Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: L-Arti Viżiva u tal-Ispettaklu

L-Arti > LEVEL 10





Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I value my background and everyday experiences as sources of inspiration and can relate the visual arts to my immediate environment; ​I am able to draw on my curiosity, imagination and divergent thinking processes to pose questions and explore ideas, spaces, materials and technologies; I can apply skills and dispositions such as goal setting, working independently and collaboratively, showing initiative, experimentation and adaptability

L-Aspett tas-Suġġett: L-inkoraġġiment ta' risponsi personali u kollaborattivi tal-istudenti: il-promozzjoni tal-kurżità, l-esplorazzjoni, l-esperimentazzjoni u l-invenzjoni.

1] Kapaċi nwettaq studji viżivi sostnuti, billi nosserva u nesplora u niehu nota, fl-ambjent lokali tiegħi.
NITGĦALLEM KIF
2] Kapaċi nuża l-ambjent naturali, soċjali u mibni ta' madwari biex nirriċerka l-kuntest tal-għażla, is-sors ta' ispirazzjoni, u t-tagħlim tiegħi.
NITGĦALLEM KIF
3] Kapaċi nuża l-inizjattiva biex intella' esibizzjoni tal-arti tematika bbażata fl-iskola.
 NITGĦALLEM INKUN JIEN
4] Kapaċi nagħraf is-sinifikat ta' risponsi individwali distintivi għall-ambjent fix-xogħol ta' artisti u disinjaturi professjonali.
5] Kapaċi nesprimi u nikkomunika ideat u emozzjonijiet b'kapaċità f'forom viżivi differenti, inkluż il-midja diġitali.
 IL-KOMUNIKAZZJONI
6] Kapaċi ngħaqqad forom tal-arti biex noħloq ambjent immersiv li juża kuluri u elementi oħra bħall-ħoss, il-konsistenza u d-dawl biex jaffettwaw is-sensi tal-udjenza.
7] Kapaċi napprezza l-valur ta' stili individwali f'xogħlijiet tal-arti, naċċetta riskji kreattivi, nesplora u nesperimenta b'ideat b'mod indipendenti u immaġinattiv, billi nuża firxa ta' proċessi viżivi biex niżviluppa, niddisinja u noħloq ix-xogħol. 
8] Kapaċi nindirizza differenzi fl-opinjonijiet u kunflitti ta' interess permezz ta' djalogu u konsensus.
IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ

9] Jiena responsabbli għall-azzjonijiet tiegħi u kapaċi nantiċipa, naddatta għal, u niffaċċja bidliet bħall-ħidma fi gruppi, l-użu ta' proċessi viżivi jew l-improvizzazzjoni.
NITGĦALLEM INKUN JIEN

10] Kapaċi nerġa' norganizza lili nnifsi billi nbiddel b'mod espliċitu l-proċessi viżivi matul iż-żmien, skont l-evalwazzjonijiet tiegħi.
PERSONALI



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I understand how to employ basic ethical decision-making when reflecting on my own and others’ art works and when creating art works that involve the intellectual and cultural property rights of others; I can interpret a variety of artistic forms, recognising and evaluating traditional, historical and contemporary works and identifying possible meanings; I understand the role of the visual arts in fostering lifelong learning. I am also aware of professional arts companies, galleries, museums, cultural organisations and creative adults, in Malta and the wider world, and their role in achieving such learning.

L-Aspett tas-Suġġett: L-Interpretar u l-Assessjar tal-Arti.

1] Kapaċi nuża b'kunfidenza firxa wiesgħa ta' sorsi, inkluż l-internet, biex insib informazzjoni biex inwieġeb l-investigazzjonijiet viżivi tiegħi
IL-MIDJA DIĠITALI
2] Kapaċi nuża vokabolarju estiż tal-arti u tad-disinn biex niddeskrivi u nanalizza karatteristiċi ta' biċċiet tal-arti li nara u noħloq.
IL-KITBA
3] Kapaċi b'kunfidenza nesprimi ġudizzji raġunati fuq ix-xogħol tiegħi u dak ta' ħaddieħor, billi nuri fehim kuntestwali.
IT-TAGĦLIM KONJITTIV
4] Kapaċi nuri għarfien meta niddeskrivi u nevalwa b'mod kritiku x-xogħol tiegħi, ix-xogħol tal-pari, artisti, artiġjani, u disinjaturi.
KONJITTIV
5] Kapaċi nevalwa b'mod effettiv ix-xogħol ta' ħaddieħor, billi nikkummenta fuq l-użu tal-midja, it-teknika, u l-istil b'mod li jinkoraġġixxi l-iżvilupp artistiku tal-oħrajn.
IT-TAGĦLIM SOĊJALI
6] Kapaċi nevalwa l-arti kontemporanja, billi nikkummenta fuq il-modi differenti li l-elementi u temi viżivi huma użati.
7] Kapaċi nispjega li hemm modi differenti biex toħloq l-arti b'suċċess. 
8] Kapaċi nikkomunika lil firxa ta' udjenzi l-kontributi tax-xogħlijiet tal-artisti u d-disinjaturi lis-soċjetà. Kapaċi nirrelata dan mal-innovazzjoni ekonomika u soċjali fl-industriji kreattivi.
PRATTIKA
9] Kapaċi niddiskuti xi wħud mill-prinċipji tal-arti minimalista u konċettwali u jiena konxju / konxja kif dawn jirrelataw mal-iżviluppi fil-mużika u l-letteratura.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can interpret, communicate and present ideas, problems and arguments in a number of visual modes; ​I can apply my understanding of the properties of media and of techniques to specific tasks and purposes that will benefit user groups and audiences.

L-Aspett tas-Suġġett: Nuri li nifhem il-Materjali, it-Tekniki, il-Ħiliet, il-Midja u l-Kwalitajiet Estetiċi.

1] Kapaċi nuri fehim profond tar-reġistrat billi nuża tekniki u midja speċifiċi. Kapaċi nagħmel dan permezz ta' firxa wiesgħa tal-attivitajiet.
2] Kapaċi b'kunfidenza nagħżel il-midjum, il-materjali, u l-għodod addattati biex inwettaq l-ideat u l-intenzjonijiet personali tiegħi jew biex insolvi informazzjoni fuq disinn. 
3] Kapaċi naħseb b'mod immaġinattiv u laterali biex insolvi l-problemi.
KONJITTIV
4] Kapaċi nuri kunfidenza u ħila fl-użu ta' firxa ta' midja, materjali, għodod, u proċessi.
PRATTIKA
5] Kapaċi nuża l-midja b'kontroll u assigurazzjoni, u nuri innovazzjoni personali u t-teħid tar-riskji fl-għażla u l-użu tiegħi tal-midja . 
6] Kapaċi nuża elementi viżivi b'ħila u sensittività, billi nesprimi kwalitajiet u relazzjonijiet, biex ngħaddi l-informazzjoni u nesprimi sentimenti, ħsieb, u ideat f'termini viżivi.
7] Kapaċi nirranġa u norganizza x-xogħol tiegħi b'mod koerenti. Kapaċi nuri livelli għoljin ta' awtonomija biex nagħmel bidliet addattati u modifikazzjonijiet biex inwettaq l-intenzjonijiet tiegħi.
IT- TAGĦLIM PERSONALI
8] Kapaċi nuri fehim artistiku aktar profond tal-modi kif l-artisti u d-disinjaturi jaħdmu b'xeni ta' spazju.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I understand the capacity of visual arts to address moral, ethical, social and political issues relevant to Malta and the wider world. I appreciate that the arts can be challenging and provide a space for addressing social difference as well as facilitating social and cultural cohesion; ​I understand that imaginative activity can be harnessed to produce outcomes that contribute to the culture, creativity and wealth of Malta and the wider world; I know how to learn and update my knowledge of the arts.

L-Aspett tas-Suġġett: L-Art f'Kuntest

1] Kapaċi nagħraf l-irwol li qed jinbidel tal-arti u kif l-ekonomija globali xprunat il-produzzjoni tal-arti fis-seklu 21.NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
2] Kapaċi niddiskuti x'tip ta' arti viżiva qed issir f'Malta llum u nikkummenta fuq kif u għaliex l-arti hija relatata mal-identità nazzjonali.
3] Kapaċi nesplora ġeneru partikolari tal-arti fil-fond, billi nagħmel rabtiet bejn il-kuntest storiku, morali, etiku, soċjali u politiku tal-arti u l-mezzi li bihom l-udjenzi jesperjenzaw l-arti f'Malta u fid-dinja inġenerali.
NITGĦALLEM INKUN JIEN
4] Kapaċi nuri l-fehim tiegħi ta' kif valuri u opinjonijiet huma inklużi jew esklużi, u kif il-midja diġitali tista' tinfluwenza t-twemmin u l-imġiba.
IL-MIDJA DIĠITALI
5] Kapaċi nuri l-għarfien tiegħi tal-interkulturaliżmu u l-globalizzazzjoni. Kapaċi niddiskuti kif dan qed jaffettwa l-arti kontemporanja u l-ħajja kulturali f'Malta, fl-Ewropa u fid-dinja inġenerali.
NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
6] Kapaċi nqiegħed ix-xogħol tal-arti tiegħi f'relazzjoni mal-arti magħmula u esibita fl-Ewropa u globalment.
7] Kapaċi nirrelata ma' kif artisti indirizzaw kwistjonijiet ambjentali, soċjali jew ekonomiċi max-xogħol tiegħi.
8] Kapaċi nifhem kif artisti mexxew il-kulturi u kif il-kultura tmexxi 'l-artisti. Kapaċi nirrelata dan mal-irwol tal-artisti u d-disinjaturi fil-ħajja ekonomika, soċjali, u kulturali tal-lum f'Malta u lil hinn.
NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
9] Kapaċi nifhem il-kontinwità u l-bidla fl-għanijiet u fl-udjenzi għall-artisti, l-artiġjani u d-disinjaturi minn Malta, l-Ewropa, u d-dinja inġenerali billi nikkunsidra kuntesti teknoloġiċi, reliġjużi, u kulturali.
NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
10] Kapaċi nsegwi l-interessi u l-ħsibijiet tiegħi billi dawn jgħinuni nirrifletti fuq 'min jiena jien'.
IT-TAGĦLIM PERSONALI




Agħti r-rispons tiegħek hawn