Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: L-Arti Viżiva u tal-Ispettaklu

L-Arti > LEVEL 7





Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I value my background and everyday experiences as sources of inspiration and can relate the visual arts to my immediate environment; ​I am able to draw on my curiosity, imagination and divergent thinking processes to pose questions and explore ideas, spaces, materials and technologies; I can apply skills and dispositions such as goal setting, working independently and collaboratively, showing initiative, experimentation and adaptability

L-Aspett tas-Suġġett: L-inkoraġġiment ta' risponsi personali u kollaborattivi tal-istudenti: il-promozzjoni tal-kurżità, l-esplorazzjoni, l-esperimentazzjoni u l-invenzjoni.

1] Kapaċi nosserva u nirreġistra bir-reqqa dettalji direttament u minn sorsi sekondarji, li għandhom relevanza personali fl-ambjent lokali tiegħi.
NITGĦALLEM KIF
2] Kapaċi ninvestiga, nosserva, u niġbor dejta fuq l-ambjent tiegħi.
NITGĦALLEM KIF
3] Kapaċi nuri awtomotivazzjoni u interess biex nirrappreżenta dak li qed nara, inħoss, nesperjenza, u nimmaġina.
IT-TAGĦLIM PERSONALI
4] Jiena mmotivat/a nipparteċipa, bl-għajnuna ta' ħaddieħor, fl-organizzazzjoni ta' esibizzjoni fi grupp barra mill-klassi.
NITGĦALLEM INKUN JIEN
5] Kapaċi nagħti eżempji ta' risponsi individwali sinifikanti għall-ambjent, fix-xogħol ta' artisti u disinjaturi professjonali.
6] Kapaċi nuża kulur biex noħloq riżultati naturalistiċi, espressivi, jew simboliċi.
7] Kapaċi nieħu xi riskji kreattivi meta nesplora, nesperimenta, u nirrispondi għal ideat.
8] Kapaċi nirrispondi għall-mużika billi nagħmel marki spontanji jew tpinġija libera.
9] Kapaċi nisma' lill-membri tal-grupp tiegħi u naċċetta li jista' jkollhom opinjonijiet u abilitajiet differenti.
IT-TAGĦLIM SOĊJALI
10] Jiena kunfidenti niddiskuti l-opinjonijiet tiegħi u ta' ħaddieħor.
IT-TAGĦLIM SOĊJALI
11] Kapaċi nieħu ideat kreattivi ssuġġeriti minn sħabi u ndawwarhom f'xogħol artistiku.
PRATTIKA
12] Kapaċi nimmaniġġja l-miri u l-ħin.
IT-TAGĦLIM PERSONALI
13] Kapaċi nirrispondi għall-poeżija jew mużika permezz ta' lingwaġġ viżiv.
14] Kapaċi niddeskrivi aspetti differenti tal-arti u l-artiġjanat.
IL-KITBA



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I understand how to employ basic ethical decision-making when reflecting on my own and others’ art works and when creating art works that involve the intellectual and cultural property rights of others; I can interpret a variety of artistic forms, recognising and evaluating traditional, historical and contemporary works and identifying possible meanings; I understand the role of the visual arts in fostering lifelong learning. I am also aware of professional arts companies, galleries, museums, cultural organisations and creative adults, in Malta and the wider world, and their role in achieving such learning.

L-Aspett tas-Suġġett: L-Interpretar u l-Assessjar tal-Arti.

1] Kapaċi nirriċerka informazzjoni fuq artisti jew disinjaturi, u x-xogħlijiet tagħhom, minn sorsi differenti.
IL-MIDJA DIĠITALI
2] Meta nitkellem u nikteb fuq ix-xogħol tiegħi u dak tal-oħrajn, kapaċi nuża termini tal-arti biex niddeskrivih.
IL-KITBA
3] Meta nitkellem u nikteb fuq ix-xogħol tiegħi u dak tal-oħrajn, kapaċi ninterpreta l-għan u t-tifsira tiegħu.
IL-KITBA
4] Kapaċi nuża l-għarfien tiegħi tal-kuntest u l-għanijiet tal-arti u d-disinn biex nevalwa x-xogħol tiegħi, u nieħu l-irwol ta' spettatur biex inħares lejn ix-xogħol tiegħi b'mod aktar oġġettiv.
IT-TAGĦLIM KONJITTIV
5] Kapaċi nagħmel evalwazzjoni personali tad-disinji tiegħi u tal-oħrajn.
IT-TAGĦLIM KONJITTIV
6] Kapaċi nqabbel u nikkuntrasta xogħlijiet tal-arti differenti ma' suġġetti jew kompożizzjonijiet identiċi. Kapaċi nevalwa r-raġuni għal dawn id- differenzi.
7] Kapaċi nikkomunika r-rispons tiegħi għall-arti f'forom miktuba u viżivi.
IL-KITBA
8] Kapaċi nagħmel rabtiet ma' dixxiplini oħra.
KONJITTIV
9] Kapaċi nidentifika ġeneri artistiċi bħall-ħajja 'still-life', 'landscape', u oħrajn.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can interpret, communicate and present ideas, problems and arguments in a number of visual modes; ​I can apply my understanding of the properties of media and of techniques to specific tasks and purposes that will benefit user groups and audiences.

L-Aspett tas-Suġġett: Nuri li nifhem il-Materjali, it-Tekniki, il-Ħiliet, il-Midja u l-Kwalitajiet Estetiċi.

1] Kapaċi nosserva, nirreġistra, u ninvestiga esperjenzi tiegħi stess billi nuża tpinġijiet u midja oħra.
IL-MIDJA DIĠITALI
2] Bl-appoġġ tal-oħrajn, kapaċi nuża u nagħżel minn firxa ta' midja, materjali, għodod, u proċessi f'arti '2-Dimensional' u '3-Dimensional'
3] Kapaċi nuri evidenza ta' esperimentazzjoni u għażla personali meta nuża l-midja.
4] Kapaċi nuri xi fehim tal-kwalitajiet ta' midja differenti u l-adattabilità tagħhom għal għanijiet differenti. 
5] Kapaċi nuri fehim progressiv ta' elementi viżivi.
6] Kapaċi nuri u niddiskuti l-iżviluppi fix-xogħol tiegħi hekk kif nikseb tekniki, ħiliet, u kunfidenza ġdida b'midja ġodda u f'midja '2-Dimensional' u '3-Dimensional'.
 IT- TAGĦLIM PERSONALI 
7] Kapaċi nagħmel elementi fuq  wiċċ '2-Dimensional' biex nuri l-ispazju



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I understand the capacity of visual arts to address moral, ethical, social and political issues relevant to Malta and the wider world. I appreciate that the arts can be challenging and provide a space for addressing social difference as well as facilitating social and cultural cohesion; ​I understand that imaginative activity can be harnessed to produce outcomes that contribute to the culture, creativity and wealth of Malta and the wider world; I know how to learn and update my knowledge of the arts.

L-Aspett tas-Suġġett: L-Art f'Kuntest

1] Kapaċi nispjega r-relazzjoni bejn l-arti, l-artiġjanat u d-disinn f'xi kuntesti storiċi u ġeografiċi differenti.
IL-KITBA
2] Kapaċi nidentifika l-arti li saret f'perjodu storiku speċifiku. Kapaċi nispjega karatteristiċi komuni tal-arti ta' dan il-perjodu u niddiskuti għaliex għandha dawn il-karatteristiċi partikolari.
IL-KITBA
3] Kapaċi nitkellem fuq u għaliex jiena mmotivat/a nesprimi kwistjoni ambjentali jew soċjali.
NITGĦALLEM INKUN JIEN
4] Kapaċi niddiskuti l-modi li fihom għadd ta' kulturi differenti influwenzaw lil xulxin fil-produzzjoni tal-arti u d-disinn.
5] Kapaċi nuri l-għarfien tiegħi tar-relazzjoni bejn l-arti




Agħti r-rispons tiegħek hawn