Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: Il-Lingwi

L-Ingliż > LEVEL 5





L-Aspett tas-Suġġett: Is-smigħ u t-taħdit

1] Kapaċi nisma' b'attenzjoni test li jinqara b'leħen għoli u nuri fehim billi nirrispondi għal domandi dwar il-kontenut tat-test u billi nagħmel xi inferenzi.
2] Kapaċi nifhem testi awdjoviżivi f'firxa ta' ġeneri, filwaqt li nidentifika l-idea ewlenija u informazzjoni speċifika.
3] Kapaċi naqra/nirrakkonta/nirreċta poeżiji, kanzunetti, naħdem skripts u stejjer bl-intonazzjoni t-tajba, li se jgħin sabiex juri fehim tal-intenzjoni tal-awtur.
 IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
4] Kapaċi nissuġġerixxi ftit ideat personali fl-istess stil tal-istorja, poeżija jew kanzunetta oriġinali f'diskussjoni.
 PRATTIKA
5] Kapaċi nuża l-lingwa sabiex nagħmel previżjonijiet relattivament plawżibbli u niddeskrivi karattri, xeni, oġġetti u stampi, kif ukoll nirrispondi mistoqsijiet dwar test orali.
 
6] Kapaċi nirrispondi għal storja jew poeżija li tinqara b'leħen għoli u nikkummenta dwar il-karattri u avvenimenti.
7] Kapaċi nordna l-ideat tiegħi u niddeskrivihom b'mod effettiv filwaqt li nikkontribwixxi f'diskussjonijiet appoġġjati mill-għalliem/a.
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
8] Kapaċi nwassal l-esperjenzi personali tiegħi, l-affarijiet li nħobb u li nobgħod b'mod mexxej u preċiż bi ftit konċessjonijiet sabiex nikkoreġi lili nnifsi tul il-proċess. 
9] Kapaċi nuża lingwaġġ xieraq u vokabolarju speċifiku b'mod mexxej sabiex ikun adattat għal għanijiet differenti meta ninteraġixxi ma' oħrajn.
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
10] Kapaċi nisma' lill-oħrajn, inħallihom iressqu l-perspettiva tagħhom u nistenna meta jmissni nitkellem f'diskussjoni u/jew konverżazzjoni. 
 NITGĦALLEM INKUN JIEN
11] Kapaċi nerġa' nirrakkonta fi kliemi storja, poeżija jew kanzunetta, filwaqt li nżomm l-ordni tajba tal-avvenimenti ewlenin.
NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
12] Kapaċi nerġa' nirrakkonta storja, poeżija jew kanzunetta, filwaqt li nżomm l-ordni tajba tal-avvenimenti ewlenin.
13] Kapaċi nistaqsi mistoqsijiet u nagħmel kontribuzzjonijiet sempliċi f'diskussjoni.
 NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR
14] Kapaċi nisma' attentament u nsegwi sekwenza ta' struzzjonijiet sempliċi.
15] Kapaċi nwassal messaġġ sempliċi b'mod preċiż.
16] Kapaċi nifhem lingwa mitkellma ta' livell ogħla minn tiegħi.
17] Kapaċi nagħti struzzjonijiet ċari sabiex immexxi attività.



L-Aspett tas-Suġġett: L-għarfien u l-produzzjoni tal-lingwa

1] Kapaċi nkompli mudelli ta' sentenzi sempliċi u komposti filwaqt li nuri għarfien tal-istruttura tal-lingwa. 
 IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT

2] Kapaċi nuża l-ordni tal-kliem tajjeb meta nikteb u nitħaddet.
 
 IL-KITBA
3] Kapaċi nikteb u nitħaddet dwar avvenimenti preżenti u passati filwaqt li nuża forom lingwistiċi sempliċi, eż. bl-użu tat-tempi tal-preżent u l-passat sempliċi, bl-użu ta' sentenzi sempliċi u komposti.
 IL-KITBA
4] Kapaċi nikteb għal għan speċifikat, bl-użu ta' grammatika u bidu ta' sentenzi li jixirqu l-ħtiġijiet tiegħi.
 IL-KITBA

5] Kapaċi nikteb u nitħaddet b'mod effettiv għal firxa ta' raġunijiet.
6] Kapaċi nirrakkonta avvenimenti billi nuża forom lingwistiċi sempliċi, eż. bl-użu tat-tempi tal-preżent u l-passat sempliċi, bl-użu ta' sentenzi sempliċi u komposti.
7] Kapaċi niddeskrivi persuni u oġġetti bl-użu ta' forom lingwistiċi sempliċi, eż. bl-użu tat-tempi tal-preżent u l-passat sempliċi, bl-użu ta' sentenzi sempliċi u komposti.
8] Kapaċi, f'livell elementari, nuża l-lingwa meħtieġa sabiex nuri l-ħin, post u moviment f'sentenza, eż. prepożizzjonijiet tal-ħin, post u moviment.



L-Aspett tas-Suġġett: Il-qari

1] Kapaċi naqra b'leħen għoli b'mod ċar u bi ftit kunfidenza, kif ukoll nesprimi dizzjoni ċara.
2] Kapaċi naqra fis-silenzju waħdi u nuri li fhimt, eż. billi nirrispondi mistoqsijiet ta' fehim.

3] Kapaċi naqra u nifhem firxa wiesgħa ta' testi xierqa għall-età tiegħi, ta' ġeneri differenti, b'mod indipendenti jew fi gruppi.
4] Kapaċi naqra u nifhem testi onlajn xierqa għall-età tiegħi, ta' ġeneri differenti, kif ukoll nifhem il-partijiet differenti tat-test, eż. intestatura u subintestatura, u l-mod ta' kif jaħdmu l-hyperlinks.
5] Kapaċi nuża firxa ta' strateġiji sabiex jgħinu fil-fehim u nsib l-informazzjoni meħtieġa fit-test.  
 L-IPPJANAR U R-RIFLESSJONI
6] Kapaċi nesprimi l-opinjonijiet tiegħi dwar storja fil-livell ta' qari tiegħi, filwaqt li nagħti raġunijiet ċari għalfejn it-test jogħġobni jew le. 
 NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR

7] Kapaċi nagħmel suppożizzjonijiet infurmati dwar ktieb jew xogħol twil ieħor mit-titlu tiegħu.
IL-LINGWA ESPRESSIVA
8] Kapaċi naqra ġeneri differenti għal raġunijiet differenti, eż. sabiex insib informazzjoni ġdida, għall-gost, sabiex nitgħallem affarijiet ġodda. 
9]Kapaċi nifhem l-elementi bażiċi tal-organizzazzjoni ta' test.



L-Aspett tas-Suġġett: Il-Letteratura Ingliża fis-snin tal-edukazzjoni bikrija u medja

1] Kapaċi nitgħallem u naqra bl-amment poeżiji sempliċi bi ftit għajnuna.
2] Kapaċi naqra u nisma' testi letterarji bħal poeżija, proża u drammi rreċtati jew li jinqraw b'leħen għoli. Kapaċi nuri li fhimt dawn it-testi billi nirrispondi mistoqsijiet sempliċi dwar xi aspetti, eż. avvenimenti u mġiba tal-karattri.
3] Kapaċi nirrispondi għal poeżiji, stejjer u drammi sempliċi billi nitħaddet u nikteb fil-qosor dwar x'naħseb dwar it-testi letterarji u dwar avvenimenti u karattri f'dawn it-testi. 
4] Kapaċi nidentifika l-użu ta' għodod letterarji sempliċi, eż. strofi, similitudnijiet, onomatopea u kliem li jirrima.
5] Kapaċi nipparteċipa f'attivitajiet sempliċi, eż. logħba tar-rwoli u djalogu, ibbażati fuq poeżiji u stejjer li qrajt jew smajt.
6] Kapaċi, f'livell elementari, nuri r-rispons personali tiegħi għat-test letterarju li niltaqa' miegħu, eż. billi npinġi jew nuża krafts ispirati mit-test, u nżomm ġurnal sempliċi bil-ħsibijiet tiegħi.
7] Kapaċi nirrispondi għal dramm billi nipparteċipa fl-irreċtar tiegħu u nifhem it-tifsira ta' mekkaniżmi drammatiċi, eż. atti, xeni u direzzjonijiet tal-palk.




L-Aspett tas-Suġġett: Il-kitba

1] Kapaċi nikteb ittri ffurmati sew li huma leġġibbli. 
 IL-KITBA
2] Kapaċi, f'livell elementari, nuża format u karatteristiċi ta' preżentazzjoni xierqa sabiex inwassal l-għan ta' test.
3] Kapaċi nikkontrolla l-formazzjoni bażika tal-ittri u ngħaqqad l-ittri sabiex nikteb bil-magħqud. 
4]
 Kapaċi neditja u nirrevedi x-xogħol miktub tiegħi, bl-għajnuna.
5] Kapaċi nikteb sentenzi sempliċi b'rispons għal firxa ta' testi. 
 KONJITTIVA
6] Kapaċi nuża kliem sabiex nilħaq effetti partikolari fil-kitba tiegħi. Kapaċi nuża xi vokabolarju li joħloq burdati speċifiċi u jirrappreżenta xeni partikolari.
 IT-TAGĦLIM KREATTIV
7] Kapaċi nesprimi l-opinjonijiet tiegħi fil-kitba dwar firxa ta' suġġetti.
 NITGĦALLEM KIF
8] Kapaċi nipparteċipa fil-kitba għal firxa ta' għanijiet u nikteb f'xi ġeneri.
IL-KITBA
9] Kapaċi nikteb paragrafu li hu xieraq għal udjenza u b'għan.
10] Kapaċi nivvinta storja u niktibha b'mod li jagħmilha interessanti.
11] Kapaċi nżid dettall u interess fi strutturi ta' sentenza bażika f'varjetà ta' modi.
 IL-KITBA
12] Kapaċi, bI-għajnuna, nagħmel test aktar interessanti jew aktar rilevanti għalija billi nibdel il-vokabolarju.
13] Kapaċi, bl-għajnuna, nuża varji strateġiji sabiex nispelli tajjeb.
14] Kapaċi nuża riżorsi sabiex jgħinuni nippjana x-xogħol miktub tiegħi u nippreżentah b'mod preċiż.
15] Kapaċi, bl-għajnuna, norganizza l-ideat tiegħi f'paragrafi ċari, koeżivi u koerenti.
L-IPPJANAR U R-RIFLESSJONI
16] Kapaċi nikteb struzzjonijiet sempliċi sabiex nispjega l-passi ta' proċess, eż. kif tagħmel xarba kiesħa.




Agħti r-rispons tiegħek hawn