Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: Languages

Il-Malti > LEVEL 5





L-Aspett tas-Suġġett: It-taħdit fil-ħajja ta' kuljum, it-tħaddim tal-grammatika u l-letteratura.

1] Nitkellem li ninstema’ u ninftiehem sewwa bi pronunzja u b'intonazzjoni tajba, b'enfasi fejn meħtieġ.
 IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
2] Nagħmel talbiet xierqa biex ninqeda għall-bżonnijiet bażiċi tiegħi ta' kuljum billi nuża  l-forom sempliċi tat-taħdit differenti f'sitwazzjonijiet familjari u formali, bħal meta nagħmel talbiet lil tal-familja u lil nies oħrajn.
3] Nitkellem b'mod ġenerali bl-użu ta' firxa xierqa ta' vokabularju fuq ħwejjeġ familjari u ta' interess għalija billi nuża tajjeb u f'lokhom il-pronomi personali u mehmużin, inqabbel il-ġens u l-għadd man-nomi u l-verbi li nuża u nuża l-forma korretta tal-aġġettiv pożittiv.
4] Inwassal messaġġ sempliċi bil-fomm bla ma nħalli xejn essenzjali barra minnu.
5] Nagħmel mistoqsijiet u talbiet bi strutturi grammatikali u sintattiċi korretti, bl-użu ta' pronomi u kliem interrogattiv ieħor, b'mod edukat u pulit, biex nikseb it-tagħrif li nkun neħtieġ mingħand xi ħadd li jien midħla tiegħu bħal meta nitlob xi ħaġa lil xi ħadd waqt attività fil-klassi u lil hinn minnha.
 IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
6] Inwieġeb mistoqsijiet biex nuri li fhimt dak li smajt kemm minn testi fattwalii kif ukoll dawk letterarji u nitkellem dwarhom.
7] Inħaddem lingwaġġ matematiku, xjentifiku u teknoloġiku fit-taħdit tiegħi ta' kuljum bħal meta ngħid in-numri, nitkellem fuq forom sempliċi u kunċetti xjentifiċi elementari, niżen u nkejjel, u ngħid il-ħin.
8] Nuża kliem sempliċi u dirett biex nagħti istruzzjonijiet u direzzjonijiet ħfief u ċari marbutin mal-ħajja u l-esperjenzi tiegħi fl-ambjenti li nkun fihom, fosthom id-dar u l-klassi.                  
 IT-TAGĦLIM SOĊJALI
9] Nuża espressjonijiet ta' tislim, kemm bil-fomm kif ukoll bil-ġesti, fil-ħajja tiegħi ta' kuljum u fil-waqtiet u l-kuntesti addattati skont l-udjenza li jkolli.      IT-TAGĦLIM SOĊJALI
10] Nitkellem fuqi nnifsi, fuq il-familja tiegħi u l-ambjent li ngħix fih u fuq kif jitqassam iż-żmien fi snin, staġuni, xhur, jiem u l-ħin tal-ġurnata.
11] Nuża l-imperattiv biex nagħti direzzjonijiet u istruzzjonijiet. 
12] Inħaddem tajjeb il-Perfett u l-Imperfett meta ngħid fi kliemi rakkont qasir li nkun smajt jew niddeskrivi l-karattru prinċipali u l-ambjent ta' ġrajja.
13] Wara li nisma' jew naqra testi letterarji u fattwali, naf nerġa' nirrakkontahom / inkantahom /nirreċtahom biex nuri li għoġbuni u li fhimthom.
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
14] Nagħmel żidiet u tibdiliet żgħar skont il-gosti tiegħi f'testi letterarji mismugħa bħal kanzunetti, taqbiliet, stejjer, poeżiji, ħrejjef, u l-bqija.
 PRATTIKA
15] Inbassar tmiem li nħossu xieraq għal stejjer, poeżiji, taqbiliet li nisma' l-bidu u l-iżvilupp tagħhom.
16] Nieħu sehem f’diskussjonijiet fi gruppi żgħar, fejn nesprimi l-fehmiet u l-ħsus tiegħi bi struttura grammatikali u sintattika tajba, skont il-firxa tal-vokabularju tal-età tiegħi u b'intonazzjoni tajba fejn meħtieġ.
 NITGĦALLEM KIF
17] Nieħu sehem f'diskussjoni mingħajr tkarkir u tlaqliq żejjed u nipparteċipa mhux biss bil-kliem imma wkoll b’għadd ta’ sinjali, ġesti nonverbali, karatteristiċi paralingwistiċi oħra bħall-enfasi fuq il-kliem ċavetta u l-bdil tar-ritmu skont id-diskors.
18] Nisma' l-fehmiet tal-oħrajn filwaqt li nistenna u meta jmissni nagħti tiegħi.
NITGĦALLEM KIF
19] Naf li hemm xi kliem li jista' jweġġa' s-sentimenti tal-oħrajn u nevitah waqt diskussjoni biex inkun pożittiv fl-attitudni tiegħi.
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
20] Nikkontrolla l-volum ta' leħni skont il-kuntest, il-post u s-sitwazzjoni li nkun fihom.
21] Fit-taħdit ma' sħabi, inkun konxju tad-diversità lingwistika, ngħidu aħna, ta' xi kliem li nużaw fil-lingwi ewlenin li nafu (fosthom il-lingwi tal-istudenti barranin) biex infissru l-istess oġġett. 
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ



L-Aspett tas-Suġġett:   Is-smigħ fil-ħajja ta' kuljum, it-tħaddim tal-grammatika u l-letteratura.

1] Nifhem stqarrijiet differenti, kemm fil-pożittiv kif ukoll fin-negattiv, li jkun fihom raġuni jew opinjoni bħal: Jien immur l-iskola kuljum biex niltaqa' ma' sħabi; Jien ma nħobbx niekol il-ħelu għax mhux tajjeb għas-saħħa.
2] Naqbad u nifhem xi punti speċifiċi / dettalji meta xi ħadd jitkellem miegħi jew ma' oħrajn fi djalogu jew diskursata qasira. 
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
3] Niddistingwi bejn ton u ieħor waqt l-irrakkontar ta' storja.  
4] Nifhem meta nisma' ċajta, djalogu, storja, u l-bqija, u nirreaġixxi bil-fomm, bil-kitba jew bil-ġesti għalih/a. 
NITGĦALLEM INKUN JIEN
5] Nifhem istruzzjonijiet sempliċi fl-istruttura u fil-vokabularju li jagħtini xi ħadd fil-ħajja tiegħi ta' kuljum, fosthom bl-Imperattiv fil-pożittiv u n-negattiv bħal: Kul għal qalbek, Taqsamx it-triq.
6] Nifhem avviż/i sempliċi mogħti/ja bil-fomm u marbut/a mal-ħajja tiegħi u madwari li jinkludi/u d-data, il-ħin u xi dettalji ħfief oħra, bħal: Nhar it-Tnejn 10 ta' Novembru se mmorru ħarġa ma' tal-iskola. Nitilqu fid-disgħa.
7] Nifhem direzzjonijiet sempliċi li nisma' fil-ħajja tiegħi u madwari fost l-oħrajn kif tasal minn post għal ieħor fl-istess binja jew xi mkien viċin il-post fejn toqgħod, bħal: Itla' fuq u dur fuq il-lemin; Itla' fl-ewwel sular u idħol fil-kamra tax-xellug.    
    
8] Nisma', insegwi u nifhem siltiet qosra fuq suġġetti midħla tagħhom li jkun fihom informazzjoni li nitgħallem minnha bħal silta informattiva li taqra l-għalliema jew sħabi tal-klassi jew li nisma' /nara minn fuq il-mezzi tax-xandir u l-internet.
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
9] Nisma' u nifhem reklam qasir u sempliċi dwar oġġett/post marbut mal-ħajja tiegħi u l-ambjent ta' madwari bħal reklam ta' ġugarell, kompjuter jew post tad-divertiment. 
 L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI 
 IT-TAGĦLIM SOĊJALI
10] Nisma' rakkont qasir u nuri x'fhimt bil-fomm, bil-kitba jew bil-ġesti.
  IT-TAGĦLIM KONJITTIV     
11] Nisma' u nsegwi kanzunetti / poeżiji / taqbiliet / tidwir l-ilsien u nuri x'fhimt bil-fomm, bil-kitba jew bil-ġesti u nsemmi eżempji fejn ikun hemm rima. 
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
12] Nisma' u nsegwi reċta qasira u nuri x'fhimt bil-fomm, bil-kitba jew bil-ġesti.
  IT-TAGĦLIM KONJITTIV
13] Nisma' u nifhem il-lingwaġġ matematiku, xjentifiku u teknoloġiku li nuża fil-ħajja tiegħi ta' kuljum bħan-numri, il-forom sempliċi, il-kejl, l-użin u l-ħin.
14] Nifhem it-tifsira ta' lingwaġġ ħafif li juri sentiment u opinjoni.           
 IT-TAGĦLIM SOĊJALI
15] Nifhem mistoqsijiet sempliċi li jsiruli u nweġibhom bil-fomm, bil-kitba u bil-ġesti.           
  IT-TAGĦLIM SOĊJALI



L-Aspett tas-Suġġett: Il-qari fil-ħajja ta' kuljum, it-tħaddim tal-grammatika u l-letteratura.

1] Naqra l-kliem li qatt ma nkun iltqajt miegħu qabel billi ngħaqqad ħoss ma' ieħor, ngħaqqad u naqsam f'sillabi jew inxebbah il-forma tiegħu ma' ta' kliem ieħor li jixbhu.
2] Naqra bis-sens u b’kunfidenza f’qalbi, waħdi, fis-skiet, għall-gost u nibda nieħu l-qari bħala drawwa.
 IL-QARI U L -FEHIM
3] Naqra test quddiem ħaddieħor bħal, ngħidu aħna, waqt laqgħa fi gruppi, fil-klassi u f’attività għall-istudenti.
4] Naqra kitbiet ta’ ġeneri, suġġetti u reġistri differenti u nagħraf il-funzjonijiet tagħhom, ngħidu aħna, artikli, rapporti qosra, reklami, avviżi ta’ gazzetti, fuljetti, magażins, poeżiji ħfief, stejjer, ħrejjef tradizzjonali Maltin, taqbiliet, għanjiet, kanzunetti u riċetti, stampati, elettroniċi u diġitali.
5] Naqra u nifhem il-lingwaġġ matematiku, xjentifiku u teknoloġiku li nuża fil-ħajja tiegħi ta' kuljum bħan-numri, il-forom sempliċi, il-kejl, l-użin u l-ħin.
6] Naf naqra u nifhem il-kliem l-aktar popolari bħall-ġranet tal-ġimgħa, ix-xhur, l-istaġuni, il-kuluri, l-annimali, l-elementi tad-dinja.
7] Nagħraf il-komponenti ewlenin ta' materjal stampat, elettroniku u diġitali bħat-titlu, il-werrej, il-kapitlu, in-numru tal-paġna, it-tqassim, ix-xbihat jew l-istampi, il-kepxins, il-qoxra ta’ quddiem u ta’ wara, u nużahom biex infittex l-informazzjoni li nkun neħtieġ.
 IT-TAGĦLIM PERSONALI 
 L-UŻU TAL-MIDJA DIĠITALI
8] Nagħraf xi jfisser kliem tqil u espressjonijiet li ma nkunx naf mis-sens tas-sentenza/paragrafu jew mill-kuntest billi norbot kliem ma' ieħor u/jew kliem ma' stampi u nassoċja l-qbil fl-għadd u l-ġens tan-nomi mal-aġġettivi li jsegwuhom. 
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
9] Naqra testi, animazzjonijiet u stampi, nifhimhom, nixtarrhom u nifforma opinjoni dwarhom billi ngħid il-punti ewlenin, bħal b'mod kronoloġiku jew sekwenzjali, kif ukoll inwieġeb mistoqsijiet fuqhom. 
 IT-TAGĦLIM SOĊJALI
10] Nagħraf is-suġġett/i jew l-idea/t ewlenija/in ta’ test  billi nislet il-kliem jew is-sentenzi jew il-kunċett/i l-aktar importanti. 
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
11] Nagħraf li jeżistu forom u stili differenti ta’ kitba li fihom il-lingwa taqdi funzjonijiet differenti skont il-kuntest li fih tkun qed tintuża u l-udjenza li għaliha tkun immirata.
12] Nuża d-dizzjunarju billi nimxi mal-ordni alfabetiku u mill-ewwel ittra/i nasal għal kliem li nkun qed infittex it-tifsira tiegħu u hekk nitgħallem xi jfisser, kif jinkiteb, kif jingħad jew kif jinqara. 
 IT-TAGĦLIM PERSONALI
13] Nislet minn dak li nkun qrajt it-tagħrif li nkun neħtieġ bħal meta naqra istruzzjonijiet jew direzzjonijiet li jkun hemm fi ktieb ta’ riċetti jew manwal tal-logħob. 
 IT-TAGĦLIM PERSONALI
14] Nuża l-faċilitajiet li joffru l-libreriji (tal-klassi, tal-iskola u pubbliċi), naf x’għandi nagħmel biex nissellef ktieb, fejn għandi mmur infittex fuq l-ixkafef, skont il-ġeneru, il-kodiċi, u l-bqija. 
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV 
IT-TAGĦLIM PERSONALI
15] Inqis ruħi bħala qarrej/ja u bl-għajnuna tal-għalliema nagħraf nagħżel kotba li jaqblu mal-livell tal-qari tiegħi. 
16] Naqra u nagħti kas tal-intonazzjoni billi nsegwi sewwa s-sinjali tal-punteġġjatura bħall-ittri kapitali, is-sing, il-punt, il-virgola, is-sinjal tal-mistoqsija, is-sinjal esklamattiv u ż-żewġ punti. 
 IL-QARI U L -FEHIM  
 IL-PREĊIŻJONI



L-Aspett tas-Suġġett: Il-kitba fil-ħajja ta' kuljum, it-tħaddim tal-grammatika u l-letteratura.

1] Nikteb u nifforma sentenzi sempliċi  jew paragrafu fuq suġġetti li jien midħla tagħhom.
2] Bl-għajnuna tal-għalliema tiegħi, ngħaqqad sentenzi f'paragrafi li jsegwu. 
3] Nagħti bil-kitba d-dettalji personali tiegħi.
4] Bl-għajnuna tal-għalliema tiegħi naf insib mudelli tajbin ta’ kitbiet ħfief biex intejjeb kitbieti u nsaħħaħ u nkattar il-vokabularju skont l-għanijiet tiegħi.
5] Nippjana l-ideat u norganizzahom biex minnhom ninseġ abbozzi għal kitbieti, skont għanijiet speċifiċi, billi nsaqsi mistoqsijiet bħal: Min? Meta? Kif? Fejn? X'ġara? Għaliex? 
 L-IPPJANAR U  R- RIFLESSJONI
6] Nikteb kepxins taħt ritratti u stampi fuq nies u ħwejjeġ li nara madwari.
7] Nikteb listi ta' kliem u sentenzi fuq l-affarijiet li għandi nagħmel, bħal, ngħidu aħna, lista tax-xiri jew qadjiet.
8] Nikteb messaġġi f'kartolini li nkun se nibgħat lil nies li nħobb.
9] Nikteb rakkonti fittizji ta' mhux inqas minn 70 kelma li jkun fihom karattri, postijiet u ġrajjiet.
10] Nikteb testi fattwali ta' mhux inqas minn 70 kelma b'tagħrifiet fuq fejn ngħix jien, il-persuni li nħobb u annimali, passatempi, festi u l-bqija.
11] Nikteb mill-bidu jew inkompli djalogi ta' mhux inqas minn 70 kelma fuq temi li jittrattaw il-ħajja tiegħi ta' kuljum u l-ambjent ta' madwari.
 IL-KITBA
12]  Inżomm djarju bil-ġrajjiet l-iktar importanti għalija tal-ġurnata. 
13] Nikteb taqbiliet sempliċi ta’ strofa waħda jew tnejn fuq suġġetti li jinteressawni bħall-ambjent ta' madwari u fuq il-ħlejjaq li nħobb u l-affarijiet li nħobb nagħmel.
 NITGĦALLEM KIF
14] Nippreżenta b'mod ċar, pulit u bla żbalji tas-sintassi, tal-morfoloġija u l-grammatika, tal-ortografija u tal-punteġġjatura t-testi finali tiegħi.
 IL-PREĊIŻJONI
15] Nikteb tajjeb kliem marbut mal-lingwaġġ matematiku, xjentifiku u teknoloġiku li nuża fil-ħajja tiegħi ta' kuljum bħan-numri, il-forom sempliċi, il-kejl, l-użin u l-ħin.
16] Inwieġeb bil-kitba mistoqsijiet diretti u inferenzjali wara li nkun qrajt u fhimt test fattwali u fittizju.
17] Nikteb mistoqsijiet ħfief u sempliċi li bihom nikseb tagħrif li nkun neħtieġ bħal, ngħidu aħna, f'intervista, telefonata, u l-bqija.
 IT-TAGĦLIM PERSONALI
 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: English Version of the Maltese subject 

L-Aspett tas-Suġġett:

The English Version of the Maltese subject is still being translated




Agħti r-rispons tiegħek hawn