Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar
Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar
Il-Qasam tat-Tagħlim: Languages
Il-Malti > LEVEL 6
L-Aspett tas-Suġġett: It-taħdit fil-ħajja ta' kuljum, it-tħaddim tal-grammatika u l-letteratura.
1] Nitkellem ċar, ninstema’ u ninftiehem tajjeb bi pronunzja tajba, vuċi ċara u għolja, ton, ġesti u espressjonijiet xierqa b'mod li s-semmiegħ jifhem u jsegwi bla tbatija.
IL-LINGWAĠĠ ESPRESSIV
2] Nieħu sehem f'taħdit fejn nagħmilha ta' ħaddieħor jew ħaġa oħra, ngħidu aħna, meta nipparteċipa fi produzzjonijiet fuq il-palk bħal reċti, mima u kunċerti f'sitwazzjonijiet fittizji u mhux, bħal meta mmur nixtri, naqta' l-biljetti għal xi post ta' divertiment, nimmaġina li jien kamera tar-ritratti, u l-bqija.
3] Fid-diskors tiegħi ta' kuljum, inħaddem sewwa kemm forom ta' taħdit litterali, mogħnija b'firxa ta' vokabularju xieraq, kif ukoll taħdit figurattiv ħafif bl-użu ta' espressjonijiet, mistoqsijiet rettoriċi, idjomi u qwiel, diskors li jagħmel sens u jkun marbut mas-suġġett u għalhekk iżomm l-udjenza attenta u interessata.
4] Nispjega dak li nħoss b'ordni u sekwenza filwaqt li nuża strutturi grammatikali korretti u sentenzi sempliċi, komposti u xi drabi anke kumplessi, bl-għajnuna ta' kliem għaqqiedi u konġunzjonijiet.
5] Nagħti direzzjonijiet, li bl-għajnuna tal-viżwal jinkludu wkoll l-irjieħ ewlenin tal-boxxla u istruzzjonijiet marbutin ma' proċessi u rutina tal-ħajja tiegħi billi nuża l-forom tal-imperattiv singular u plural, fosthom dawk tan-negattiv.
6] Nagħmel talbiet u mistoqsijiet xierqa biex nikseb it-tagħrif meħtieġ f’kuntesti varji tal-ħajja ta’ kuljum billi nuża reġistri ta’ taħdit formali, edukat u pulit, bħal, ngħidu aħna, biex nikseb informazzjoni storika fuq post prominenti fir-raħal/belt tiegħi jew tagħrif bijografiku għal xi intervista.
NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR
7] Nistqarr fatti, nirrakkonta u niddeskrivi billi nuża strutturi grammatikali tajba li jixhdu ħakma soda tal-lingwa u nuri li naf inħaddem il-qbil tas-suġġett mal-verb u l-predikat fejn jidħlu l-ġens u l-għadd, l-aġġettivi fil-gradi kollha tagħhom, b'kunsiderazzjoni għall-kuntest u l-udjenza ta' quddiemi.
8] Nispjega u nsostni b'evidenza l-opinjonijiet tiegħi fuq tema mogħtija minn qabel filwaqt li nagħraf nindirizza l-ħtiġijiet u l-istennijiet tal-udjenza ta' quddiemi.
9] Inħaddem strateġiji varji, fosthom kif infassal mistoqsijiet ċari li jitolbu ċertu dettall, biex niċċara jew nikkonferma dak li nkun smajt bħal, ngħidu aħna, meta nitlob aktar direzzjonijiet u istruzzjonijiet fuq kif għandi nwettaq biċċa xogħol fil-klassi/id-dar u x'neħtieġ sewwa għal riċerka qasira li nkun irrid nagħmel id-dar.
IT-TAGĦLIM PERSONALI
10] Nitkellem u nippreżenta quddiem udjenza, waħdi jew m'oħrajn, bl-għajnuna ta' riżorsi teknoloġiċi, diġitali, stampati u oħrajn, wara li tkun saret riċerka; tagħrif interessanti fuq avvenimenti u elementi ewlenin li jsawru l-kultura u l-identità Maltija bħall-ikel, il-festi, ix-xogħlijiet u s-snajja' tal-bieraħ u llum, l-ambjent, l-istorja u l-leġġendi.
L-UŻU TAL-MIDJA DIĠITALI
NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR
11] Bl-għajnuna tal-għalliema, inqabbel il-karatteristiċi ewlenin li jiddistingwu ġeneri differenti ta' testi, letterarji u mhumiex, miktuba u/jew mismugħa, wara li nkun identifikajthom minn qabel.
12] Ngħid xi nħoss u nagħti l-fehmiet tiegħi fuq it-temi, il-karattri, l-iżvilupp, l-ambjent u ż-żmien li fih isseħħ il-ġrajja letterarja (poeżija, kanzunetta, storja, ħrafa, leġġenda) jew fattwali li naqra/nisma'.
NITGĦALLEM INKUN JIEN
13] Noħloq u nirrakkonta b'mod animat u b'ġesti stejjer, rakkonti, ħrejjef, ċajt, praspar, simili għal dawk mismugħa/moqrija u nagħmel tibdil li jogħġobni fl-iżvilupp tal-ġrajja, fl-ambjent u l-karattri.
14] Nagħraf l-alliterazzjoni, ir-rima u l-onomatopea f'testi letterarji u mhumiex, ngħid kif jolqtuni u nagħti eżempji oħra tagħhom.
15] Nagħraf il-personifikazzjonijiet u s-similitudnijiet f'testi letterarji u mhumiex, ngħid kif jolqtuni u nagħti eżempji oħra tagħhom.
16] Inħaddem lingwaġġ matematiku, xjentifiku u teknoloġiku fit-taħdit tiegħi ta' kuljum meta nirreferi għan-numri, il-forom, il-kejl, il-piż, l-elementi, il-boxxla, iż-żmien u l-ħin.
17] Insegwi d-diskussjoni li tkun għaddejja, anke meta jintużaw mezzi teknoloġiċi fiha, inqabbel u nagħti l-opinjoni tiegħi fuq l-ideat li nisma', nifhem x'ħareġ mid-diskussjoni u meta meħtieġ inwettaq dak li jkun ġie maqbul.
L-UŻU TAL-MIDJA DIĠITALI
PRATTIKA
18] Nevalwa l-preżentazzjoni ta' persuni oħra billi nagħti rispons b'mod orali u filwaqt li nagħraf il-pożittiv, nissuġġerixxi tibdil/titjib u nagħti r-raġuni/ijiet għas-suġġerimenti tiegħi.
19] Nagħraf pożizzjonijiet differenti li jiżviluppaw f'diskussjoni, u filwaqt li nxaqleb lejn pożizzjoni preferuta, nagħti r-raġunijiet tiegħi għall-pożizzjoni meħuda.
IL-BIDLA SOĊJALI
NITGĦALLEM KIF
20] Nuża f'diskorsi lingwaġġ li jirrispetta lil kulħadd u li ma jweġġax is-sentimenti kulturali, reliġjużi u razzjali tal-oħrajn.
BIDLA SOĊJALI
21] Nagħmel interventi marbuta mas-suġġett tad-diskussjoni li tkun għaddejja wara li nkun segwejt, fhimt u slitt il-punti ewlenin.
IT-TAGĦLIM SOĊJALI
22] Nagħżel kliem, espressjonijiet u ġesti xierqa biex insostni l-argumenti tiegħi skont l-okkażjoni u l-kuntest tad-diskussjoni; b'hekk inwassal il-punt tiegħi b'aktar qawwa biex nikkonvinċi lill-udjenza.
NITGĦALLEM KIF
23] Niddiskuti ma' sħabi f'attivitajiet iggwidati mill-għalliema fuq ir-rabta tal-ilsien Malti mal-istorja ta' pajjiżna, l-oriġini u t-tifsir ta' kliem użat fil-ħajja ta' kuljum.
IT-TAGĦLIM KONJITTIV
24] Nitkellem ma' studenti ta' kulturi differenti b'rispett u stima, u magħhom niddeskrivi u nqabbel id-diversità lingwistika u kulturali ta' pajjiżna.

L-Aspett tas-Suġġett: Is-smigħ fil-ħajja ta' kuljum, it-tħaddim tal-grammatika u l-letteratura.
1] Nifhem u nwieġeb għamliet differenti ta' mistoqsijiet li jsiruli fuq ħwejjeġ li naf, f'kuntesti u sitwazzjonijiet differenti.
IL-LINGWAĠĠ ESPRESSIV
2] Naqbad punti speċifiċi meta xi ħadd jitkellem miegħi jew ma' oħrajn fi djalogu jew f'diskursata qasira bejn tnejn jew aktar, jew taħdita qasira (formali jew informali).
IT-TAGĦLIM KONJITTIV
3] Niddistingwi sewwa mit-ton, il-vuċi u l-ġesti, il-messaġġ fl-irrakkontar ta' stejjer, qari ta' poeżiji, reċti, aħbarijiet, diskorsi formali u informali, u kuntesti oħra.
4] Nuri rispett lejn l-oħrajn billi nismagħhom, inqis u nistma dak li jgħidu għax nemmen li kulħadd għandu d-dritt li jesprimi ruħu.
NITGĦALLEM KIF
L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI
IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
IT-TAGĦLIM SOĊJALI
5] Nifhem u nirreaġixxi bil-fomm, bil-kitba jew bil-ġesti għal testi li nisma' fil-ħajja ta' kuljum u letterarji, u nqabbilhom mal-esperjenzi tiegħi.
KONJITTIV
6] Nifhem istruzzjonijiet li nisma' u li jagħtini xi ħadd bl-użu tal-forom differenti tal-Imperattiv f'kuntesti differenti fil-ħajja ta' kuljum, kemm fil-pożittiv kif ukoll fin-negattiv, bħal: Iftaħ il-bieb; Twaħħalx bil-kolla; La tisraqx; Qatt ma għandkom tagħmluha ma' min hu agħar minnkom; u l-bqija.
7] Nisma' u nifhem avviż jew ġabra ta' avviżi bil-fomm u minn mezzi teknoloġiċi marbutin kemm mal-ħajja tiegħi ta' kuljum kif ukoll ma' dik tal-komunità li ngħix fiha, avviżi li jkun fihom id-dati, ħinijiet u dettalji oħra ewlenin, bħal avviż fuq ġurnata sportiva fl-iskola, kors tal-kompjuter organizzat mill-Kunsill LokalI, oġġett jew pet mitluf, u l-bqija.
L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI
8] Nifhem ir-rapport u t-tbassir tat-temp li jinkludi l-vokabularju marbut mad-direzzjonijiet tal-boxxla u pożizzjonijiet ġeografiċi bħal meta nisma' li Malta tinsab fin-Nofsinhar tal-Ewropa, Marsaxlokk qiegħed fix-Xlokk ta' Malta, u l-bqija.
L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI
9] Nifhem direzzjonijiet sempliċi mogħtija minn ħaddieħor li ma nkunx midħla tagħhom, ngħidu aħna, li jittrattaw postijiet li naf bihom imma li ma mmurx fihom ta' kuljum, bħal kif nasal Pjazza San Ġorġ fil-Belt hekk kif ninżel mill-karozza tal-linja.
10] Nisma' u nsegwi testi informattivi u aħbarijiet, fosthom dawk li m'iniex midħla tagħhom, bħal dawk fuq l-ambjent, il-kultura, ġrajjiet kurrenti, bijografiji u kurżitajiet.
NITGĦALLEM KIF
11] Nisma', insegwi u nifhem reklami fuq oġġetti u postijiet, fosthom dawk li mhux daqshekk midħla tagħhom, bħal reklami ta' prodotti u servizzi.
L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI
12] Nisma' u nifhem il-lingwaġġ matematiku, xjentifiku u teknoloġiku li nuża fil-ħajja tiegħi ta' kuljum meta nirreferi għan-numri, il-forom, il-kejl, il-piż, l-elementi, il-boxxla, iż-żmien u l-ħin.
13] Filwaqt li nisma' rakkont fattwali u fittizju, nislet id-dettalji importanti u ninnota xi tixbihat u aġġettivi li jżewqu r-rakkont u jħallu effett fuq l-udjenza.
14] Nisma' u nagħraf eżempji ta' alliterazzjoni, rima, onomatopea, metafori sempliċi, personifikazzjoni u similitudnijiet f'testi mismugħa.
15] Nisma' u nsegwi kanzunetti u poeżiji, u waħdi nislet minnhom is-suġġett u nqabblu u ninterpretah skont u mal-esperjenzi tiegħi.
IT-TAGĦLIM KONJITTIV
16] Insegwi u nifhem il-plott, il-karattri u l-isfond ta' reċta, film, storja, dramm, u l-bqija.
17] Naf inkun parti minn udjenza li tisma', tifhem u tipparteċipa.

L-Aspett tas-Suġġett: Il-qari fil-ħajja ta' kuljum, it-tħaddim tal-grammatika u l-letteratura.
1] Naqra bis-sens, b’leħen ċar, b’ritmu mexxej u b’kunfidenza, ġeneri differenti ta’ kitba ta’ bosta kittieba, f’qalbi, waħdi, fis-skiet, għall-gost, quddiem ħaddieħor, ma' oħrajn, ngħidu aħna, poeżiji, novelli, artikli f'gazzetti jew rivisti, stejjer tal-biża’, tad-daħk, mistħajla, stejjer ta’ vera, bijografiji, u l-bqija. IL-QARI U L-FEHIM
2] Nagħraf li l-awturi jużaw stili u forom differenti ta’ kitba, ngħidu aħna, ir-rima u r-ritmu fil-poeżiji; id-daħla, il-qalba u l-għeluq f’esej; il-binja f'novella jew rumanz; in-narrazzjoni fl-ewwel u/jew it-tielet persuna, daqsijiet varji ta’ tipa, u l-bqija.
3] Dak li naqra nifhmu, ngħarblu, nifforma opinjoni dwaru u nesprimiha, inwieġeb mistoqsijiet diretti u inferenzjali fuqu, nagħraf jekk kitba tkunx mistħajla jew realistika, nara x’messaġġ irid iwassal l-awtur, kif il-messaġġ jolqot lill-qarrejja, inqabbel dak li naqra mal-esperjenzi tiegħi, nirrifletti fuq il-kuntest li fih saret il-kitba, u l-bqija.
KONJITTIV
4] Nagħżel x’naqra skont il-gosti u l-informazzjoni li nkun neħtieġ billi nħares lejn it-titli, il-werrej, il-kapitli, l-istampi/ix-xbihat/l-illustrazzjonijiet, l-indiċi, u l-bqija, ngħidu aħna, meta nfittex il-kotba f’librerija jew meta nfittex informazzjoni f’xi enċiklopedija, u l-bqija.
IT-TAGĦLIM PERSONALI
IT-TAGĦLIM KONJITTIV
5] Nislet minn dak li naqra l-punti ewlenin u dawk sekondarji billi nimxi mat-tqassim u t-tifsil tal-ħsibijiet jew tal-ġrajja jew mal-iżvilupp tematiku u billi nidentifika l-kliem, il-frażijiet u s-sentenzi l-aktar importanti.
IT-TAGĦLIM KONJITTIV
6] Infittex it-tagħrif minn sorsi differenti billi naqra u nibda nagħmel riċerka skont il-ħtieġa, ngħidu aħna, minn kotba, gazzetti, magażins, fuljetti, siti elettroniċi, bloggs, tabelli, u l-bqija.
PRATTIKA
7] Nagħraf li ġeneri differenti ta’ kitba għandhom funzjonijiet differenti, ngħidu aħna, jirrakkuntaw, jiddeskrivu, jgħarrfu, jgħallmu, jagħtu gost, idaħħku, jispjegaw, jirreklamaw, ibigħu, jesprimu sentiment, u l-bqija.
8] Nagħraf li f’listi ta’ istruzzjonijiet, direzzjonijiet, preskrizzjonijiet u l-bqija, il-kittieba jinqdew bl-Imperattiv singular u plural, pożittiv u negattiv bħal, ngħidu aħna, riċetti, listi ta’ regolamenti, linji gwida, manwali, mappi informattivi, logħob diġitali, u l-bqija.
9] Nagħraf xi jfisser kliem tqil u espressjonijiet li ma nkunx naf jew inbassar tifsirtu mis-sens tas-sentenzi/paragrafu/i, u/jew mill-kuntest billi fost oħrajn inxebbah kliem m’ieħor, bħal muftieħ minn fetaħ; Milied minn twieled; trejqa minn triq; qdif minn qadef.
IT-TAGĦLIM KONJITTIV
10] Nagħraf jekk għandix naqra kull kelma ta’ test biex nieħu t-tagħrif li neħtieġ jew inkella naqra xi kliem, frażijiet jew sentenzi biss, jew nifli l-istampi/l-illustrazzjonijiet, u l-bqija. Ngħidu aħna, jekk inkun qiegħed infittex isem ta’ film fl-iskeda tal-programmi televiżivi, ma neħtieġx naqra t-tagħrif kollu mogħti fuq kull film, imma naqra l-ismijiet tal-programmi biss.
IT-TAGĦLIM KONJITTIV
11] Jien u naqra nidentifika l-verbi u nintebaħ humiex imħaddma fil-Perfett, l-Imperfett jew il-Futur u għaliex inkunu mħaddmin f’dak it-temp u hekk nifhem aħjar xi nkun qiegħed naqra.
12] Jien u naqra nidentifika n-nomi u nagħraf humiex fis-singular farrad waħdieni, fil-kollettiv jew fil-plural minn, fost oħrajn, il-verbi jew l-aġġettivi li jmorru magħhom, mill-kuntest tat-test innifsu, u l-bqija.
13] Naqra u nifhem testi matematiċi, xjentifiċi u teknoloġiċi li nuża fil-ħajja tiegħi ta' kuljum bħal enċiklopediji, fuljetti, siti elettroniċi, u l-bqija.
14] Naf xi jfisser u kif jintuża kliem li jorbot sentenzi jew frażijiet ma’ xulxin bħal, ngħidu aħna, prepożizzjonijiet, konġunzjonijiet u avverbji.
15] Ninqeda sew bid-dizzjunarji u bit-teżawri tal-Malti biex infittex il-kliem li ma nkunx naf xi jfisser, kif jinkiteb, kif jingħad jew kif jinqara, fi kliem ieħor infittex skont l-ordni alfabetiku, mhux biss billi nħares lejn l-ewwel ittra, imma wkoll lejn l-ittri li jsegwuha u billi nfittex skont l-għerq jew il-forma ewlenija tal-kelma.
IT-TAGĦLIM PERSONALI
16] Naqra u nagħti kas tal-intonazzjoni billi nsegwi sewwa s-sinjali tal-punteġġjatura bħall-ittri kapitali, is-sing, l-aċċent grafiku, il-punt, iż-żewġ punti, il-virgola, il-virgoletti, il-kursiv, il-puntini, il-parentesi, is-sinjal tal-mistoqsija, is-sinjal esklamattiv u ż-żewġ punti.
IL-PREĊIŻJONI

L-Aspett tas-Suġġett: Il-kitba fil-ħajja ta' kuljum, it-tħaddim tal-grammatika u l-letteratura.
1] Bl-għajnuna tal-għalliema tiegħi nsib mudelli tajbin ta’ kitbiet varji biex inwessa' l-vokabularju tiegħi, nuża Malti idjomatiku u nesprimi l-ħsibijiet u s-sentimenti tiegħi skont l-għanijiet tiegħi u l-udjenzi li għandi f'moħħi.
IT-TAGĦLIM KONJITTIV
2] Nippjana waħdi l-ideat u norganizzahom billi, fost oħrajn, ninseġ għanqbuta ta' ħsibijiet, mappa kunċettwali, tpinġija, lista, u l-bqija, u minnhom infassal abbozzi għal kitbieti skont għanijiet speċifiċi.
L-IPPJANAR U R- RIFLESSJONI
3] Nieħu noti qosra waqt li nkun qed nirriċerka jew nisma' taħdita biex nużahom aktar tard f'xogħlijiet tiegħi, anke bl-użu tal-istampi u/jew mezzi teknoloġiċi.
L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI
L-UŻU TAL-MIDJA DIĠITALI
4] Inqassam il-kitba tiegħi f'paragrafi ta' qisien differenti u norbothom flimkien skont il-mixja tal-ideat.
IL-KITBA
L-IPPJANAR U R-RIFLESSJONI
5] Nikteb kepxins konċiżi għal ritratti, stampi, komiks, cartoons, u l-bqija, u fihom nuri li fhimt il-messaġġ jew il-ġrajja storika jew attwali li jkunu qed juru.
6] Nikteb u nippubblika avviżi, anke bl-għajnuna ta' stampi u/jew ritratti, ta' madwar 50 kelma biex jinqraw quddiem udjenza.
L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI
7] Nikteb rakkont ta' bejn 140 u 200 kelma fuq stampa jew sett ta' stampi, cartoons, karikatura, u l-bqija.
IL-KITBA
8] Nikteb messaġġi, stediniet u ittri ta' għamliet differenti lil sħabi u lil dawk li jiġu minni.
9] Nikteb istruzzjonijiet, proċessi u direzzjonijiet f'kuntesti li jien midħla tagħhom bħal menus sempliċi u riċetti li jkunu jinkludu l-ingredjenti li għandi nuża u l-metodu tas-sajran.
IL-KITBA
10] Nikteb mill-bidu jew inkompli djalogi u konverżazzjonijiet mibdija fuq temi varji ta' bejn 140 u 200 kelma.
IL-KITBA
11] Nikteb tajjeb testi qosra, irriċerkati u mhumiex, b'lingwaġġ matematiku, xjentifiku u teknoloġiku marbut mal-ħajja tiegħi ta' kuljum bħan-numri, il-forom, il-kejl, il-piż, l-elementi, il-boxxla, iż-żmien u l-ħin.
L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI
12] Nikteb taqbiliet u poeżiji sempliċi itwal minn żewġ strofi fuq affarijiet, nies, ġrajjiet, postijiet, u l-bqija.
IL-KITBA
13] Nikteb jew inkompli rakkonti fittizji ta' bejn 140 u 200 kelma fuq karattri, postijiet u ġrajjiet.
IL-KITBA
14] Inżomm fi djarju l-ġrajjiet l-iktar importanti tal-ġurnata u nagħti l-opinjonijiet tiegħi fuqhom.
IT-TAGĦLIM KONJITTIV
15] Nikteb testi fattwali, fosthom artikli u rapporti, ta' bejn 140 u 200 kelma, b'tagħrif fuq, ngħidu aħna, l-ambjent, postijiet, avvenimenti u ġrajjiet.
IL-KITBA
NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR
16] Fil-kitba tiegħi nuża kemm sentenzi sempliċi kif ukoll komposti bl-użu ta' kliem u espressjonijiet għaqqieda bħall-konġunzjonijiet.
IL-LINGWAĠĠ ESPRESSIV
17] Nippreżenta t-testi finali tiegħi ċari, puliti u bla żbalji tas-sintassi, tal-morfoloġija u l-grammatika, tal-ortografija u tal-punteġġjatura.

Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: English Version of the Maltese subject
L-Aspett tas-Suġġett:
The English Version of the Maltese subject is still being translated