Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar
Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar
Il-Qasam tat-Tagħlim: Il-Lingwi
L-Ingliż > LEVEL 8
L-Aspett tas-Suġġett: Is-smigħ u t-taħdit
1] Kapaċi nipprepara preżentazzjonijiet dwar varjetà ta' suġġetti, filwaqt li nadatta l-preżentazzjoni skont in-natura tal-udjenza.
IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
2] Kapaċi nikkontribwixxi fi preżentazzjonijiet jew prestazzjonijiet konġunti fi stil li huwa xieraq għall-avveniment.
IT-TAGĦLIM SOĊJALI
3] Kapaċi nivvaluta l-impatt possibbli ta' testi ta' ġeneri differenti, eż. biċċa letterarja, ġurnalistika jew xjentifika fuq l-udjenza.
IL-BIDLA SOĊJALI
4] Kapaċi nidentifika u nirrapporta dwar preġudizzju fir-rappurtar ta' oħrajn.
NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR
5] Kapaċi noħloq każ kumpless u loġiku madwar kwistjoni ta' importanza soċjali, eż. it-tisħin globali.
NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
6] Kapaċi nadatta l-istil ta' taħdit tiegħi għas-sitwazzjonijiet familjari kollha, filwaqt li nosserva l-użu xieraq ta' reġistru u vokabolarju.
KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
7] Kapaċi nuża l-lingwa f'varjetà ta' forom persważivi, eż. mistoqsijiet rettoriċi.
INTERPERSONALI
8] Kapaċi nisma' firxa ta' preżentazzjonijiet formali u nqassar il-kontenut tagħhom b'mod mexxej u preċiż.
NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR
9] Kapaċi nirrikonoxxi punt magħmul tajjeb u nadatta l-perspettivi tiegħi b'konsegwenza ta' hekk.
IT-TAGĦLIM PERSONALI
10] Kapaċi nsegwi narrattivi, inklużi dawk li ma jsegwux sekwenza kronoloġika.
11] Kapaċi nsegwi firxa ta' testi awdjoviżivi, eż. riklami, tbassir tat-temp, filmati qosra tal-aħbarijiet u avviżi pubbliċi.
12] Kapaċi nsegwi testi li jinkludu firxa wiesgħa ta' vokabolarju u struttura tal-lingwa, eż. dokumentarji u bullettini.
13] Kapaċi nagħraf l-attitudni tal-kelliem u nikkummenta dwarha.
14] Kapaċi niddeskrivi esperjenzi personali sempliċi, reazzjonijiet, ħolm, tamiet u ambizzjonijiet.
15] Kapaċi nispjega u nagħti raġunijiet għal azzjonijiet, pjanijiet jew intenzjonijiet b'mod mexxej.
16] Kapaċi ngħaddi informazzjoni li ksibt, eż. minn avviż jew li tawni kelliema oħra.
17] Kapaċi nagħti suġġerimenti f'diskussjoni.
18] Kapaċi niddistingwi bejn mistoqsijiet f'kuntest formali u informali.
19] Kapaċi nifhem u nipproduċi gruppi ta' kelmiet f'taħdit kontinwu b'mod li jinftiehem.
L-Aspett tas-Suġġett: L-għarfien u l-produzzjoni tal-lingwa
1] Kapaċi nuża l-firxa sħiħa ta' marki tal-punteġġjatura.
IR-REQQA
2] Kapaċi nibni sentenzi kumplessi.
L-IPPJANAR U R-RIFLESSJONI
3] Kapaċi nuża u nispjega regoli tal-ortografija. Konxju minn eċċezzjonijiet magħrufa għal dawn ir-regoli.
IR-REQQA
4] Kapaċi nuża l-passiv b'mod preċiż u nista' napplikah f'kuntesti xierqa, eż. il-kitba ta' rapport f'suġġetti tax-xjenza.
L-IPPJANAR U R-RIFLESSJONI
5] Kapaċi nifhem u nuża lingwa li tesprimi sitwazzjonijiet u possibilitajiet ipotetiċi, eż. modali u kondizzjonali.
6] Kapaċi nirrapporta, kemm bit-taħdit u kemm bil-kitba, x'qalu jew kitbu oħrajn.
7] Kapaċi nifhem kif ħafna kliem iġib ruħu flimkien, eż. kollokazzjonijiet, ħbieb foloz (false friends) u nuża dawn il-mudelli f'kuntest ta' sitwazzjonijiet speċifiċi.
8] Kapaċi nuża affissi, eż. -ness, -ly, -ful, -un, -dis, sabiex nibni kliem ġdid.
9] Kapaċi nuża kliem li jintrabat sabiex ngħaqqad u sabiex inqabbel u nikkuntrasta ideat.
10] Kapaċi niddistingwi bejn sentenzi komposti u kumplessi, u kapaċi nużahom b'mod preċiż sabiex nikseb varjetà stilistika fil-kitba tiegħi.
11] Kapaċi nirrakkonta avvenimenti/stejjer, niddeskrivi persuni/oġġetti/xeni u nesprimi b'mod preċiż argumenti sempliċi favur jew kontra bil-kitba.

L-Aspett tas-Suġġett: Il-qari
1] Kapaċi naqra test twil u nqassar il-punti ewlenin.
IL-QARI U L-FEHIM
2] Kapaċi nifhem kif lingwa qed tintuża sabiex toħloq burdata jew emozzjoni partikolari.
3] Kapaċi nuri kif storja hija mibnija, niddeskrivi l-plott, karattru u azzjoni.
4] Kapaċi nqabbel u nikkuntrasta ideat minn testi differenti.
5] Kapaċi nifhem tifsiriet issuġġeriti f'test.
6] Kapaċi nagħmel suppożizzjonijiet infurmati dwar ktieb jew xogħol twil ieħor mit-titlu u materjal introduttorju tiegħu.
IL-LINGWA ESPRESSIVA
7] Kapaċi naqra testi aktar kumplessi f'firxa aktar wiesgħa ta' ġeneri għal għanijiet differenti, eż. sabiex insib informazzjoni ġdida, għall-gost, sabiex nitgħallem affarijiet ġodda.
8] Kapaċi nifhem konnotazzjoni.
9] Kapaċi niddistingwi bejn kitba kontemporanja u mhux.
10] Kapaċi nislet informazzjoni minn firxa ta' sorsi.
11] Kapaċi nidentifika t-tema ewlenija ta' test.
12] Kapaċi nidentifika u nikkummenta dwar l-użu tal-lingwa u l-istruttura mill-kittieb f'test.
13] Kapaċi naqra u nifhem artikli u rapporti dwar problemi kontemporanji.
14] Kapaċi niddistingwi bejn varji forom ta' diskors, eż. kreattiv, tekniku u xjentifiku.
15] Kapaċi niddistingwi bejn kitba xjentifika u teknika.
L-Aspett tas-Suġġett: Il-kitba
1] Kapaċi nuża firxa wiesgħa ta' strutturi ta' sentenza kumplessa.
IL-KITBA
2] Kapaċi neditja u nirrevedi l-kitba tiegħi.
3] Kapaċi nikteb b'mod xieraq bit-ton it-tajjeb kif ukoll nuża l-kliem sabiex noħloq burdata jew emozzjoni partikolari.
L-IPPJANAR U R-RIFLESSJONI
4] Kapaċi nikteb test itwal organizzat f'serje ta' paragrafi.
NITGĦALLEM KIF
5] Kapaċi nikteb b'mod xieraq u b'għan għal udjenza.
6] Kapaċi nikteb bl-użu tar-reġistru xieraq.
7] Kapaċi nipproduċi testi ta' ġeneri differenti.
8] Kapaċi nordna u norbot is-sentenzi u l-paragrafi tiegħi b'mod li jagħmel sens.
9] Kapaċi nipproduċi biċċiet ta' kitba xjentifika u teknika.

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Letteratura Ingliża fil-ħin u l-post
1] Kapaċi, bi gwida, nittratta u nirrispondi oralment firxa wiesgħa ta' testi letterarji, bħall-poeżija, il-proża u d-drama, miktuba għall-adulti u ż-żgħażagħ bl-Ingliż, eż. testi narrattivi aktar sempliċi li jittrattaw kwistjonijiet inqas kumplessi.
IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
2] Kapaċi, bl-għajnuna, nifhem u napprezza kif testi letterarji jirriflettu fuq il-ħajja u l-ideat f'kuntesti differenti u kif in-nies jirrispondu għal dawn.
3] Konxju/a li u nista' niddiskuti kif testi letterarji juru kif nies differenti jirreaġixxu b'mod differenti għall-ħajja u għal dak li tippreżenta.
L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI
4] Kapaċi nuri l-għarfien tiegħi ta' karattri billi npoġġi lili nnifsi fil-perspettiva tagħhom, eż. billi nipparteċipa f'logħob tal-irwol jew nikteb kitba fi djarju mill-perspettiva tagħhom.
NITGĦALLEM INKUN JIEN
5] Kapaċi nittratta testi letterarji li jittrattaw ma' kwistjonijiet estetiċi, personali, emozzjonali, soċjali, morali u politiċi. Kapaċi nwieġeb mistoqsijiet u nikteb paragrafi qosra dwar dawn il-kwistjonijiet kif jidhru fit-testi letterarji li nistudja.
NITGĦALLEM INKUN JIEN
6] Kapaċi nifhem kif il-letteratura tippreżenta opinjonijiet differenti dwar kwistjonijiet estetiċi, personali, emozzjonali, soċjali, morali u politiċi. Kapaċi nwieġeb mistoqsijiet u nikteb paragrafi qosra dwar dawn il-kwistjonijiet kif ippreżentati fit-testi letterarji li nistudja.
IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
7] Konxju/a li l-letteratura tista' tgħinni niżviluppa l-abbiltà li nżomm moħħi miftuħ. Kapaċi nippermetti lil-letteratura biex tgħinni nsir aktar kreattiv/a, innovattiv/a u kritiku/a, eż. billi nikteb kitba fi djarju mill-perspettiva ta' karattru; billi nieħu sehem f'diskussjonijiet u logħob tal-irwol dwar is-suġġett.
KONJITTIVA
8] Permezz tal-qari tiegħi ta' testi minn kulturi differenti, kapaċi nifhem kif il-letteratura tpinġi modi differenti tal-ħajja u tal-benesseri. Kapaċi naqra testi minn kulturi differenti li huma xierqa għall-età tiegħi u għall-kapaċitajiet tal-lingwa tiegħi.
NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR
9] Permezz tal-qari tiegħi ta' testi minn jew dwar kuntesti differenti, kapaċi nara fejn l-ideat u l-aspettattivi taż-żmien tal-kittieb/a influwenzaw il-kitba tiegħu/tagħha.
10] Kapaċi nuża riżorsi onlajn biex insir naf aktar dwar il-letteratura Ingliża.
IL-KOMUNIKAZZJONI
11] Kapaċi, bl-għajnuna, naqra testi magħżula mis-sekli li għaddew, li jinnegozjaw bidliet fil-vokabolarju, fl-użu tal-vokabolarju u fl-istruttura tas-sentenza.
IL-QARI U L-FEHIM
12] Kapaċi nispjega li drammi, poeżiji u rumanzi huma miktuba għal tipi differenti ta' udjenza u li l-prattiki differenti fil-qari, fit-twettiq u fis-smigħ huma xi kultant meħtieġa. Għalhekk kapaċi naqra rumanzi fis-skiet, kapaċi nagħraf il-kwalità tas-smigħ tal-poeżija u n-natura drammatika ta' skripts tad-drammi.
IL-QARI U L-FEHIM
13] Kapaċi nirrispondi għal test letterarju li qrajt, għall-prestazzjoni tad-drama jew preżentazzjoni tal-poeżija li osservajt, billi nesprimi l-opinjonijiet tiegħi b'mod ċar.
14] Kapaċi nirrispondi b'leħen għoli u bil-miktub għal domandi li juru li għandi fehim ta' saffi differenti ta' tifsira u kif dawn it-tifsiriet jiġu mwassla f'test letterarju li qrajt jew fi prestazzjoni tad-drama jew preżentazzjoni tal-poeżija li osservajt.

L-Aspett tas-Suġġett: Għarfien ta' ġeneri u mezzi letterarji
1] Kapaċi nagħraf il-vuċi u l-perspettiva tan-narratur fit-testi li naqra u kapaċi nibda biex niddifferenzja bejn l-ilħna tal-awtur, tan-narratur u tal-karattri.
2] Nagħraf il-karatterizzazzjoni fit-testi letterarji u kapaċi nikkummenta dwar l-iżvilupp ta' dawn il-karattri kif tiżvolġi l-istorja/it-trama/il-poeżija.
IL-LINGWA ESPRESSIVA
3] Kapaċi nifhem kif il-karattri, it-trama, l-issettjar, it-temi u x-xbihat kollha jingħaqdu flimkien biex jiffurmaw test letterarju.
4] Kapaċi, bi gwida, napplika għarfien mgħallem b'modi ġodda u kreattivi, eż. billi nikteb il-poeżiji, l-iskripts tad-drammi jew l-istejjer qosra tiegħi stess.
PRATTIKA
5] Konxju/a tad-differenzi bejn il-proża, il-poeżija u d-drama. Kapaċi niddeskrivi d-differenzi bejn dawn it-tliet tipi ta' testi letterarji.
6] Kapaċi nidentifika firxa ta' mezzi letterarji, eż. xbihat, personifikazzjoni, mezzi tal-ħoss poetiku u forom poetiċi, eż. sunett u kapaċi nispjega l-effetti letterarji u l-funzjonijiet ta' dawn il-mezzi.
7] Kapaċi, bl-appoġġ, ninterpreta t-tifsira, it-tema u l-istruttura ta' poeżiji u biċċiet oħra ta' testi letterarji.
IT-TAGĦLIM KONJITTIV
8] Konxju/a tat-tipi differenti ta' xbihat bħal viżivi u fonetiċi, u kapaċi nifhem l-effettività ta' tali xbihat. Kapaċi nsib eżempji ta' kull tip u nikkummenta dwar il-funzjoni tagħhom.
9] Konxju/a tal-ħsejjes tal-poeżija, eż. rima, ritmu, alliterazzjoni u assonanza. Kapaċi nsib eżempji ta' dawn il-mezzi u nikkummenta dwar l-effettività tagħhom.
10] Kapaċi ngħid lil ħaddieħor kif iġegħelni nħossni test letterarju. Kapaċi nagħti l-opinjoni tiegħi dwar dan bħala biċċa ta' test u niddeċiedi jekk nirrakkomandahx lil ħaddieħor jew le u nagħti raġunijiet għal dan.

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Kitba dwar il-Letteratura Ingliża
1] Kapaċi nikteb paragrafi u esejs qosra dwar aspetti differenti tat-testi letterarji li studjajt, eż. forma u struttura poetika, karatterizzazzjoni u trama.
2] Kapaċi nwieġeb mistoqsijiet, bħal dawk li jistaqsu dwar struttura u mezzi letterarji, stabbiliti għal testi letterarji kemm studjati kif ukoll dawk mhux studjati.
IT-TAGĦLIM KREATTIV
3] Kapaċi, bi gwida, inwieġeb mistoqsijiet kemm tal-ogħla ordni kif ukoll tal-ordni l-aktar baxxa, inklużi dawk li jitolbu għall-analiżi tiegħi ta' testi tal-proża, drama u poeżija mhux studjati.
4] Kapaċi, bi gwida, inwieġeb mistoqsijiet li jitolbu għas-sinteżi u l-interpretazzjoni tiegħi ta' ideat dwar testi tal-proża u tal-poeżija mhux studjati. Kapaċi ninkludi r-reazzjoni/jiet personali tiegħi għat-test, u niddeċiedi jekk nirrakkomandahx lill-oħrajn jew le.
5] Kapaċi nikteb paragrafu qasir biex nesprimi l-fehmiet u l-opinjonijiet tiegħi dwar test tal-proża, drama jew poeżija mhux studjat, u nagħti raġunijiet għal dawn il-fehmiet u l-opinjonijiet.
6] Kapaċi nikteb apprezzamenti kritiċi f'tul ta' esej tat-test/i letterarju/i stabbilit/i bbażat/i fuq il-mistoqsija jew it-titlu mogħti. Kapaċi nikteb risposta li hija diretta u tal-punt bl-użu tat-terminoloġija korretta. Konxju/a li għandi nevita li sempliċiment nagħti sommarju tat-test/i letterarju/i.
7] Kapaċi nikteb dwar is-seting, it-trama, il-karattri, it-tema ta' test/i stabbilit/i letterarju/i, dejjem b'referenza għall-mistoqsija/titlu mogħti.
8] Kapaċi nipprovdi l-opinjonijiet personali tiegħi tat-test/i letterarju/i mogħti/ja bil-kitba tiegħi, u niġġustifika d-dikjarazzjonijiet tiegħi.
9] Kapaċi nirreferi mill-qrib għat-testi letterarji bl-użu ta' evidenza, bħal kwotazzjonijiet, parafrażi u kummentarju, biex nappoġġja l-kitba tiegħi dwarhom. Kapaċi nippreżenta dawn il-kwotazzjonijiet bl-użu ta' konvenzjonijiet stabbiliti xierqa.