom u t-tipi differenti tal-kalamiti
permanenti u l-użi tagħhom.
15] Kapaċi ninvestiga l-aspetti ekonomiċi meta jkunu rriċiklati l-materjali.



L-Aspett tas-Suġġett: Kif jiċċaqalqu l-affarijiet?

1] Kapaċi nuri kif il-forzi bbilanċjati jikkawżaw oġġett li jiċċaqlaq b'veloċità stabbli jew jibqa' stazzjonarju. 
2] Kapaċi nibni mudell ta' pont biex nuri kif struttura xierqa tiżgura saħħa.
PRATTIKA
3] Kapaċi ninvestiga l-importanza tal-pożizzjoni taċ-ċentru tal-gravità fuq l-istabbiltà ta' oġġett.
4] Kapaċi nsir naf dwar l-esperimenti gravitazzjonali li qed isiru bħalissa fil-Large Hadron Collider. 
5] Kapaċi ninvestiga l-effett ta' paraxut fuq oġġett waqt li qed jaqa'.
6] Kapaċi ninvestiga s-saħħa tal-forza bejn uċuħ differenti.
7] Kapaċi ninvestiga kif il-moviment huwa relatat mal-funzjoni fl-apparat.
8] Kapaċi niddeskrivi u npinġi dijagramma biex nuri l-forzi li jaġixxu fuq bniedem meta jkun fuq bandla.
9] Kapaċi ninvestiga għaliex in-nylon huwa materjal tajjeb li jintlibes għall-ġiri u l-aerobics
10] Kapaċi nuri li meta muskolu jinġibed, jiqsar u għalhekk jiġbed l-għadam ta' miegħu.
11] Kapaċi nuri li meta muskolu jirrilassa, imur lura għad-daqs normali tiegħu.



L-Aspett tas-Suġġett: X'hemm fl-ispazju?

1] Kapaċi nosserva u nidentifika xi kostelazzjonijiet.
2] Kapaċi nuri l-moviment tal-dinja, tal-qamar u tax-xemx relattivi għal xulxin.
 PRATTIKA
3] Kapaċi niddeskrivi kif l-atmosfera u l-kompożizzjoni ta' pjaneta oħra hija differenti mid-dinja u niddeskrivi x'adattazzjonijiet irid jagħmel il-bniedem biex ikun jista' jgħix fiha.
4] Kapaċi niddeskrivi l-moviment u l-karatteristiċi tal-qmura, tal-asterojdi, tal-kometi, u tal-meteori.
5] Kapaċi nuża mudell biex nuri kif l-inklinazzjoni tad-dinja hija responsabbli għall-istaġuni differenti.
6] Kapaċi nispjega l-kunċett tal-univers li qed jespandi, u għaliex ix-xjentisti jemmnu li dan beda bil-Big Bang. 
 
7] Kapaċi nippreżenta informazzjoni fuq l-istazzjonijiet fl-ispazju, kif jinbnew, il-materjali użati u xi eżempji għall-iskop tagħhom.
IL-KOMUNIKAZZJONI



L-Aspett tas-Suġġett: X'inhu x-xogħol tax-xjentisti forensiċi?

1] Kapaċi nagħmel inferenzi sempliċi mill-evidenza.
2] Kapaċi nuża t-testijiet tal-fjamma (flame tests) biex nidentifika l-kimiċi.
3] Kapaċi nuri li n-nar jeħtieġ il-fjuwil, l-arja, u s-sħana.
4] Kapaċi nuża test kimiku biex ninvestiga u nidentifika l-gruppi tal-ikel.
 PRATTIKA




Agħti r-rispons tiegħek hawn