Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Unit: 1. Introduzzjoni għad-dinja tal-moda u tat-tessuti.

Textiles and Fashion





Learning Outcome: 1. Kapaċi nifhem l-industrija tal-moda u l-karrieri tagħha.

1. Kapaċi nidentifika l-karrieri fl-industrija tal-moda.
Karrieri f'kull qasam tal-industrija tal-moda:

  • Disinn: disinjaturi; dawk li jagħmlu il-patterns; assistenti tal-iskeċċjar; gradaturi tal-patterns;

  • Manifattura: dawk li jaħdmu fil-ħwejjeġ (apparel workers); ħajjata; ħaddiema tat-tessut; operaturi ta' magni tal-ħjata;

  • Kummerċjalizzazzjoni u promozzjoni: kummerċjanti; fotografi; mudelli; stilisti;


  • Bejgħ bl-imnut: xerrejja; dawk li jippjanaw il-merkanzija; il-persunal tal-bejgħ; maniġers tal-bejgħ bl-imnut.

1. Kapaċi niddeskrivi r-rwoli tal-ħaddiema differenti fl-industrija tal-moda.



Learning Outcome: 2. Kapaċi nifhem l-importanza tat-tessuti.

2. Kapaċi nifhem l-użu tat-tessuti fid-dinja ta' madwari.
L-użu tat-tessuti: fid-dar; barra mid-dar; għanijiet tal-ħwejjeġ; għanijiet tal-manifattura.
3. Kapaċi nikklassifika il-fibres differenti.
Fibres:

  • Fibres Naturali:
    - Pjanti: qoton; għażel;
    - Annimali: suf; ħarir;

  • Fibres Manifatturati:
    - Riġenerati: viscose; acetate;
    - Sintetiċi: nylon; polyester;
    - Smart Fibres: conductive; power-assisted.


2. Kapaċi nispjega l-impatt tal-fibres u d-drappijiet fuq l-ambjent.
Impatt fuq l-ambjent: il-produzzjoni; il-manifattura; it-trasport; l-użu.
4. Kapaċi niddeskrivi l-proċessi involuti fil-manifattura tad-drappijiet.
Proċess:

  • Fibra:
    - Staple;
    - Filaments;

  • Ħajt:
    - Twist ‘Z’;
    - Twist ‘S’;

  • Drapp:
    - Minsuġ: eż. plain; satin; djagunali; 
    - Mhux minsuġ: felted; bonded;
    - Maħdum bil-labar tas-suf: warp; weft.




Learning Outcome: 3. Naf il-prinċipji bażiċi tal-fibres u d-drappijiet.

5. Kapaċi nelenka il-karatteristiċi differenti tad-drapp.
Propjetajiet tad-drapp:

  • Durabbiltà: e.ż. saħħa, ħruxija, reżistenza;

  • Estetika: e.ż. dendil, kulur, tleqqija;

  • Protezzjoni: e.ż. reżistenti għall-ilma, reżistenti għar-riħ, insulazzjoni;

  • Manutenzjoni: e.ż. faċli tieħu ħsiebu, reżistenti għall-moffa, reżistenti għat-tbajja'.


6. Kapaċi niddeskrivi l-kura  bażika ta' oġġetti tat-tessuti, inkluż l-interpretazzjoni tat-tikketti fuq oġġetti magħmula mid-drapp.
IT-TAGĦLIM KONJITTIV
Il-kura: ta' kuljum; staġjonali; manutenzjoni, okkażjonali;
Tikketti tal-kura: ħasil; ibbliċjar; tnixxif; dry cleaning; mogħdija.

3. Kapaċi niddiskuti l-propjetajiet differenti tad-drapp u kif dawn jissodisfaw il-ħtiġijiet u r-rekwiżiti differenti.
IT-TAGĦLIM KREATTIV
Ħtiġijiet u rekwiżiti differenti: uniformijiet; ħwejjeġ tax-xogħol; ħwejjeġ tal-isport u d-divertiment; drappijiet għad-dar; drawwiet kulturali; status.
1. Kapaċi nagħmel esperimenti biex niskopri l-propjetajiet ta' drappijiet differenti.
PRATTIKA
Esperimenti: fjammabbiltà; assorbenza; saħħa; kemm iżomm il-kulur; ħruxija.



Learning Outcome: 4. Kapaċi nuża tagħmir tal-ħjata u tekniki ta' kostruzzjoni biex nibni artefatt skont il-proċeduri tas-saħħa u s-sigurtà.

7. Kapaċi niddeskrivi r-riskji u l-perikli fl-ambjent tat-'textiles and fashion'.
Perikli: e.ż. kejbils tal-elettriku, ambjent ta' kwalità ħażina, ħażna żbaljata tat-tagħmir, kawżi ta' nirien, qagħda żbaljata, tagħmir mhux sigur, użu ħażin tat-tagħmir, nuqqas ta' manutenzjoni tat-tagħmir, prekawzjonijiet/ħwejjeġ personali inadekwati.
8. Kapaċi nidentifika t-tagħmir meħtieġ għall-ħiliet bażiċi tal-ħjata.
Għodod tal-qtugħ: e.ż. imqassijiet tal-ħajjata, pinking shears, rotary cutter u mat;
Għodod tal-ħjata: e.ż. labar tal-ħjata tal-idejn, labar tar-rakkmu, magna tal-ħjata;
Għodod tal-kejl: e.ż. measuring tape, riga, skwerra;
Għodod tal-immarkar: e.ż. ġibs tal-ħajjata, pinna/lapsijiet ikkuluriti tal-immarkar, karta saħħara;
Għodod tal-mogħdija: e.ż. ħadida tal-istim/xotta, tavla tal-mogħdija, tavla tal-kmiem.

9. Kapaċi nidentifika tekniki ta' kostruzzjoni differenti użati fl-industrija tat-tessuti u tal-moda.
Punti tal-ħjata: e.ż. temporanji, permanenti;
Ħjatat: e.ż. sempliċi, French seam, run and fell;
Irfinar: e.ż. żigżag, overlocked, bound;
Qfiel: e.ż. buttuni u aċċetti, żippijiet, Velcro®, molol.

4. Kapaċi nispjega kif perikli potenzjali jistgħu jiġu evitati billi nagħmel referenza diretta għal-leġislazzjoni tas-saħħa u s-sigurtà.
L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI
Leġislazzjoni: e.ż.

  • Att 27 tal-2000 - Att tal-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-xogħol

  • Avviż Legali 44 tal-2002 - Regolamenti (Rekwiżiti Minimi tas-Saħħa u s-Sigurtà) fuq il-Post tax-Xogħol,

  • Avviż Legali 35 tal-2003 - Regolamenti tal-Protezzjoni Kontra r-Riskji ta' Korriment fid-Dahar fuq il-Post tax-Xogħol.

  • Avviż Legali 36 tal-2003 - Dispożizzjonijiet Ġenerali tar-Regolamenti tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Postijiet tax-Xogħol

  • Avviż Legali 45 tal-2002 - Regolamenti (Dispożizzjoni tas-Sinjali tas-Saħħa u/jew tas-Sigurtà) fuq il-Postijiet tax-Xogħol

  • Avviż Legali 121 tal-2003 - Regolamenti tar-Rekwiżiti Minimi għall-użu ta' Tagħmir Protettiv Personali fuq il-Post tax-Xogħol


2. Kapaċi napplika t-tekniki tal-ħjata għal proġett partikolari komplut skont il-proċeduri tas-saħħa u s-sigurtà.
IT-TAGĦLIM KREATTIV
Tekniki tal-produzzjoni: e.ż. punti tal-ħjata, ħjatat, irfinar, qfiel;
proċeduri tas-saħħa u s-sigurtà;
Estetiċi;
Pulitezza;
Funzjonalità.



Learning Outcome: 5. Kapaċi nuża mood boards u tpinġijiet biex nagħmel proġett.

10. Kapaċi nidentifika tekniki differenti kif tippreżenta l-moda.
L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI
Tekniki tal-preżentazzjoni: e.ż. mood boards, theme boards, inspiration boards, story boards, client and profile boards, disinji diġitali, tpinġijiet, croquets u siluwetti, flats.
5. Kapaċi niddistingwi l-istili differenti f'illustration, u mood boards.
L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI
Stili: e.ż. tal-isport, każwali, ta' kuljum, tat-tfal, taż-żgħażagħ, tal-adolexxenti, maskil, femminil, eleganti, ta' filgħaxija, professjonali, ilbies tax-xogħol, klassiku, tal-baħar, katalgu.
3. Kapaċi nlesti preżentazzjoni ta' proġett permezz ta' varjetà ta' mood boards u tpinġijiet.
IL-KOMUNIKAZZJONI
Applika tekniki tajbin: tqassim; kompożizzjoni; sfondi kreattivi; spazju; frejms viżivi; simetrija/asimetrija; skemi tal-kuluri; armonija; enfasi; proporzjon.




Agħti r-rispons tiegħek hawn