Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar
Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Unit: 3. Il-moda u l-konsumatur.
Textiles and Fashion
Learning Outcome: 1. Kapaċi nħit qalziet, dublett, u qmis sempliċi billi nuża tekniki u proċessi differenti.

Qliezet: qalza dritta; qliezet three quarters;
Dbielet: dublett dritt; dublett bil-ġuruni;
Qomos: qmis b'komma set-in; qmis b'komma li taqa' minn fuq l-ispalla.
Ġkieket: magħmulin minn ħajjat/a; sportivi.

Metodi: pjiegi; qriesi; imbasta; ġmigħ bil-lastiku; ġmigħ.

Waistline finishes:
- Qliezet: facing; ċinta tal-qadd;
- Dbielet: facing; casing għal-lastiku/kurdun;
- Dbielet: tarf rounded edge; peplum;
- Ġkieket: facing; casing.

Edge finishes: pont herringbone; tberfil; slip hemming; turned and machine stitched.

Qafliet:
- Qliezet: żippijiet; molol;
- Dbielet: krieket; żippijiet;
- Qomos: buttuni u aċċetti; buttuni bil-ħoloq;
- Ġkieket: buttuni shank u aċċetti; toggles u ħoloq.

Qfieli: żipp; buttuna.

Ipproduċi qalziet, ġakketta, dublett jew qmis sempliċi: l-għażla tal-istil u d-drapp addattat; drapp għat-tfassil (laying fabric); twaħħil tal-pattern bil-labar; metodi biex titrasferixxi marki tal-pattern; passi li għandek issegwi biex tħit il-libsa.
Learning Outcome: 2. Naf l-industrija tal-moda u l-kummerċjalizzazzjoni.

Rwoli: e.ż.
- Maniġment: e.ż. maniġer tal-ħanut, maniġer tas-sezzjoni, maniġer tal-kummerċjalizzazzjoni;
- Promozzjoni viżwali: e.ż. maniġer tad-displej, artist tad-displej tal-vetrina tal-ħanut, disinjatur tat-tqassim tal-ħanut;
- Kummerċjalizzazzjoni: e.ż. maniġer tal-kummerċjalizzazzjoni, maniġer tal-kampanja, persunal tal-promozzjoni;
- Kontroll tal-istokk: e.ż. xerrej, speċjalista tal-akkwist (sourcing specialist), persuna li tippjana l-proċess kollu (range planner).

Rwoli: tippromwovi disinji u sponsers; timmassimizza l-bejgħ; tagħti pariri/gwida u għarfien espert; tidentifika u ssegwi x-xejriet; iżżomm mal-baġits u ż-żmien; tikkomunika/tikkoordina; toħloq immaġni viżiva tajba; tikkoordina tibdila kompluta u l-aċċessorji; tipprovdi tibdiliet addattati li jixirqu lill-persuna; tagħżel tibdiliet addattati għall-okkażjoni u l-istaġun.

In-natura tal-kummerċjalizzazzjoni tal-moda: e.ż. l-importanza tal-kura tal-klijenti, il-bini ta' suċċess kummerċjali, attrazzjoni għas-suq soċjali addattat, il-ħolqien ta' ingredjenti tajbin għad-disinn, l-inizzjar ta' ċiklu tal-ħajja tal-prodott sostenibbli, analizzar ta' dejta ekonomika, analizzar ta' dejta politika, analizzar ta' dejta ambjentali, analizzar ta' dejta soċjali, analizzar ta' dejta etika, analizzar ta' dejta teknoloġika, analizzar ta' dejta ekoloġika, analizzar ta' dejta legali, promozzjoni tal-prodott/servizz, promozzjoni fl-aħjar post, l-użu addattat taż-żmien, ħolqien ta' kunċett ġenerali tajjeb, addattar għall-preferenzi tal-klijent, l-użu ta' materjal tas-suq addattat.

Responsabbiltajiet:
- Jixtri oġġetti tal-moda: e.ż. jikkoordina mal-fornituri, jikkoordina l-professjonisti addattati, bħall-kunsinni, l-importazzjoni;
- Ikun jaf l-industrija tal-moda: e.ż. jidentifika l-fornituri addattati, jattendi spettakli tal-moda u wirjiet tal-kummerċ;
- Jikkontrolla l-livelli tal-ħażniet: e.ż. jidentifika x-xejriet tax-xiri tal-konsumaturi, jordna skont id-domanda tal-konsumaturi;
- Ibassar ix-xejriet: e.ż. jagħmel it-tbassir għall-istaġuni li jmiss, jidentifika influwenzi kulturali popolari u temi li se jidħlu fis-seħħ;
- Tfassil tal-firxa (Range planning): e.ż. jagħżel oġġetti tal-moda li jikkumplimentaw tibdila kompluta inkluż l-aċċessorji, jidentifika l-firxiet u l-kollezzjoni biex jissodisfaw il-bżonnijiet tal-grupp tal-konsumaturi fil-mira;
- Jidentifika l-gruppi tal-konsumaturi fil-mira: e.ż. jidentifika l-profili tal-età/sess/etniċità tal-konsumaturi, jidentifika l-istil ta' ħajja/l-impjieg u d-drawwiet tax-xiri tal-konsumaturi fil-mira.


Strateġiji tal-kummerċjalizzazzjoni għal gruppi fil-mira:
- It-taħlita promozzjonali tas-suq fil-mira (4 Ps);
- Il-midja tar-reklamar: e.ż. promozzjoni viżwali, bejgħ personali
- AIDA (Attenzjoni, Interess, Xewqa, Azzjoni);
- Suq fil-mira identifikat;
- Ħolqien ta' marka tal-moda;
- Materjali promozzjonali viżwali: e.ż. logo, letterhead, swing tag, tikketta, strap line;
- Pakketti għall-istampa, ikkompeti mal-kampanji tal-kompetituri;
- Shock tactics; offerti promozzjonali;
- Proposta Unika tal-Bejgħ (USP).


Aħdem b'mod effettiv bħala parti minn tim: aħseb b'mod immaġinattiv u laterali biex issolvi problemi; ippjana u kkomunika b'mod effettiv; dawwar ideat kreattivi f'azzjoni; agħraf l-importanza tal-etika, tal-valuri marbutin mal-ġustizzja soċjali u tas-sostenibbiltà tal-intrapriża.
Learning Outcome: 3. Kapaċi nifhem il-konsumatur fid-dinja tal-moda.

Drittijiet bażiċi: id-dritt għas-sodisfazzjon tal-ħtiġijiet bażiċi; id-dritt tal-għażla; id-dritt għas-sigurtà; id-dritt għall-informazzjoni; id-dritt għal smigħ; id-dritt għal rikors jew rimedju; id-dritt għal ambjent b'saħħtu u sostenibbli; id-dritt għall-edukazzjoni tal-konsumaturi.

Responsabbiltajiet: ir-responsabbiltà li nidentifika l-bżonnijiet; li jkunu informati; li jifhmu l-kuntratti li jsiru; li jkunu konxji mill-impatt ambjentali tal-prodott jew servizz li jixtru.


Fatturi li jinfluwenzaw lill-konsumaturi:
- Psikoloġiċi: e.ż. motivazzjoni, perċezzjoni, stil ta' ħajja, personalità, tagħlim, attitudnijiet;
- Soċjokulturali: e.ż. kulturali, dħul, impjieg, edukazzjoni, familja, gruppi ta' referenza;
- Ekonomiċi: e.ż. dħul, tfaddil, il-kapaċità li jissellfu;
- Leġiżlazzjoni: e.ż. politiki tal-UE, politiki tal-gvern lokali.


Teħid ta' deċiżjonijiet etiċi u r-responsabbiltà soċjali:
- Impenn - ix-xewqa li jkollhom l-oġġett it-tajjeb irrispettivament mill-ispiża;
- Konoxxenza - l-għarfien li taġixxi b'mod konsistenti u tapplika t-twemmin morali fl-imġiba ta' kuljum;
- Kompetenzi - l-abbiltà li niġbor u nevalwa informazzjoni, niżviluppa alternattivi, u nbassar konsegwenzi u riskji potenzjali.


Kitba tar-rapport: informazzjoni fuq id-disinn; għanijiet; pjan ta' azzjoni; riċerka; ippjanar ta' intervista jew stħarriġ; it-twettiq tal-intervista jew stħarriġ, l-analizzar tad-dejta, ħruġ tar-riżultati, evalwazzjoni u preżentazzjoni.