Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: Il-Lingwi

L-Ingliż > LEVEL 9





L-Aspett tas-Suġġett: Is-smigħ u t-taħdit

1] Kapaċi nistaqsi u nifhem mistoqsijiet dettaljati. Kapaċi nirrispondi b'mistoqsijiet supplimentari u nevalwa r-rispons.
 NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR

2] Kapaċi jkolli konverżazzjonijiet li għandhom implikazzjonijiet kumplessi, nosserva l-ħtieġa li nkun edukat, sensittiv u jkolli tattika.
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
3] Kapaċi nikkomunika l-ħsibijiet u emozzjonijiet tiegħi permezz ta' varjetà wiesgħa ta' midja, eż. it-telefon u interazzjoni bl-internet, bl-użu ta' ton u stil xieraq.
IL-KOMUNIKAZZJONI

4] Kapaċi nuża l-lingwa b'mod li huwa persważiv ħafna, bl-intenzjoni li ninfluwenza emozzjonijiet jew azzjonijiet.
 INTERPERSONALI

5] Kapaċi nistaqsi lill-oħrajn dwarhom infushom u l-perspettivi tagħhom, u nevalwa r-risposti tagħhom skont kif dawn jirrelataw mal-perspettivi tiegħi.
 KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ

6] Kapaċi niddefendi l-perspettiva tiegħi kontra mistoqsijiet raġonevoli.
 NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
7] Kapaċi nikkomunika b'mod effettiv f'sitwazzjonijiet familjari bl-użu ta' varjetà ta' midja.
8] Kapaċi nadatta l-użu tal-lingwa tiegħi għal midja varja, filwaqt li nosserva l-etikett u l-grammatika emerġenti tal-midja ġdida. 
 L-UŻU TAL-MIDJA DIĠITALI

9] Kapaċi nisma' konverżazzjoni, preżentazzjoni jew prestazzjoni drammatika u nqassar il-messaġġ evidenti, kif ukoll it-tema tal-motivazzjoni u l-preġudizzju. 
 IL-BIDLA SOĊJALI

10] Kapaċi ninvolvi ruħi f'dibattitu u nidentifika fejn hemm bażi komuni, kif ukoll il-kwistjonijiet ewlenin ta' kwalunkwe nuqqas ta' qbil. 
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
11] Kapaċi nirrispondi għal u nitħaddet dwar sitwazzjonijiet ipotetiċi.
12] Kapaċi nsegwi deskrizzjonijiet li huma kumplessi f'termini ta' kontenut lingwistiku, tematiku u lessikali.
13] Kapaċi niddiskuti valuri, attitudnijiet u suppożizzjonijiet imwassla permezz tal-użu u l-għażla tal-lingwa f'testi mitħaddta, dwar temi u kwistjonijiet diffiċli.
14] 
Kapaċi, b'ċerta faċilità, nipproduċi mudelli ta' Ingliż b'interferenza minima mil-L1. 
15] Kapaċi nirriċerka informazzjoni permezz ta' varjetà ta' midja, eż. it-telefon, u nuża dan sabiex nipproduċi taqsira konċiża għal preżentazzjoni formali għal udjenza infurmata.
 L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI
16] Kapaċi niddeskrivi esperjenzi personali kumplessi, reazzjonijiet, ħolm, tamiet u ambizzjonijiet.
17] Kapaċi nispjega u nagħti raġunijiet għal azzjonijiet, pjanijiet jew intenzjonijiet b'mod mexxej u preċiż.
18]
 Kapaċi nipprovdi direzzjonijiet pjuttost kumplessi, eż. kif tmur minn A sa D.
19] Kapaċi ngħaddi informazzjoni li nkun ksibt u nżid kummenti qosra relatati, eż. minn avviż jew li tawni kelliema oħra.
20] Kapaċi nagħmel suġġerimenti f'diskussjoni b'mod mexxej u preċiż.
21] Kapaċi nsegwi dibattitu li huwa kumpless f'termini ta' kontenut lingwistiku, tematiku u lessikali.



L-Aspett tas-Suġġett: L-għarfien u l-produzzjoni tal-lingwa

1] Kapaċi nibni sentenzi aktar kumplessi.
 L-IPPJANAR U R-RIFLESSJONI
2] Kapaċi nifhem il-ħtieġa għal konsistenza fit-temp, vuċi, burdata, persuna u numru, eż. il-qabża minn passat għal preżent, attiv għal passiv, indikattiv għal imperattiv.
3] Kapaċi nifhem il-ħtieġa għall-użu preċiż tat-temp u n-numru.
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
4] Kapaċi nifhem u nuża lingwa li tesprimi sitwazzjonijiet u possibilitajiet ipotetiċi, eż. modali u kondizzjonali.
5] Kapaċi nirrapporta, bit-taħdit jew bil-kitba, dak li qalu jew kitbu oħrajn.
6] Kapaċi nifhem kif il-kliem iġib ruħu flimkien, eż. kollokazzjonijiet, ħbieb foloz (false friends) u nuża dawn il-mudelli f'kuntest ta' sitwazzjonijiet speċifiċi.
7] Kapaċi nuża l-affissi, eż. -ful, -ness sabiex nibdel il-klassi grammatikali, eż. help- helpful; kind-kindness.
8] Kapaċi nuża b'mod tajjeb it-tempi tal-passat u l-preżent, kif ukoll nirreferi għall-futur meta nitħaddet u nikteb.
9] Kapaċi nuża l-gerund, eż. smoking bħala verb, nom u aġġettiv.
10] Kapaċi nidentifika d-differenza bejn temp u aspett.

11] Kapaċi nirrakkonta b'mod preċiż avvenimenti/stejjer, niddeskrivi persuni/oġġetti/xeni, nesprimi argumenti favur u kontra, u nifformula opinjonijiet f'livell ta' kumplessità li hu xieraq għall-età tiegħi.
12] Kapaċi nipproduċi varji forom ta' diskors, eż. kreattiv, tekniku u xjentifiku.



L-Aspett tas-Suġġett: Il-qari

1] Kapaċi nifhem kif lingwa tintuża b'mod persważiv. 
 IL-LINGWA ESPRESSIVA
2] Kapaċi naqra għal għanijiet differenti f'varjetà wiesgħa ħafna ta' ġeneri, eż. sabiex infittex informazzjoni ġdida, għall-gost, sabiex nitgħallem affarijiet ġodda.
3] Kapaċi nidentifika u nikkummenta dwar il-kontenut kulturali ta' test. 
4] Kapaċi nevalwa l-abilità ta' kittieba li jilħqu l-effetti tagħhom permezz tal-użu ta' għodod lingwistiċi, strutturali, stilistiċi u ta' preżentazzjoni.
5] Kapaċi ninduna bi preġudizzju f'biċċa kitba.
6] Kapaċi niddistingwi bejn kitba xjentifika u teknika kumplessa.
7] Kapaċi naqra testi kumplessi f'firxa usa' ta' ġeneri għal għanijiet differenti, eż. sabiex infittex informazzjoni ġdida, għall-gost, sabiex nitgħallem affarijiet ġodda.



L-Aspett tas-Suġġett: Il-kitba


1] Kapaċi nuża firxa wiesgħa ħafna ta' strutturi ta' sentenza kumplessa b'mod tajjeb bil-punteġġjatura xierqa. 
 BIR-REQQA
2] Kapaċi nikteb għal għan partikolari.
3] Kapaċi nwassal ideat kumplessi bil-kitba.
 IL-LINGWA ESPRESSIVA

4] Kapaċi nwassal informazzjoni bl-użu ta' stampi fil-kitba tiegħi.
5] Kapaċi nipproduċi testi ta' ġeneri differenti, eż. narrattivi, deskrittivi, digressivi.
6] Kapaċi nikteb tipi ta' sentenzi differenti b'mod preċiż, filwaqt li nirranġa dawn sabiex nagħmel it-tifsira ċara kif ukoll nuri r-relazzjoni bejn il-paragrafi.
7] Kapaċi nipproduċi biċċiet ta' kitba xjentifika u teknika kumplessa.




Agħti r-rispons tiegħek hawn