Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: Is-Saħħa u l-Edukazzjoni Fiżika

L-Iżvilupp Personali, Soċjali u tal-Karrieri > LEVEL 9





L-Aspett tas-Suġġett: L-Iżvilupp tal-identità personali u l-għarfien intrapersonali 

1] Kapaċi nispjega kif meta nagħmel l-almu tiegħi f'setturi varji tal-ħajja jtejjeb l-istima tiegħi nnifsi, eż. nifhem li l-istima fil-persuna nnifisha tista' tkun marbuta ma' setturi varji fil-ħajja ta' persuna. 
 PERSONALI
2] Nagħraf l-importanza tax-xbieha tal-persuna nnifisha (self-image), l-istima fil-persuna nnifisha u l-kunfidenza tal-persuna fiha nnifisha. 
 PERSONALI
3] Kapaċi nipperċepixxi l-importanza li nidentifika l-problemi jew sfidi u nirrifletti b'mod kritiku u kreattiv fuq numru ta' għażliet. 
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV 
4] Kapaċi nidentifika l-prijoritajiet f'setturi varji tal-ħajja u nevalwa l-konsegwenzi potenzjali ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet differenti. 
 PRATTIKA
5] Kapaċi nidentifika l-ħiliet meħtieġa għall-edukazzjoni postsekondarja u/jew it-tranżizzjoni għax-xogħol. 
 NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR 
6] Kapaċi nagħraf l-importanza tal-ħiliet soċjali li tgħallimt permezz ta' parteċipazzjoni f'attivitajiet formali u mhux formali. 
 NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR
7] Nifhem il-bżonn u kapaċi nispjega l-importanza li nkun kapaċi naddatta ruħi għal sitwazzjonijiet differenti. 
 NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR 
8] Jien pożittiv/a fuq il-kisbiet personali u kapaċi nassessjahom b'mod oġġettiv. 
 PRATTIKA 
9] Kapaċi niddeskrivi l-istrateġiji ta' tagħlim li nippreferi u nużahom biex inkompli bl-istudji tiegħi. 
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV 
10] Kapaċi nagħti valur lit-tagħlim fih innifsu u nħossni kompetenti fl-immaniġġjar tat-tagħlim tiegħi.  
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
11] Kapaċi nassessja lili nnifsi hekk kif dan jgħinni nifhem dak li naf u jien min jien u dak li nixtieq nagħmel fil-futur. 
 PRATTIKA
12] Kapaċi nanalizza informazzjoni li nsir naf b'mod kritiku u kostruttiv. 
 KONJITTIVA 
13] Kapaċi ngħaqqad informazzjoni ġdida mal-għarfien eżistenti tiegħi u nassessja lili nnifsi, sabiex nanalizza u nkompli niżviluppa l-ideat tiegħi. 
 PRATTIKA
14] Kapaċi nidentifika l-għajnuna u r-riżorsi li għandi bżonn biex nitgħallem, nikber u niżviluppa emozzjonalment, soċjalment u fiżikament. 
 IT-TAGĦLIM PERSONALI 
15] Kapaċi nargumenta fuq l-importanza tat-tagħlim tul il-ħajja fis-soċjetà tal-lum.  
 NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR 
16] Nuża esperjenzi u kompetenzi differenti tat-tagħlim sabiex nindirizza sfidi ġodda, nieħu deċiżjonijiet informati u nevalwa l-konsegwenzi.  
 NITGĦALLEM INKUN JIEN 
17] Kapaċi nbiddel l-ideat kreattivi tiegħi f'azzjonijiet. 
 PRATTIKA
18] Kapaċi naħseb b'mod kritiku u kreattiv f'sitwazzjonijiet differenti. 
 KONJITTIVA 
19] Kapaċi nindirizza disfatti u sfidi u nitgħallem minnhom, eż. niffoka fuq l-isforzi u t-tagħlim aktar milli f'min ser inwaħħal. 
 IT-TAGĦLIM PERSONALI 
20] Kapaċi norganizza xogħli u nżomm mad-dati fix-xogħol tal-iskola u r-reviżjoni. 
 IT-TAGĦLIM PERSONALI
21] Kapaċi nissettja għanijiet personali għall-futur billi nirrifletti fuq ir-riżultati ta' deċiżjonijiet tal-passat. 
 NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
22] Kapaċi ninnegozja mal-adulti fuq l-għażliet postsekondarji u nagħmel għażliet realistiċi u informati. 
 NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR
23] Kapaċi nagħraf u nimmaniġġja l-influwenzi pożittivi u l-pressjoni negattiva, eż. sapport tal-għalliema u stress riżultat tal-eżamijiet. 
 
NITGĦALLEM KIF 
24] Naf kemm hu importanti li jkollok skop fil-ħajja. 
 NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR



L-Aspett tas-Suġġett: L-iżvilupp ta' relazzjonijiet b'saħħithom u rispettabbli 

1] Kapaċi nintroduċi lili nnifsi ma' studenti sħabi u l-għalliema u naqsam magħhom ftit mill-interessi tiegħi, xi nħobb u x'ma nħobbx; kapaċi nikseb informazzjoni fuq l-interessi u l-ideat tagħhom.
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ 
2] Kapaċi naħdem ma' varjetà ta' persuni differenti minni. 
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
3] Naħem tajjeb ma' persuni tal-istess età tiegħi u mal-adulti kemm fl-iskola u fil-komunità, eż. esperjenza ta' xogħol u xogħol fil-komunità u volontarju. 
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ 
4] Kapaċi ninterpreta u nispjega t-ton tal-vuċi u nirreaġixxi b'mod xieraq għat-tipi differenti ta' tonijiet. 
5] Kapaċi niddiskuti kif ir-regoli jmexxu l-komunikazzjoni miktuba u kapaċi nagħti eżempji kif tista' tikteb ittri elettroniċi, posts, messaġġi u tweets b'mod rispettabbli u meta għandi nuża lingwaġġ formali u mhux formali. 
 NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF 
6] Kapaċi nagħti kontribut u naqbel ma' sett ta' regoli bażiċi li jenfasizzaw l-importanza tal- kollaborazzjoni u l-kooperazzjoni fi grupp, eż. il-ħiliet meħtieġa biex taħdem bħala grupp, bħall-paċenzja, it-tolleranza, il-fehim u l-aċċettazzjoni.  
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
7] Kapaċi niddiskuti kif il-valuri tiegħi jinfluwenzaw il-ħsibijiet tiegħi u l-modi kif naħdem ma' ħaddieħor. 
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
8] Kapaċi nanalizza u nagħmel taqsira tat-tipi differenti ta' dikjarazzjonijiet fuqi nnifsi u nidentifika liema jistgħu jagħmluli l-ħsara jew lil persuni oħra, eż. l-importanza li nsib bilanċ bejn li nkun ġenwin u nesprimi l-emozzjonijiet tiegħi bil-miftuħ jew inżomm il-privatezza. 
 PERSONALI
9] Kapaċi nirrifletti fuq l-esperjenza tat-tagħlim, kemm b'mod individwali kif ukoll fi grupp.  
 IT-TAGĦLIM KREATTIV 
10] Kapaċi nisma', nagħmel taqsira u nikkontribwixxi f'argument waqt diskussjonijiet fil-klassi jew fi grupp.  
 IT-TAGĦLIM SOĊJALI 
11] Kapaċi nikkollabora ma' studenti oħra u mal-adulti bħala parti mill-proċess tiegħi ta' tagħlim. 
 IT-TAGĦLIM SOĊJALI 
12] Kapaċi nagħraf u nindirizza l-fatt meta persuni oħra jieħdu vantaġġ minni. 
13] Nipperċepixxi r-rilevanza li ngħix u naħdem ma' persuni differenti minni. 
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ 
14] Kapaċi nipperċepixxi l-importanza filwaqt li nuri rispett lejn kulturi differenti, stili ta' għajxien, twemmin u opinjonijiet. 
 L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI 
15] Kapaċi nidentifika l-importanza tar-rispett lejn l-emozzjonijiet ta' persuni differenti, eż. persuni ta' kulturi, sess, orjentazzjoni sesswali, etniċità, nazzjonalità, ideoloġiji, twemmin politiku u reliġjuż differenti. 
 L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI 
16] Kapaċi nuri u nindirizza mġiba offensiva jew mhux ġusta, inġustizzji u trattamenti preferenzjali fil-ħajja ta' kuljum. 
 IL-BIDLA SOĊJALI 
17] Kapaċi niddibatti b'mod effettiv fuq l-inġustizzji u l-inugwaljanza, eż. lokalment u f'kulturi differenti madwar id-dinja: il-faqar, il-ġuħ, l-inugwaljanza sesswali, ir-razziżmu, l-abbuż, it-traffikar għas-sess, ix-xjuħija, l-orfni, it-trattament ħażin tal-annimali, il-qerda tal-ambjent. 
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ 
18]Kapaċi nassessja kemm nista' u kemm għandi nkun responsabbli għal ħaddieħor. 
19] Kapaċi nidentifika numru ta' karatteristiċi f'relazzjonijiet importanti u kapaċi nispjega kemm ir-relazzjonijiet huma importanti meta mibnija fuq il-valuri tal-individwi.  
20] Kapaċi nagħraf u nifhem għaliex kwalitajiet pożittivi bħall-imħabba, is-sapport, ir-rispett, ir-responsabbiltà u l-kura huma importanti fir-relazzjonijiet. 
 IL-BIDLA SOĊJALI 
21] Kapaċi nikkonsidra l-benefiċċji u r-riskji meta tafda persuni oħra. 
22] Kapaċi niddeskrivi tipi ta' relazzjonijiet u niddiskuti t-tipi ta' emozzjonijiet li wieħed jesperjenza permezz tagħhom.
23] Kapaċi nipperċepixxi u nirrispetta l-fatt li l-persuni għandhom bżonnijiet differenti fir-relazzjonijiet. 
 IL-BIDLA SOĊJALI 
24] Kapaċi nuri kif nimmaniġġja relazzjonijiet li jinbidlu billi nuża numru ta' strateġiji.  
 INTERPERSONALI
25] Kapaċi nirrifletti fuq kif l-imġiba u l-komunikazzjoni f'relazzjoni jistgħu jvarjaw skont l-emozzjonijiet ta' impenn u intimità.
26] Kapaċi nanalizza l-viżjonijiet tiegħi u ta' ħaddieħor fuq x'inhu aċċettabbli u x'mhux f'relazzjoni intima. 
 IL-BIDLA SOĊJALI 
27] Kapaċi nipperċepixxi differenzi emottivi, mit-ton tal-vuċi u l-lingwaġġ tal-ġisem. 
28] Kapaċi niddiskuti u nidentifika x'tista' tfisser relazzjoni 'emozzjonalment diffiċli' u kif din tista' taffettwa lil min jinsab f'din ir-relazzjoni. 
29] Kapaċi nagħraf meta persuni oħra qed jieħdu vantaġġ minni u kapaċi mmur kontriha. 
 KONJITTIVA 
30] Kapaċi nidentifika u niddeskrivi sinjali ta' relazzjoni abbużiva. 
31] Kapaċi nidentifika xi konsegwenzi ta' nuqqas ta' kura, aggressjoni u relazzjonijiet abbużivi u kif għandi nġib ruħi f'ċirkostanzi simili. 
32] Kapaċi nsemmi liema postijiet/servizzi u/jew liema persuni nista' nikkonsulta għall-għajnuna jekk jiena nesperjenza, jew inkun xhud ta' relazzjoni abbużiva. 
33] Kapaċi niddiskuti fuq kif il-fatt li jkollok tarbija jġorr miegħu responsabbiltà kbira u kif dan jaffettwa r-relazzjonijiet. 
34] Kapaċi napprezza li hemm numru ta' modi kif subien/ġuvintur u bniet/tfajliet jista' jkollhom relazzjoni mill-qrib flimkien. 
35] Kapaċi nfisser xi tfisser l-esplojtazzjoni fir-relazzjonijiet, eż. dominanza, pussess, intimità, abbuż. 
36] Kapaċi nitkellem fuq ir-relazzjonijiet, inkluż relazzjonijiet sesswali, ma' ġenitur/ħabib/a.
37] Nifhem xi tfisser esplojtazzjoni f'relazzjoni, eż. qalb il-ħbieb u relazzjonijiet romantiċi abbużivi. 
38] Kapaċi niddiskuti assunzjonijiet personali fuq persuni li huma differenti u kapaċi nuri kollaborazzjoni ma' persuni li għandhom perspettivi differenti, dilemmi, problemi, tensjoni u kunflitti ġejjin minn dixxiplini, postijiet, kulturi u ġenerazzjonijiet differenti. 
 NITGĦALLEM KIF 
39] Kapaċi napprezza r-responsabbiltajiet ta' li tkun ġenitur filwaqt li nagħti valur lill-ħajja tal-familja tiegħi. 
40] Kapaċi napprezza r-responsabbiltajiet tal-ġenituri, il-ġenituri tar-rispett u n-nanniet u l-irwoli tagħhom fit-trobbija tat-tfal.
41] Kapaċi nanalizza l-impatt tas-separazzjoni, l-annullament, id-divorzju u l-mewt fil-familji. 
42] Kapaċi niddiskuti l-benefiċċji u l-ispejjeż ta' żwieġ stabbli jew unjoni fit-trobbija tat-tfal. 
43] Kapaċi nqabbel l-ispejjeż u l-benefiċċji li tkun indipendenti mill-ġenituri. 
44] Kapaċi nispjega kif insolvi n-nuqqas ta' qbil b'mod paċifiku. 
 NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR 
45] Kapaċi naffaċċja differenzi fl-opinjonijiet u kunflitti ta' interess permezz ta' djalogu u l-kunsens; fejn dan ma jirnexxix, lest/a li nirrikorri għall-medjazzjoni. 
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ 
46] Kapaċi ngħin lill-oħrajn sabiex ikollhom idea aktar ċara fuq viżjonijiet globali permezz tad-djalogu u nagħraf li jeżistu strutturi alternattivi oħra. 
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ 
47] Kapaċi ninnegozja b'mod pożittiv u effettiv mal-ġenituri sabiex ikolli aktar indipendenza. 
48] Kapaċi nuri t-tipi differenti ta' bbuljar espliċitu u mhux espliċitu, eż. omofobija, razzjali, reliġjuż u naf fuq l-effett tal-ibbuljar fuq is-saħħa mentali u fiżika tal-individwi, eż. ansjetà, dipressjoni, uġigħ fiżiku. 
 IL-BIDLA SOĊJALI 
49] Nirrispetta, nagħraf u nagħti valur lid-diversità filwaqt li mmur kontra l-inġustizzji soċjali. 
 NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF 
50] Kapaċi nitkellem fuq il-benefiċċji filwaqt li lest/a li ninvolvi ruħi b'mod attiv, ma' gruppi differenti minn ġenerazzjonijiet, kulturi, postijiet u dixxiplini differenti.
 NITGĦALLEM KIF 
51] Naf u kapaċi nispjega d-diversità fi gruppi etniċi differenti. 
 IL-BIDLA SOĊJALI 
52] Nifhem u kapaċi niddiskuti d-dinamiċità u l-effetti tal-preġudizzju. 
 NITGĦALLEM KIF 
53] Kapaċi nispjega kif persuna tista' tiġi trattata b'mod differenti minħabba t-twemmin, l-identità kulturali, l-identità sesswali, l-etniċità jew id-diżabbiltà tagħha. 
 NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF 
54] Kapaċi nagħraf l-inġustizzji u t-trattamenti preferenzjali f'sitwazzjonijiet mill-ħajja ta' kuljum inkluż imġiba razzista, sessista u lingwaġġ omofobiku. 
 NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR 
55] Kapaċi nisfida b'mod xieraq u prudenti espressjonijiet ta' preġudizzju u nuqqas ta' tolleranza lejn minoritajiet, bħal aġġettivi, aneddoti u kummenti razzisti, sessisti u omofobiċi. 
 IL-BIDLA SOĊJALI 
56] Kapaċi nispjega li komunitajiet differenti għandhom il-kodiċi tagħhom ta' mġiba. 
 IL-BIDLA SOĊJALI 
57] Kapaċi nitkellem fuq id-diversità fl-orjentazzjoni sesswali. 
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ



L-Aspett tas-Suġġett: Nifhem lili nnifsi jien u nikber 

1] Kapaċi niddeskrivi emozzjonijiet differenti li nesperjenza f'tipi differenti ta' relazzjonijiet. 
2] Jiena pożittiv/a fuq il-kontroll li għandi fuq l-emozzjonijiet u l-imġiba tiegħi. 
3] Naf l-istadji tal-emozzjonijiet marbuta mat-telfa u l-bidla riżultat ta' mewt, divorzju u separazzjoni u membri ġodda fil-familja. 
4] Kapaċi nagħraf u nirrispondi għal varjetà ta' emozzjonijiet fija nnifsi u f'ħaddieħor, bħall-għira, ir-rabja, l-eċċitament. 
5] Kapaċi nistaqsi mistoqsijiet u nitkellem b'kunfidenza mal-adulti u ma' sħabi fuq l-ideat u l-emozzjonijiet tagħhom. 
6] Kapaċi niddeskrivi x-xebh u d-differenzi bejn persuni ta' orjentazzjoni sesswali differenti. 
 IL-BIDLA SOĊJALI 
7] Kapaċi niddiskuti u nispjega kif forom differenti ta' diskriminazzjoni sesswali bħall-omofobija u l-eterosessiżmu jaffettwaw lili u lill-oħrajn. 
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
8] Nifhem il-bidliet li jkun hemm fil-ħajja tal-bniedem mal-mogħdija taż-żmien: it-tqala, it-tfulija, l-adolexxenza, l-irġulija, meta ssir ġenitur, il-mewt, il-formazzjoni ta' relazzjonijiet; u l-isfidi/suċċessi marbuta mal-istadji varji. 
 IL-BIDLA SOĊJALI 
9] Kapaċi niddiskuti u niddeskrivi kif il-valuri personali jistgħu jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet tiegħi u tal-oħrajn biex inkun sesswali u kapaċi nifhem l-importanza tar-rispett lejn il-viżjoni ta' ħaddieħor, eż. xi persuni mhumiex lesti li jkollhom attività sesswali. 
 NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF 
10] Kapaċi niddiskuti kif ċerta prattiċi sesswali jistgħu jkunu ta' ħsara u kapaċi nidentifika modi kif innaqqas din il-ħsara, eż. l-astinenza mis-sess, li nkun monogamu/a, nuża l-kondoms u ma niħux drogi. 
11] Kapaċi nidentifika t-tipi differenti ta' kontraċettivi, eż. Kapaċi niddeskrivi kif tuża kondom tal-irġiel jew tan-nisa b'mod effettiv, l-użu tal-pill, sess sigur, livelli differenti ta' attività sesswali, astinenza. 
12] Kapaċi niddiskuti u niddeskrivi tipi differenti ta' pornografija u nidentifika l-effett tagħhom fuq il-benesseri tal-individwu, eż. nidentifika numru ta' modi kif il-pornografija tikkawża ħsara fuqi nnifsi u fuq l-oħrajn, taffettwa lill-persuni f'relazzjoni, l-effett tagħha fuq is-saħħa mentali u fiżika tal-individwu. 
13] Kapaċi niddiskuti kif il-persuni jistgħu jħossuhom fuq tqala mhux pjanata u kif din tista' taffettwalhom ħajjithom, eż. Nifhem il-bidliet li jkun hemm meta mara tkun tqila, ir-responsabbiltajiet taż-żewġ ġenituri, l-effett li din għandha fuq ir-relazzjoni, il-possibbiltà li tkun ġenitur waħdek. 
14] Kapaċi nsir naf u nagħmel taqsira fuq l-għajnuna li teżisti għal-persuni li jkunu ser isiru ġenituri, eż. Kapaċi niddiskuti u nsir naf fuq l-aġenziji li joffru s-sapport/l-għajnuna lil ġenituri weħidhom/ġenituri żgħar, l-għażliet li jeżistu. 
15] Kapaċi niddeskrivi x'teħtieġ tarbija u kif dawn il-ħtiġijiet jistgħu jintlaħqu bl-aħjar mod possibbli. 
16] Kapaċi nagħraf li l-abort huwa illegali f'Malta u kapaċi niddiskuti alternattivi oħra floku.
17] Naf l-importanza tal-kura ta' ġismi u kapaċi nifhem ir-relazzjoni bejn il-ġisem u l-moħħ. 



L-Aspett tas-Suġġett: Is-saħħa, is-sigurtà u l-benesseri 

1] Kapaċi niddeskrivi x-xebh u d-differenzi bejn stil ta' ħajja f'saħħtu u dak li mhux, eż. għarfien fuq l-influwenza tal-mezzi tax-xandir fuq suġġetti relatati ma' saħħa, disturbi fl-ikel. 
2] Kapaċi nagħraf u nimmaniġġja influwenzi pożittivi u pressjonijiet negattivi, eż. sapport tal-għalliema, il-ġenituri, il-ħbieb u stress kawża tal-eżamijiet, il-ħbieb, avvenimenti, sitwazzjonijiet. 
 PERSONALI
3] Kapaċi nagħraf u nitkellem fuq id-differenzi bejn il-pressjoni pożittiva u negattiva ta' sħabi u kif dawn il-pressjonijiet jibqgħu preżenti tul il-ħajja tal-bniedem. 
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
4] Nagħraf li l-mard mentali jista' jkollu effett fuq il-komunikazzjoni u r-relazzjonijiet. 
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV 
5] Kapaċi nitkellem fuq is-sinjali u l-kawżi tad-dipressjoni u naf minn fejn nikseb l-għajnuna u s-sapport. 
6] Naf x'hemm li jgħaqqad id-disturbi fl-ikel, l-ikel mhux tajjeb għas-saħħa u l-immaġni negattiva tal-individwu nnifsu.
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV 
7] Kapaċi niddeskrivi kif persuni jistgħu jużaw strateġiji differenti biex jaffrontaw sitwazzjonijiet stressanti. 
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ 
8] Kapaċi nirrifletti fuq l-attitudnijiet tiegħi personali marbuta mas-saħħa mentali. 
 NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF 
9] Naf l-organizzazzjonijiet volontarji u dawk mhux volontarji u strutturi li joffru s-sapport f'sitwazzjonijiet ta' saħħa mentali u relazzjonijiet umani. 
10] Kapaċi nitkellem fuq l-importanza li nżomm bilanċ f'ħajti, eż. nżomm ma' termini ta' żmien u nagħmel id-doveri tiegħi, l-użu effettiv tal-ħin liberu, li nieħu gost. 
 PERSONALI
11] Naf li l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħin liberu u r-relazzjonijiet pożittivi jippromwovu s-saħħa mentali. 
12] Kapaċi nikkonsidra l-benefiċċji tal-ħin liberu għas-saħħa u għax-xogħol. 
13] Naf l-importanza tal-pożittività meta tħares lejn id-dinja tal-adulti. 
14] Kapaċi niddiskuti u niddeskrivi kif il-valuri u l-ħiliet tiegħi jgħinuni niddeċiedi fuq l-imġiba f'sitwazzjonijiet differenti, eż. li nieħu sehem f'attività sesswali taħt l-effett tal-alkoħol u drogi illegali, influwenza negattiva ta' sħabi.  
 INTERPERSONALI
15] Kapaċi niddiskuti u niddeskrivi modi kif inġib ruħi f'relazzjoni sesswali li nħoss li huma ta' sapport. 
16] Kapaċi niddiskuti u niddeskrivi modi kif inġib ruħi f'relazzjoni sesswali li nħoss li huma ta' periklu. 
17] Kapaċi niddiskuti u niddeskrivi kif l-alkoħol jista' jwassal għal relazzjonijiet sesswali jew laqgħat li huma ta' periklu għalija jew għal ħaddieħor u kapaċi niddeskrivi x'jistgħu jkunu dawn il-perikli. 
18] Kapaċi niddeskrivi għaliex u kif is-soċjetà tiegħi u ta' ħaddieħor jipprojbixxu l-użu ta' ċerti drogi. 
 IL-BIDLA SOĊJALI 
19] Kapaċi niddiskuti kif id-drogi jista' jkollhom konsegwenzi antiċipati. 
20] Kapaċi niddeskrivi kif drogi legali u illegali jistgħu jkunu perikolużi għalija u għal ħaddieħor personalment, soċjalment u ekonomikament. 
21] Kapaċi nidentifika kif nista' ngħin lili nnifsi u lil ħaddieħor biex inkunu siguri jew aktar siguri f'dak li għandu x'jaqsam mal-użu tad-drogi f'kuntesti u sitwazzjonijiet differenti. 
22] Kapaċi niddiskuti u nidentifika alternattivi għad-drogi illegali u mġiba riskjuża.
23] Kapaċi nagħraf u niddeskrivi l-importanza tal-kuntest meta npoġġi jew nara stampi onlajn. 
 L-IMMANIĠĠJAR TAL-UŻU TAL-INTERNET
24] Kapaċi nagħti eżempji kif nipproteġi l-privatezza tiegħi u ta' ħaddieħor onlajn. 
 L-IMMANIĠĠJAR TAL-UŻU TAL-INTERNET
25] Kapaċi niddeskrivi meta interazzjoni onlajn tista' tkun potenzjalment perikoluża għalija nnifsi u għal ħaddieħor. 
 L-IMMANIĠĠJAR TAL-UŻU TAL-INTERNET 
26] Kapaċi niddeskrivi kieku x'nagħmel jew għand min immur, li kieku nkun involut/a jew inkun xhud ta' interazzjoni pożittiva onlajn. 
 L-IMMANIĠĠJAR TAL-UŻU TAL-INTERNET 
27] Kapaċi nassessja r-riskju b'mod informat u kawt. 
 KONJITTIVA 
28] Naf ir-regoli tal-iskola u l-proċeduri b'rabta ma' inċidenti marbuta ma' droga. 
29] Kapaċi niddiskuti l-benefiċċji u l-ħsara tal-użu ta' drogi rikreattivi. 
30] Kapaċi niddiskuti l-iżvantaġġi ta' attività sesswali bikrija. 
31] Naf fuq ir-riproduzzjoni umana, il-kontraċezzjoni, prattiċi sesswali siguri u r-riskji ta' attività sesswali bikrija. 
32] Naf fuq il-livelli siguri ta' meta nixxemmex. 
33] Kapaċi nitkellem fuq l-isfidi meta tieħu riskju, inkluż l-effetti fuq il-ħajja ta' ħaddieħor. 
34] Naf fuq il-konsegwenzi meta ma nobdix il-liġi.



L-Aspett tas-Suġġett: Iċ-Ċittadinanza 

1] Kapaċi nidentifika modi kif jien u ħaddieħor nistgħu nagħtu kontribuzzjoni pożittiva li individwi u lill-komunità. 
2] Kapaċi nikkonsulta ma' persuni fuq l-ideat u x-xewqat tagħhom.
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
3] Kapaċi nagħraf u nipperċepixxi illi li tikber tinvolvi kemm il-libertà kif ukoll ir-responsabbiltà. 
4] Kapaċi nippreżenta opinjonijiet, valuri u twemmin b'mod kunfidenti, ċar u konċiż. 
5] Kapaċi nippreżenta ideat lil udjenzi differenti u kapaċi nargumenta fuq suġġetti morali u etiċi b'mod kunfidenti. 
6] Kapaċi niddiskuti kif id-drittijiet tal-bniedem jistgħu jiġu infurzati u x'jista' jiġri meta dawn ma jiġux infurzati, eż. xi jfissru d-drittijiet tal-bniedem b'rabta ma' x'jiġri fil-kuntest mondjali. 
 IL-BIDLA SOĊJALI 
7] Kapaċi nempatizza filwaqt li nesprimi kif jista' jħossni, jekk inkun persuna li qed tgħix f'pajjiż li għadu qed jiżviluppa ekonomikament, jew f'pajjiż fejn id-drittijiet tal-bniedem huma mhedda jew ma jeżistux. 
 IL-BIDLA SOĊJALI 
8] Kapaċi nispjega l-benefiċċji tad-donazzjoni tad-demm u tal-organi u kapaċi niddeskrivi kif nista' nsir donatur tad-demm u/jew tal-organi. 
 L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI 
9] Kapaċi niddiskuti u niddeskrivi kif u għaliex il-bżonnijiet bażiċi tal-biċċa l-kbira tal-popolazzjoni tad-dinja mhumiex milħuqa.
10] Kapaċi niddiskuti d-drittijiet legali b'rabta ma' persuni tal-età tiegħi. 
11] Kapaċi niddiskuti l-faċilitajiet terapewtiċi eżistenti, eż. L-Unità li toffri Servizzi ta' Rijabilitazzjoni lil Aggressuri Żgħar (Y.O.U.R.S.), il-Faċilità Korrettiva ta' Kordin (CCF), L-Unità Terapewtika mill-Abbuż tas-Sustanzi, il-Valletta Lock-Up u l-Unità Forensika (fl-Isptar Monte Karmeli).
12] Konxju/a tal-leġiżlazzjoni u d-drittijiet b'rabta max-xogħol, eż. il-leġiżlazzjoni fuq opportunitajiet indaqs, il-politika fuq l-ibbuljar u l-fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol. 
13] Kapaċi nikkritika u nirrifletti fuq dak li tippreżenta l-midja. 
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV 
14] Kapaċi niddiskuti xi tfisser iċ-ċensura u nsemmi l-forom differenti ta' ċensura. 
15] Kapaċi niddiskuti ftit mill-konsegwenzi għad-demokrazija, u n-nuqqas tal-libertà tal-espressjoni. 
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
16] Kapaċi niddibatti fuq l-importanza li jkollok libertà tal-istampa u s-saħħa tagħha biex twassal l-opinjoni nazzjonali. 
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
17] Konxju/a u kapaċi nagħraf ir-responsabbiltà li ġġorr magħha l-ħatra ta' membru elett f'kumitati, organizzazzjonijiet u l-parlament. 
18] Kapaċi nipperċepixxi kif id-deċiżjonijiet tiegħi marbuta mal-infiq jaffettwaw lili personalment, l-ekonomija lokali, l-ambjent u lill-persuni f'partijiet oħra tad-dinja. 
 NITGĦALLEM INKUN JIEN 
19] Kapaċi nifforma argumenti bbilanċjati u raġunati fuq suġġetti soċjali u ambjentali għal dibattiti fil-klassi; kapaċi nfittex u niddiskuti t-tipi u l-għanijiet tal-Miri għall-Iżvilupp tal-Millennju u l-Miri għall-Iżvilupp Sostenibbli (MDGs, SDGs).
 NITGĦALLEM KIF 
20] Kapaċi nsemmi r-rabta li teżisti bejn il-komunità, l-ekonomija u l-ambjent. 
21] Kapaċi nispjega l-kunċett ta' 'Kummerċ Ġust'; Naf modi kif individwi u organizzazzjonijiet jistgħu jikkontribwixxu għal żvilupp sostenibbli lokalment u dinji u naf fuq Aġenda 21.
 NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR 
22] Naf xi tfisser pajjiż bi dħul baxx, medju u għoli. 
23] Kapaċi nargumenta b'mod effettiv fuq it-tipi differenti ta' għajnuna mogħtija lil pajjiżi bi dħul baxx u medju u niddiskuti xi vantaġġi u żvantaġġi tal-għajnuna internazzjonali. 
24] Kapaċi nargumenta għaliex id-drittijiet tal-konsumatur huma importanti. 
 L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI 
25] Kapaċi nargumenta b'mod effettiv fuq kif il-midja għandha influwenza kbira fuq l-opinjoni pubblika, eż. il-promozzjoni ta' stili ta' ħajja differenti, is-sess, il-materjaliżmu, il-bżonnijiet, ix-xewqat. 
26] Kapaċi nuri kif inqassam il-flus għal avvenimenti differenti, eż. insiefer, nixtri laptop, nixtri l-ħwejjeġ, flus għad-divertiment, ngħix waħdi.
27] Kapaċi nsemmi modi differenti ta' tfaddil, eż. nimmaniġġja l-flus b'mod sensibbli permezz ta' kontijiet ta' tfaddil u naf kif nuża ATMs u l-banek. 
28] Kapaċi niddibatti b'mod effettiv fuq il-valur tal-flus u l-effetti tat-tberbiq tal-flus. 
 NITGĦALLEM INKUN JIEN 
29]  Kapaċi niddeskrivi kif organizzazzjonijiet ta' negozju u finanzjarji jaffettwaw il-ħajja tiegħi ta' kuljum. 
30] Kapaċi nagħraf u niddeskrivi x'jinfluwenzani biex nonfoq il-flus fuqi nnifsi u fuq l-oħrajn. 
31] Nifhem u kapaċi nispjega r-rabta bejn id-dħul u l-infiq finanzjarju. 
32] Kapaċi niddeskrivi xi tfisser li tkun finanzjarjament responsabbli u kif kapaċi nimmaniġġja l-finanzi tiegħi. 
33] Kapaċi nispjega l-valur tar-riċerka biex tgħin lili u lil ħaddieħor nieħdu deċiżjonijiet informati meta nixtru prodotti. 
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV 
34] Kapaċi nispjega l-konsegwenzi legali u morali meta ma tħallasx taxxi. 
35] Kapaċi nispjega kif it-taxxi jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' governanza u s-servizzi pubbliċi. 
36] Kapaċi nikkonsidra d-dilemmi etiċi u soċjali riżultat tal-użu xjentifiku u sperimentali tal-annimali, eż. numru ta' suġġetti etiċi fuq l-użu tal-ittestjar fuq l-annimali. 
 NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR 
37] Naf li tkun parti mill-UE toffri opportunitajiet kif ukoll responsabbiltajiet.  
 IL-BIDLA SOĊJALI 



L-Aspett tas-Suġġett: L-Ippjanar tal-Karriera u l-Esplorazzjoni 

1] Kapaċi niddiskuti minn fejn nista' naċċessa l-informazzjoni fuq xogħlijiet differenti, professjonijiet u edukazzjoni professjonali ogħla.
2] Kapaċi nuri l-għarfien tiegħi fuq fejn insib aġenziji u/jew ċentri li jipprovdu servizzi marbuta mal-karrieri u informazzjoni fuq edukazzjoni ogħla, eż. E.T.C., kunsilli lokali, servizzi tal-istudenti, unions.
3] Kapaċi nippjana u niddiskuti għażliet possibbli ta' karriera. 
4] Kapaċi nispjega għaliex in-nies ifittxu xogħol. 
5] Kapaċi nargumenta b'mod effettiv fuq x'jistennew min- nies fuq il-post tax-xogħol. 
6] Għandi fehim profond u kapaċi nispjega setturi ta' interessi fuq xogħol li jista' jwassal għal karriera fil-futur. 
7] Kapaċi nidentifika numru ta' xogħlijiet u karrieri u niddiskuti l-interessi tiegħi u ta' ħaddieħor fix-xogħol u fil-karriera partikolari.
8] Kapaċi nispjega xi jfisser modi professjonali lejn ix-xogħol. 
9] Kapaċi nirrifletti b'mod kritiku fuq kif inbiddel valuri u attitudnijiet negattivi fuq ix-xogħol u niddeskrivi modi kif il-persuni jistgħu jimpjegaw ruħhom. 
 KONJITTIVA 
10] Kapaċi nsir naf filwaqt li niġbor flimkien id-drittijiet u r-responsabbiltajiet tal-ħaddiema u ta' min iħaddem. 
11] Kapaċi niddiskuti u nuri x'azzjonijiet jistgħu jittieħdu biex jiġu indirizzati problemi marbuta max-xogħol. 
12] Kapaċi nsir naf fuq numru ta' trade unions, niddeskrivi l-għan tagħhom u nispjega l-funzjonijiet tagħhom. 
13] Kapaċi niddiskuti l-interessi u l-valuri tiegħi marbuta max-xogħol u kif dawn jistgħu jaffettwaw l-għażliet tiegħi għal karriera. 
14] Kapaċi nidentifika valuri speċifiċi, għarfien u ħiliet li jfittex min iħaddem u nispjega għaliex dawn jistgħu jkunu importanti għalihom. 
15] Kapaċi niddiskuti kif il-ħiliet tiegħi u tal-oħrajn jistgħu jiġu addattati għal kuntesti differenti marbutin max-xogħol. 
16] Kapaċi niddiskuti u nispjega kif il-valuri tiegħi kif ukoll kodiċi ta' mġiba organizzattiva jistgħu jgħinuni biex nieħu deċiżjonijiet etiċi fuq il-post tax-xogħol. 
17] Konxju/a tal-għażliet tiegħi postsekondarji u kapaċi nagħmel għażliet realistiċi, eż. edukazzjoni ogħla, taħriġ vokazzjonali u impjieg. 
18] Kapaċi nivverifika l-ħiliet u l-interessi tiegħi sabiex nikkonsidra għażliet għal futur akkademiku jew karriera vokazzjonali.
 PRATTIKA 
19] Kapaċi nagħraf l-importanza tal-integrità u l-valuri etiċi. 
20] Kapaċi naħdem filwaqt li nippreżenta lil sħabi tal-klassi preżentazzjoni u nuża r-rispons tagħhom biex nidentifika l-ħiliet tiegħi u setturi li għandi niżviluppa. 
 IT-TAGĦLIM PERSONALI 
21] Kapaċi nagħti rispons kostruttiv lil sħabi tal-klassi fuq il-preżentazzjonijiet tagħhom. 
22] Nifhem l-importanza filwaqt li kapaċi niddiskuti fuq l-impatt pożittiv li jista' jkollu portafoll tal-karriera żviluppat tajjeb fuq min iħaddem. 



L-Aspett tas-Suġġett: L-Għeluq 

1] Kapaċi nidentifika suġġetti li kienu ta' importanza partikolari għalija fil-PSCD u nispjega għaliex kienu ta' importanza għalija. 
 IT-TAGĦLIM PERSONALI 
2] Kapaċi niddiskuti u niddeskrivi firxa ta' suġġetti li tgħallimt fuqhom permezz tal-PSCD u nispjega x'għinni nitgħallem fuq dawn is-suġġetti 
 IT-TAGĦLIM SOĊJALI 
3] Kapaċi nirrifletti fuq suġġetti li tgħallimt waqt il-PSCD u nidentifika sfidi u responsabbiltajiet b'rabta ma' numru minn dawn is-suġġetti. 
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV 
4] Kapaċi niddiskuti u niddeskrivi modi li bihom nista' ngħin lili nnifsi nagħmel l-almu tiegħi u lill-oħrajn jagħmlu l-almu tagħhom ukoll.
 IT-TAGĦLIM PERSONALI 




Agħti r-rispons tiegħek hawn