Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: Il-Lingwi

L-Ingliż > LEVEL 6





L-Aspett tas-Suġġett: Is-smigħ u t-taħdit

1] Kapaċi nisma' b'attenzjoni test li jinqara b'leħen għoli u nuri fehim billi nagħmel inferenzi kif ukoll niġġustifika u nispjega stqarrijiet.
2] Kapaċi nifhem testi awdjoviżivi f'firxa ta' ġeneri, filwaqt li nidentifika l-ideat ewlenin, informazzjoni speċifika u kliem ewlieni.

3] Kapaċi naqra/nirrakkonta/nirreċta poeżiji, kanzunetti u naħdem skripts b'enfasi, intonazzjoni u pronunzja li juru fehim tal-effetti letterarji.
 IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
4] Kapaċi nżid għadd ta' ideat tiegħi fl-istess stil tal-istorja, poeżija jew kanzunetta oriġinali.
 PRATTIKA
5] Kapaċi nuża l-lingwa sabiex nagħmel previżjonijiet relattivament plawżibbli, nagħti deskrizzjonijiet vividi u nirrispondi firxa ta' mistoqsijiet dwar test orali.
 NITGĦALLEM INKUN JIEN
6] Kapaċi nesprimi l-ideat tiegħi dwar storja jew poeżija li tinqara b'leħen għoli, filwaqt li nappoġġja l-kummenti tiegħi bi provi dwar il-karattri u l-avvenimenti.
NITGĦALLEM KIF
7] Kapaċi nikkontribwixxi f'diskussjonijiet fil-klassi jew fi grupp f'firxa ta' suġġetti, billi nistaqsi mistoqsijiet sabiex insir naf aktar.
  IT-TAGĦLIM SOĊJALI

8] Kapaċi nipparteċipa f'eżerċizzji ta' logħob tar-rwol u prestazzjonijiet tal-iskola, billi nartikola b'mod ċar, nuri ħeffa fit-taħdit u enfasi meta hu xieraq.
 IL-LINGWA ESPRESSIVA

9] Kapaċi nesprimi l-opinjonijiet tiegħi b'mod ċar u  kapaċi nistenna meta jmissni nitkellem f'diskussjoni u konverżazzjoni.
10] Kapaċi nisma' lill-oħrajn, nuri li nirrispetta u nifhem il-perspettiva tagħhom u nitlob kjarifika meta ma nifhimx bl-użu tal-grammatika t-tajba.
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
11] Kapaċi naqsam l-opinjoni tiegħi ma' oħrajn għaliex nifhem li l-opinjonijiet tiegħi huma importanti.
 IT-TAGĦLIM SOĊJALI

12] Kapaċi nistaqsi mistoqsijiet u nagħti kontribuzzjonijiet f'diskussjoni sabiex b'mod ċar nagħmel il-punt tiegħi u nirrispondi għall-ideat ta' oħrajn.
NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR

13] Kapaċi nisma' b'attenzjoni, insegwi serje ta' struzzjonijiet u nipparteċipa f'diskussjonijiet.
 NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR

14] Kapaċi nwassal messaġġ sempliċi li fih sekwenza ta' ħin u struzzjonijiet b'mod preċiż.
15] Kapaċi nitħaddet b'mod mexxej u preċiż f'termini ta' kontenut u mudelli tal-ħoss, bl-użu ta' xi strutturi tas-sentenza kumplessi.
16] F'konverżazzjoni ma' kelliema b'kompetenza lingwistika simili jew ogħla, kapaċi nitħaddet relattivament b'mod mexxej u preċiż f'termini ta' kontenut u mudelli tal-ħoss.
17] Kapaċi nagħti struzzjonijiet bl-użu ta' sekwenza loġika sabiex immexxi attività.



L-Aspett tas-Suġġett: L-għarfien u l-produzzjoni tal-lingwa

1] Kapaċi nkompli u noħloq mudelli ta' sentenzi sempliċi, komposti u kumplessi li juru għarfien tal-istruttura tal-lingwa.
 IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
2] Kapaċi nuża l-ordni tal-kliem tajjeb meta nikteb u nitħaddet.  
 IL-KITBA
3] Kapaċi nuża b'mod konsistenti l-forma t-tajba tat-tempi tal-passat u l-preżent kif ukoll nirreferi għall-futur ħafna mid-drabi.
 L-IPPJANAR U R-RIFLESSJONI
4] Kapaċi nikkomunika b'mod effettiv u nibdel l-għażliet tal-lingwa skont l-għan.
5] Kapaċi nuża punteġġjatura bażika, eż. punti, marki tad-diskors, virgoli u ittri kapitali b'mod xieraq. Kapaċi nuri dan l-għarfien meta nikteb jew naqra.
 IR-REQQA
6] Kapaċi nirrakkonta avvenimenti bl-użu ta' forom lingwistiċi sempliċi, eż. bl-użu tat-tempi tal-preżent u l-passat sempliċi, bl-użu ta' sentenzi sempliċi u komposti.
7] Kapaċi nuża r-riżorsi disponibbli sabiex nespandi l-produzzjoni ta' kliem tiegħi, eż. bl-użu ta' dizzjunarju u teżawru, inklużi verżjonijiet onlajn.
8] Kapaċi nuża l-lingwa meħtieġa biex nuri l-ħin, post u moviment f'sentenza, eż. prepożizzjonijiet tal-ħin, post u moviment.



L-Aspett tas-Suġġett: Il-qari

1] Kapaċi naqra b'leħen għoli b'mod ċar, b'mod kunfidenti u mexxej, kif ukoll b'dizzjoni ċara.
 IL-QARI U L-FEHIM
2] Kapaċi naqra fis-silenzju waħdi għal perjodi ta' ħin itwal, eż. billi nirrispondi mistoqsijiet ta' fehim.
3] Kapaċi nuri li fhimt u nirreaġixxi għal firxa differenti ta' ġeneri u testi xierqa għall-età tiegħi.
 IL-QARI U L-FEHIM

4] Kapaċi naqra u nifhem, kif ukoll naf kif infittex onlajn, għal testi xierqa u rilevanti għall-età tiegħi, ta' ġeneri differenti. 
5] Kapaċi nuża firxa ta' strateġiji sabiex ngħin il-fehim u nsib l-informazzjoni meħtieġa fit-test.

6] Kapaċi nagħmel suppożizzjonijiet infurmati dwar ktieb jew xogħol twil ieħor mit-titlu tiegħu u materjal introduttorju.
IL-LINGWA ESPRESSIVA
7] Kapaċi nesprimi l-opinjonijiet tiegħi dwar storja fil-livell ta' qari tiegħi, filwaqt li nagħti raġunijiet ċari għalfejn għandi dawn l-opinjonijiet.
 IT-TAGĦLIM SOĊJALI

8] Kapaċi nifhem il-perspettiva tal-awtur u nagħmel kummenti evalwattivi dwarha.
9] Kapaċi naqra testi aktar kumplessi ta' ġeneri differenti għal għanijiet differenti, eż. sabiex insib informazzjoni ġdida, għall-gost, sabiex nitgħallem affarijiet ġodda.

10] Kapaċi nifhem l-organizzazzjoni tat-test u kif test jiżviluppa, eż. fl-iżvilupp ta' argument jew il-klajmaks ta' storja.
11] Kapaċi nuża l-arranġament u organizzazzjoni ta' testi xierqa għall-età tiegħi sabiex ngħin il-fehim, eż. ordni alfabetiku.
12] Kapaċi, f'livell elementari, nuża riżorsi disponibbli sabiex nespandi l-għarfien ta' kliem tiegħi, eż. bl-użu ta' dizzjunarju u teżawru, inklużi verżjonijiet onlajn.



L-Aspett tas-Suġġett: Il-Letteratura Ingliża fis-snin tal-edukazzjoni bikrija u medja

1] Kapaċi nitgħallem poeżiji sempliċi u naqrahom bl-amment b'mod li joħroġ it-tifsira kif ukoll ir-ritmu u r-rima tagħhom.
 
2] Kapaċi naqra u nisma' testi letterarji bħal poeżija, proża u drammi rreċtati jew li jinqraw b'leħen għoli. Kapaċi nuri li fhimt billi nirrispondi mistoqsijiet dwar xi aspetti, eż. avvenimenti, ambjent, suġġett, karattri u l-imġiba tagħhom.
 
3] Kapaċi nirrispondi għal poeżiji, stejjer, proża u drammi billi nitħaddet u nikteb dwar x'naħseb dwar it-testi letterarji u dwar l-avvenimenti, karattri jew temi f'dawn it-testi.
 
4] Kapaċi nidentifika l-użu ta' għadd ta' għodod letterarji, eż. alliterazzjoni u personifikazzjoni.
 
5] Kapaċi nipparteċipa f'attivitajiet, eż. logħba tar-rwoli u djalogu, ibbażati fuq poeżiji u stejjer li qrajt jew smajt.
 
6] Kapaċi nuri r-rispons personali tiegħi għat-test letterarju li niltaqa' miegħu, eż. billi npinġi jew nuża krafts ispirati mit-test, u nżomm ġurnal sempliċi bil-ħsibijiet tiegħi.
 
7] Kapaċi nirrispondi għal dramm billi nipparteċipa fil-prestazzjoni tiegħu u nifhem it-tifsira u funzjoni ta' mekkaniżmi drammatiċi, eż. atti, xeni, direzzjonijiet tal-palk u monologi.




L-Aspett tas-Suġġett: Il-kitba


1] Kapaċi nikteb ittri ffurmati sew li huma leġġibbli.
 IL-KITBA
 
2] Kapaċi nuża format u karatteristiċi ta' preżentazzjoni xierqa sabiex inwassal l-għan ta' test.
3] Kapaċi nikkontrolla l-formazzjoni ta' ittri u ngħaqqad l-ittri sabiex nikteb bil-magħqud b'mod kunfidenti.
 4] Kapaċi nuża riżorsi li jgħinuni nippjana x-xogħol miktub tiegħi u nippreżentah b'mod preċiż.

L-IPPJANAR U R-RIFLESSJONI
5] Kapaċi neditja x-xogħol miktub tiegħi, u bi ftit li xejn għajnuna nista' nirrevedih.
6] Kapaċi nikteb sentenzi dejjem aktar kumplessi b'rispons għal firxa ta' testi. 
 KONJITTIVA

7] Kapaċi nuża kliem sabiex nilħaq effetti partikolari fil-kitba tiegħi u nuża firxa ta' vokabolarju u espressjonijiet li joħolqu burdati speċifiċi u jirrappreżentaw xeni partikolari.
 IT-TAGĦLIM KREATTIV
8] Kapaċi nesprimi l-opinjonijiet tiegħi fil-kitba b'mod effettiv dwar firxa ta' suġġetti.
9] Kapaċi nipparteċipa fil-kitba għal firxa wiesgħa ta' għanijiet u ġeneri. 
NITGĦALLEM KIF
10] Kapaċi nikteb test organizzat f'serje ta' paragrafi.
11] Kapaċi nikteb b'mod xieraq għal udjenza u b'għan. Kapaċi nikteb dak li naħseb, flimkien mar-raġunijiet għal dan.

12] Kapaċi nikteb sabiex inwassal emozzjonijiet u ħsibijiet b'mod effettiv.

13] Kapaċi nżid dettall u interess fi strutturi ta' sentenza aktar kumplessi b'varjetà ta' modi. 
 IL-LINGWA ESPRESSIVA

14] Kapaċi nagħmel test aktar interessanti jew aktar rilevanti għalija billi nibdel il-vokabolarju.
IT-TAGĦLIM KONJITTIV

15] Kapaċi nuża b'kunfidenza varji strateġiji sabiex nispelli kelma kif suppost.
16] Kapaċi norganizza l-ideat tiegħi f'paragrafi koeżivi u koerenti sostnuti tul biċċa kitba estiża.
 

17] Kapaċi nikteb struzzjonijiet ċari u preċiżi sabiex nispjega l-passi ta' proċess, eż. kif tagħmel tajra.




Agħti r-rispons tiegħek hawn