Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: Il-Lingwi

Il-Malti bħala Lingwa Barranija > LEVEL 7





L-Aspett tas-Suġġett: Il-Kitba

1] Jiena kapaċi nikteb rapporti qosra li jwasslu informazzjoni fattwali ta’ rutina u jispjegaw ir-raġunijiet li jwasslu għal azzjonijiet meħuda. 
 L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI
2] Jiena kapaċi nikteb ittri personali qosra li jiddeskrivu esperjenzi u avvenimenti. 
 IL-LINGWA ESPRESSIVA
3] Jiena kapaċi niddeskrivi bil-kitba dettalji bażiċi ta’ avvenimenti partikolari. 
 IL-KITBA
4] Jiena kapaċi nikteb u niddeskrivi temi astratti. 
 IL-LINGWA ESPRESSIVA
5] Jiena kapaċi nikteb punti bil-għan li nħalli risposta lil xi ħadd, eż. b’referenza għal telefonata. 
 IL-KITBA
6] Jiena kapaċi niddeskrivi bil-kitba l-istorja ta’ ktieb, drama jew film. 
 IL-KITBA
7] Jiena kapaċi nikteb fil-qosor fuq raġunijiet li jwasslu għal fehmiet partikolari. 
 L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI



L-Aspett tas-Suġġett: Il-Qari

1] Jiena kapaċi naqra u nifhem testi qosra u sempliċi fuq suġġetti marbuta ma’ oqsma li jinteressawni.
 NITGĦALLEM INKUN JIEN
2] Jiena kapaċi naqra u nifhem informazzjoni ġenerika meħtieġa minn materjal użat fil-ħajja ta’ kuljum, pereżempju minn avviżi, gazzetti u fuljetti qosra.
 PRATTIKA
3] Jiena kapaċi nfittex l-informazzjoni speċifika meħtieġa minn testi qosra biex inkun kapaċi naħdem fuq biċċa xogħol.
4] Jiena kapaċi nifhem uħud mill-punti ewlenin f’artiklu qasir f’gazzetta dwar suġġett li jien midħla tiegħu.
5] Jiena kapaċi nidentifika numru żgħir ta’ konklużjonijiet f’test argumentattiv qasir li huwa miktub b’mod ċar u sempliċi, marbut ma’ suġġett li jien midħla tiegħu.
 IL-QARI U L-FEHIM
6] Jiena kapaċi nsegwi l-argument bażiku ta’ test.
7] Jiena kapaċi nifhem biżżejjed deskrizzjonijiet ta’ avvenimenti f’korrispondenza personali bil-għan li nirrispondi b’mod informali.
8] Jiena kapaċi nifhem istruzzjonijiet qosra u diretti miktuba b’mod ċar bil-għan li nuża xi tagħmir partikolari.



L-Aspett tas-Suġġett: Is-Smigħ

1] Jiena kapaċi nasal għal tifsira ta’ kliem mhux familjari mis-sens tal-kuntest.
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
2] Jiena kapaċi nsegwi l-punti prinċipali/ewlenin ta’ diskussjoni bażika li qed isseħħ madwari, ladarba d-diskors huwa artikolat b’mod ċar, bil-mod u b’Malti standard.
3] Jiena kapaċi nsegwi diskors sempliċi u ċar f’konverżazzjoni ta’ kuljum, għalkemm f’sitwazzjonijiet prattiċi u realistiċi jkolli nistaqsi għal aktar dettall, kjarifikazzjoni u ripetizzjoni ta’ kliem u frażijiet partikolari.
4] Jiena kapaċi nifhem informazzjoni sempliċi, fattwali u diretta dwar suġġetti relatati mal-ħajja ta’ kuljum, billi nidentifika messaġġi ġeneriċi, ladarba d-diskors huwa artikolat b’mod ċar u b’Malti standard.
 IT-TAGĦLIM SOĊJALI
5] Jiena kapaċi nifhem il-punti ewlenin ta’ diskors sempliċi artikolat b’mod ċar, bil-mod u b’Malti standard fuq temi li jien midħla tagħhom.
 IT-TAGĦLIM SOĊJALI
6] Jiena kapaċi nsegwi lezzjoni jew taħdita marbuta mal-interessi tiegħi, ladarba jiena midħla tas-suġġett li qed jiġi ppreżentat bil-mod, b’mod ċar u dirett.
7] Jiena kapaċi nifhem numru ta’ kliem marbut ma’ reġistri tekniċi.
 PRATTIKA
8] Jiena kapaċi nifhem il-kontenut relattivament qasir ta’ materjal awdjoviżiv, irrekordjat u mxandar fuq suġġetti sempliċi u li jiena midħla tagħhom, b’diskors artikolat bil-mod u ċar.
 L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI
9] Jiena kapaċi nsegwi siltiet qosra minn drama u films bil-Malti fejn l-istorja hija megħjuna b’ħafna viżwal u azzjoni, u fejn il-lingwaġġ huwa bil-mod u ċar.
10] Jiena kapaċi nidentifika l-punti ewlenin f’siltiet minn xandiriet qosra fuq suġġetti li jiena midħla tagħhom fejn il-lingwaġġ huwa bil-mod u ċar.
 L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI



L-Aspett tas-Suġġett: ​It-Taħdit

1] Jien kapaċi nitħaddet fuq suġġetti partikolari b’mod sempliċi u fil-qosor meta qiegħed fil-pajjiż tal-lingwa mitkellma.
 IL-KOMUNIKAZZJONI
2] Jien kapaċi nkompli nitħaddet f’konverżazzjoni spontanja sempliċi u fil-qosor fuq temi li jien midħla tagħhom, eż. dawk ta’ interess personali jew dawk marbutin mal-ħajja ta’ kuljum, bħall-familja, il-ħin liberu, l-iskola, l-ivvjaġġar u ġrajjiet kurrenti.
3] Jien kapaċi nitħaddet billi ngħaqqad frażijiet b’mod sempliċi bil-għan li niddeskrivi esperjenzi u avvenimenti kemm fuq livell ġeneriku kif ukoll fuq livell personali.
4] Jien kapaċi nagħti raġunijiet fil-qosor u spjegazzjonijiet għall-fehmiet personali permezz tat-taħdit.
 IL-LINGWA ESPRESSIVA
5] Jien kapaċi nirrakkonta storja jew il-plott ta’ ktieb/film.
 L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI




Agħti r-rispons tiegħek hawn