Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar
Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Unit: 2. Introduzzjoni għall-kreattività fil-moda u t-tessuti.
Textiles and Fashion
Learning Outcome: 1. Kapaċi nagħraf tekniki tal-moda u t-tessuti tradizzjonali u kontemporanji.


Perjodi differenti tal-moda: L-Eġittu Antik f'madwar 3000 QK; Id-Dinja Antika c. 3000 QK - 400 WK; Il-Medju Evu c. 300-1500; Ir-Rinaxximent c. 1400-1800; Il-Barokk u r-Rococo c. 1600-1800; Is-seklu dsatax 1800-1900; Is-seklu għoxrin 1900-1999; Is-seklu wieħed u għoxrin 2000-sal-lum.

Terminoloġija differenti: toile; trendsetters; haute couture; prêt-à-porter; kummerċjalizzazzjoni bil-massa; xejriet tal-moda; (fad fashion); tbassir tal-moda.

Aċċessorji tal-moda:
- Kpiepel: e.ż. beret, top hat, pillbox hat;
- Basktijiet: e.ż. portmoni, clutch bag, satchel;
- Xarpi: e.ż. stola, ġabott, sarong.
Learning Outcome: 2. Kapaċi nifhem u nuża l-elementi u l-prinċipji tad-disinn.

Elementi formali: linja; kulur; tonalità; valur; figura; forma; proporzjon; tessut; volum; spazju.


Prinċipji tad-disinn: repetizzjoni; bilanċ; enfasi; moviment; kuntrast; ritmu; disinn; unità u armonija; varjetà; simetrija.

Tekniki: e.ż. batik, tie and dye, stampar, felting, rakkmar bl-idejn u bil-magna, trapuntar, hansa, insiġ, bizzilla, tapestry, patchwork, applique, crocè, knitting, macramé.

Tekniki: batik; lino printing; felting; trapuntar; insiġ; hansa.


Ideat tad-disinn: applikazzjoni ta' elementi tad-disinn; applikazzjoni ta' prinċipji tad-disinn; l-użu ta' tekniki differenti tat-tessuti; l-użu ta' tekniki differenti tal-ħjata; irfinar.
Learning Outcome: 3. Kapaċi napplika l-użu tal-abbozz tad-disinn għall-moda u l-ħwejjeġ.

Patterns tal-moda: patterns kummerċjali lesti f'daqsijiet standard;patterns ta' daqsijiet differenti f'rivisti kummerċjali; personalizzati; softwer li jagħmel il-patterns.


Addattament:
- Daqs: jittawwal; jitqassar; jitwessa'; jiċċekken;
- Stili: tpinġija mill-ġdid tal-qriesi; tibdil fl-iskullaturi; tibdil fil-ħjatat; tibdil fl-istili tal-għenuq.

Għenuq: e.ż. ċatt, għonq wieqaf, għonq imdawwar;
Kmiem: e.ż. set-in, raglan, Magyar/kimono;
Bwiet: e.ż. but kwadru meħjut minn barra, but tond meħjut minn barra, but tal-ġenb;
Skullaturi: e.ż. tondi, kwadri, skullatura boat-shaped.



Proċeduri: agħżel il-pattern li tixtieq; kejjel; addatta l-pattern għall-qisien; iġbor il-kunċetti meħtieġa; ixtri l-ammont ta' drapp meħtieġ għall-pattern magħżul; ipprepara d-drapp.


Il-block bodice: qisien preċiżi; l-użu tajjeb tal-għodda; tpinġija preċiża ta' linji u angoli; irfinezza; simboli għall-immarkar tal-pattern.
Learning Outcome: 4. Kapaċi nuża firxa ta' midja diġitali biex nippreżenta l-ideat ta' disinji b'mod effettiv.


It-teknoloġija diġitali tista' żżid l-effiċjenza fil-proċessi ta': id-disinn u t-tpinġija; kampjuni tad-drapp u l-pattern; il-produzzjoni ta' ħwejjeġ, il-produzzjoni ta' tessuti u aċċessorji; id-disinn ta' ħwejjeġ u kollezzjonijiet; ir-riċerka u r-reġistrar; il-preparamenti ta' toiles; viżwalizzazzjoni u preżentazzjoni; id-daqs u l-ispejjeż; it-tfassil tal-pattern.


Funzjonijiet CAD/CAM: manipulazzjoni tal-images u patterns; effetti bil-filtri u l-colourways; proporzjonijiet tad-daqsijiet u l-qisien; l-istil u t-tfassil; immudellar 2D u 3D; iggradar u mmarkar; lay-planning; produzzjoni ta' prototipi; il-manifattura tat-tessuti u l-ħwejjeġ; folji tal-ispejjeż u l-ispeċifikazzjonijiet.


Punti pożittivi u nuqqasijiet ta': e.ż. softwer CAD għat-twettiq ta' xogħol ta' tfassil/disinn; funzjonijiet għall-estetika u l-qisien jew l-iggradar u l-immarkar; funzjonijiet għal elementi tad-disinn u prinċipji jew għat-tfassil u l-kejl; l-addattabbiltà tal-effetti, filtri u colourways; proporzjonijiet u qisien; għażliet għall-istili u t-tirqim.


Uża l-CAD biex tfassal pattern jew għal xogħol ta' disinn tal-moda/tessuti: adegwatezza tas-softwer; adegwatezza tal-funzjonijiet użati; preċiżjoni fil-qisien u l-proporzjonijiet; l-użu addattat tal-iggradar u l-immarkar jew tirqim kreattiv (l-applikazzjoni ta' patterns u tessuti użati, l-użu ta' effett, filtri, colourways); adegwatezza ta' displejs ġenerali kompluti bl-ispeċifikazzjonijiet.