Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: Languages

Il-Malti > LEVEL 7





L-Aspett tas-Suġġett: It-taħdit fil-ħajja ta' kuljum, it-tħaddim tal-grammatika u l-letteratura.

1] Nitkellem b'mod mexxej u espressjoni idjomatika tajba, ħeffa naturali f'kull kuntest li fih nitkellem.
2] Nuża għadd ta’ reġistri skont il-formalità tas-sitwazzjoni u r-relazzjoni ta’ bejn il-kelliema, u naqleb minn reġistru għal ieħor skont il-kuntest li nkun fih u l-udjenza 
 IL-LINGWAĠĠ ESPRESSIV
3] Nagħti bil-fomm il-livell meħtieġ ta’ dettall f’dak li ngħid u nżomm dejjem mas-suġġett meta nagħti deskrizzjonijiet, spjegazzjonijiet u rakkonti, wara li nagħraf u ngħarbel il-kuntest, is-sitwazzjoni u l-udjenza.    
IT-TAGĦLIM KONJITTIV
4] Nifhem li fit-taħdit, barra l-fatti, nista' ndaħħal ukoll l-opinjonijiet u s-sentimenti tiegħi li jistgħu jkunu parti mid-deskrizzjonijiet, l-ispjegazzjonijiet u r-rakkonti imma dejjem, b’konsiderazzjoni minn qabel tal-kuntest, is-sitwazzjoni u l-udjenza tiegħi. 
 NITGĦALLEM KIF
5] Nagħmel it-talbiet u l-mistoqsijiet tiegħi biex nikseb tagħrif li m'iniex midħla tiegħu billi nuża lingwaġġ formali, edukat u pulit, skont reġistri xierqa, f’kuntesti differenti.                 
 IT-TAGĦLIM PERSONALI 
6] Fit-taħdit tiegħi nħaddem strateġiji biex niċċara dak li nkun smajt u nikkonferma li fhimt sewwa meta nitħaddet fuq mezzi ta’ komunikazzjoni bħat-telefown, Skype, it-televixin u r-radju, jew meta nwieġeb telefonata ta' persuna li ma nafhiex, nitlob il-ħinijiet tal-films, nagħmel appuntament ma' xi ħadd li ma nafux, u l-bqija.                                          
 L-UŻU TAL-MIDJA DIĠITALI
7] Nagħmel preżentazzjonijiet orali bl-għajnuna ta' mezzi teknoloġiċi, drama, kant u arti espressiva, fuq suġġetti speċifiċi mhux tal-għażla tiegħi wara li nkun fittixt u rriċerkajt fuqhom.                                          
 L-UŻU TAL-MIDJA
8] Naf nispjega u nsaħħaħ b'eżempji kif il-lessiku Malti ssawwar u għadu jissawwar f'għadd ta' oqsma speċifiċi tal-ħajja tagħna minn kuntatti ma' lingwi barranin minħabba realtajiet politiċi, reliġjużi, ekonomiċi, teknoloġiċi u oħrajn.                          
 IL-BIDLA SOĊJALI
9] Nitkellem b'reġistri differenti tal-Malti fosthom fuq oqsma bħall-Matematika, ix-Xjenza, il-Ġeografija, l-Istudji Soċjali, l-Istorja, ir-Reliġjon, it-Teknoloġija tal-Informatika, ix-Xjenza Domestika, l-Arti, l-Edukazzjoni Fiżika u d-Disinn Teknoloġiku, l-Istudju fuq l-Iżvilupp Personali, id-Drama u l-Arti Espressiva.
10] Inbassar il-bidu u/jew  il-qalba u/ jew it-tmiem ta' test li nkun qed nisma', nagħtih xeħta differenti u nispjega għaliex tajtu dik ix-xeħta.
11] Infisser għaliex jintużaw f'testi differenti, fosthom dawk letterarji, il-figuri tal-ħoss u t-taħdit bħall-alliterazzjoni, ir-rima, l-onomatopea, il-personifikazzjoni, il-metafora u s-similitudni, u naf noħloq eżempji oħra bħalhom f'diskorsi.
12] Nitkellem fuq l-iżvilupp tal-plott, il-karattri ewlenin u sekondarji, u l-ambjent tal-istess plott billi npoġġi lili nnifsi flok xi karattru/i u nfisser dak li nħoss/ngħid/nagħmel kieku kont fl-istess sitwazzjoni.  
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD- DIVERSITÀ
13] Nitkellem fuq l-istruttura ta' test letterarju billi niddiskuti t-ton/i użati mill-kittieb, il-lessiku u l-idjoma użati, u nispekula r-raġunijiet għalfejn naħseb li dawn intużaw u nagħti fehmti jekk l-effetti mixtieqa ntlaħqux jew le.
14] Inqabbel aspetti simili jew differenti tal-istess tema kif toħroġ f'żewġ testi differenti tal-istess ġeneru bħal poeżija romantika u oħra moderna, ngħidu aħna, fuq l-imħabba.
15] Nagħti kontribut relevanti f'diskussjoni billi nintervjeni fil-mument propizju u ninqeda b'ġesti bl-idejn u /jew il-kuntatt tal-għajnejn, bi kliem u frażijiet li jgħinuni norbot il-kontribuzzjoni tiegħi ma’ dawk tal-oħrajn.
  IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
16] Nirrispetta r-regoli demokratiċi tad-diskussjoni produttiva fejn nagħti lil kulħadd iċ-ċans jitkellem indaqs u wara min imissu.
 L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI 
17] Niddiskuti ma' sħabi d-diversità kulturali li ninsabu fiha f'Malta minħabba bosta raġunijiet bħall-influss ta' persuni barranin bħala turisti/migranti; l-effetti tal-midja soċjali u l-mezzi ta' komunikazzjoni biex, filwaqt li nagħraf l-effetti ta' dawn il-kulturi fuq pajjiżna u l-kultura Maltija, nidentifika ma' sħabi x'jista' jsir biex insaħħu dak li jagħtina l-identità tagħna.
 L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI
 IL-BIDLA SOĊJALI 
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD- DIVERSITÀ
18] Niddiskuti ma' sħabi varjazzjonijiet lingwistiċi/semantiċi/sintattiċi/lessikali tat-taħdit f'oqsma tal-ħajja ta' kuljum li nużaw aħna stess jew nafu li jintużaw fi nħawi differenti tal-gżejjer Maltin.    
 IL-BIDLA SOĊJALI



L-Aspett tas-Suġġett:   Is-smigħ fil-ħajja ta' kuljum, it-tħaddim tal-grammatika u l-letteratura.

1] Nifhem u nwieġeb għamliet differenti ta' mistoqsijiet li jsiruli fuq firxa ta' suġġetti, f'kuntesti u sitwazzjonijiet differenti.
2] Naqbad punti speċifiċi u dettalji kif ukoll espressjonijiet waqt li xi ħadd ikun qiegħed jitkellem miegħi jew ma' oħrajn bħal f'taħdita informali, preżentazzjoni, spjegazzjoni, intervista, rakkont awtobijografiku qasir, diskussjoni, u l-bqija. 
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
3] Nagħraf tonijiet, vuċijiet u ġesti differenti mħaddma fil-ħajja ta' kuljum fl-irrakkontar ta' stejjer, qari ta' poeżiji, reċti, aħbarijiet, diskorsi formali u informali bħat-ton ironiku u sarkastiku.
4] Nagħraf il-ġeneru ta' test li nisma', anke jekk imwassal b'mezzi teknoloġiċi, bħal rapport, artiklu, silta ta' tagħrif, u l-bqija; nislet u nagħraf l-iskop u l-argument ewlieni tagħhom u l-informazzjoni prinċipali.
 IL-KOMUNIKAZZJONI
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
5] Nisma' b'attenzjoni u nifhem siltiet fattwali u fittizji; inwieġeb mistoqsijiet diretti, inferenzjali u miftuħa, kemm bil-fomm kif ukoll bil-kitba fuqhom u nqabbilhom mal-esperjenzi tiegħi.
6] Nifhem u nsegwi l-ordni jew is-sekwenza li fiha jingħataw sett ta' istruzzjonijiet marbutin ma' kuntesti tal-ħajja tiegħi ta' kuljum, fosthom dawk li nisma' fuq mezzi tal-midja, li jkun fihom vokabularju addattat għas-sitwazzjoni, ngħidu aħna, istruzzjonijiet ta' riċetta, ta' kif inħaddem apparat elettroniku.
 
 IL-KOMUNIKAZZJONI
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
7] Nisma', insegwi, u nifhem avviżi u twissijiet li niltaqa' magħhom fil-ħajja tiegħi ta' kuljum u fis-soċjetà ta' madwari fosthom dawk immirati għall-pubbliku inġenerali fuq il-mezzi tax-xandir bħal avviż dwar toroq magħluqa jew qtugħ tal-provvista tal-elettriku, u l-bqija.
 IL-KOMUNIKAZZJONI  
 NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
8] Nifhem direzzjonijiet dwar postijiet, li nista' nkun midħla tagħhom jew le, billi nħaddem il-memorja awditorja biex niftakar dettalji importanti.
9] Nisma', insegwi u nifhem siltiet informattivi, rapporti u aħbarijiet dwar suġġetti li naf jew li qatt ma smajt bihom filwaqt li nislet dettalji biex ngħaddihom fil-qosor lil ħaddieħor bħal rapport fuq inċident, rapport bi ftit statistika, rapport tat-temp, aħbarijiet sportivi, aħbarijiet interessanti minn pajjiżi oħra, u l-bqija. 
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
10] Insegwi diskussjoni b'konċentrazzjoni biex inkun nista’ naħkem il-punti ewlenin tagħha u nużahom għal għanijiet differenti bħal biex naqsam l-ideat tiegħi mal-oħrajn, infassal xi biċċa xogħol, insolvi problema, niċċara xi punti fejn ikun hemm nuqqas ta’ qbil jew opinjonijiet diverġenti, u l-bqija.
11] Insegwi  u nifhem riklami filwaqt li nislet u nimmemorizza dettalji importanti minnhom, bħal reklam fuq kunċert li se jsir f'Malta, reklam fuq prodott ġdid fis-suq, reklam ta' karozza jew logħba diġitali.
12] Nisma' test letterarju u nagħraf il-plott, l-ambjent u l-karatteristiċi ewlenin tal-karattri prinċipali u sekondarji, insegwi d-diskors dirett bejn żewġ karattri jew aktar, u nagħraf tixbihat, aġġettivi u karatteristiċi oħra tal-lingwaġġ bħall-figuri tal-ħoss u t-taħdit, it-ton, u l-effetti tagħhom fuq ir-rakkont.
13] Nisma' u nsegwi kanzunetti filwaqt li nislet ħsibijiet u sentimenti li jkunu qed iwasslu.         
  NITGĦALLEM INKUN JIEN
14] Filwaqt li nisma' testi fattwali, ninqeda bi strateġiji biex jgħinuni nifhem aħjar dak li nkun smajt u nkun kapaċi nitkellem jew nikteb u nelabora fuqhom bħal teħid ta' noti, ġbir ta' kliem ewlieni, frażijiet fil-qosor, u l-bqija.
15] Nifhem meta jkellmuni b'reġistri differenti tal-Malti fosthom fuq oqsma bħall-Matematika, ix-Xjenza, il-Ġeografija, l-Istudji Soċjali, l-Istorja, ir-Reliġjon, it-Teknoloġija tal-Informatika, ix-Xjenza Domestika, l-Arti, l-Edukazzjoni Fiżika u d-Disinn Teknoloġiku, l-Istudju fuq l-Iżvilupp Personali, id-Drama u l-Arti Espressiva.



L-Aspett tas-Suġġett: Il-qari fil-ħajja ta' kuljum, it-tħaddim tal-grammatika u l-letteratura.

1] Naqra bis-sens, b'leħen ċar, b'ritmu mexxej u b’kunfidenza u nifhem kitbiet ta’ ġeneri differenti ta’ bosta kittieba, f’qalbi, għal rasi, fis-skiet, għall-gost, quddiem ħaddieħor, ma' oħrajn, u l-bqija, ngħidu aħna, riċetti, poeżiji, novelli, drammi, gazzetti, rivisti, stejjer tal-biża’, tad-daħk, mistħajla, u ta’ vera, bijografiji, awtobijografiji, u l-bqija.
  IL-QARI U L -FEHIM
2] Nagħraf li l-awturi jinqdew bi stili u forom differenti ta’ kitba, ngħidu aħna, bir-rima, ir-ritmu, il-personfikazzjoni, il-metafori, l-iperbole u figuri oħra tat-taħdit u tal-ħoss fil-poeżiji; bid-daħla, il-qalba u l-għeluq f’esej; bil-plott u s-sottoplott, l-ambjent u l-karattri fi storja; bil-vuċijiet differenti fir-rakkonti, u l-bqija.
3] Nifhem dak li naqra, ngħarblu, nifforma opinjoni dwaru u nesprimiha; inwieġeb mistoqsijiet diretti, inferenzjali u miftuħa fuqu; nagħraf jekk kitba tkunx mistħajla jew realistika; nagħraf il-messaġġi li jrid iwassal l-awtur anke dawk impliċiti u kif dawn jolqtu lill-qarrejja; inqabbel dak li naqra mal-esperjenzi tiegħi u ta’ ħaddieħor; nirrifletti fuq il-kuntest u ż-żmien li fih saret il-kitba, u l-bqija.
 NITGĦALLEM KIF
4] Nagħżel x’kitbiet naqra skont il-gosti tiegħi u l-informazzjoni li neħtieġ billi naqra t-titlu, is-sottotitli, il-werrej, il-kapitli, in-numri tal-paġni, it-taqsimiet, ix-xbihat jew l-istampi, il-kepxins, il-qoxra ta’ quddiem u ta’ wara, l-indiċi, il-kelmtejn tal-bidu, il-messaġġ fuq il-qoxra u l-biblijografija; kull meta mmur infittex xi kotba fil-librerija jew infittex informazzjoni f’enċiklopedija jew infittex informazzjoni f’siti elettroniċi, u l-bqija.
 L-UŻU TAL-MIDJA DIĠITALI  
 IT-TAGĦLIM PERSONALI
5] Nislet minn testi narrattivi, deskrittivi, argumentattivi ħfief u fattwali mhux biss il-punti ewlenin imma wkoll dawk sekondarji, billi nimxi mat-tifsila tal-ħsibijiet jew il-mixja tal-ġrajja/iet jew l-iżvilupp tematiku u nagħżel bejn il-kliem, il-frażijiet u s-sentenzi l-aktar importanti u dawk li mhumiex. 
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
6] Infittex it-tagħrif fuq għadd ta' temi minn sorsi differenti skont il-ħtieġa u l-gosti tiegħi, ngħidu aħna, minn kotba, enċiklopediji, kotba ta' referenza, gazzetti, magażins, fuljetti, l-internet, bijografiji u awtobijografiji, kotba tal-istorja, u l-bqija.
 PRATTIKA
7] Nagħraf li ġeneri differenti ta’ kitba għandhom funzjonijiet differenti u jinqdew b’reġistri differenti, ngħidu aħna, riklami biex ibigħu, kotba fattwali biex jgħallmu, rumanzi popolari biex jagħtu gost, novelli umoristiċi biex idaħħku, gazzetti biex jinfurmaw, u l-bqija.
8] Nagħraf li f'istruzzjonijiet, direzzjonijiet, preskrizzjonijiet u l-bqija, il-kittieba jinqdew bl-Imperattiv u bi kliem li juri direzzjonijiet, fosthom l-avverbji bħal, ngħidu aħna, f'testi bħal riċetti, listi ta’ regolamenti, applikazzjonijiet, manwali, logħob diġitali, mappi informattivi, u l-bqija.
9] Inbassar xi jfisser kliem tqil u espressjonijiet li ma nkunx naf mis-sens tas-sentenzi/paragrafu/i, u/jew mill-kuntest, billi fost oħrajn inxebbah kliem m’ieħor, ngħidu aħna, il-kliem mal-mamma u l-għerq, in-nomi mnissla minn nomi oħra bħall-mimmati, id-diminuttivi/l-akkrexxittivi, u l-bqija, bħal ġnejna minn ġnien; trejqa minn triq; banketta/bankun minn bank; furkettun minn furketta; paletta minn pala. 
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
10] Naqra u nifhem silta billi nieħu biss it-tagħrif li neħtieġ billi naqra xi kliem, frażijiet jew sentenzi biss, jew kliem u stampi biss, u l-bqija, ngħidu aħna, meta nfittex ħin partikulari f'orarju jew destinazzjoni speċifika fi skeda, tagħrif fuq suġġett wieħed f’enċiklopedija, aħbar waħda minn bosta f’sit elettroniku, u l-bqija.
 L-UŻU TAL-MIDJA DIĠITALI 
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
11] Jien u naqra nidentifika l-verbi u nintebaħ f’liema temp (l-Imperattiv jew l-Indikattiv) u aspett qegħdin jitħaddmu ħalli b’hekk inkun nista' nifhem aħjar xi nkun qiegħed naqra. 
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
12] Naqra b'vuċi għolja u b'mod korrett, ħaj u espressiv, b'intonazzjoni u waqgħat tal-leħen skont kif titlob il-punteġġjatura tat-test li qed naqra biex min qed jismagħni jifhem sewwa l-ħsieb u l-messaġġ li jrid iwassal it-test. 
 IL-QARI U L -FEHIM
 IL-PREĊIŻJONI
13] Ninqeda sew b’dizzjunarji u teżawri biex infittex il-kliem li ma nkunx naf xi jfisser, kif jinkiteb, kif jingħad u kif jinqara, fi kliem ieħor, billi nuża l-ordni alfabetiku, l-għerq jew iz-zokk morfemiku, il-mamma jew il-forma ewlenija tal-kelma, l-etimoloġija, u l-bqija. 
IT-TAGĦLIM PERSONALI 
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
14] Naqra reġistri differenti tal-Malti fosthom fuq oqsma bħall-Matematika, ix-Xjenza, il-Ġeografija, l-Istudji Soċjali, l-Istorja, ir-Reliġjon, it-Teknoloġija tal-Informatika, ix-Xjenza Domestika, l-Arti, l-Edukazzjoni Fiżika u d-Disinn Teknoloġiku, l-Istudju fuq l-Iżvilupp Personali, id-Drama u l-Arti Espressiva.
15] Mill-qari, nislet l-ideat ewlenin minn dawk sekondarji u nagħtihom bil-fomm jew bil-kitba f' taqsira jew punti.
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV



L-Aspett tas-Suġġett: Il-kitba fil-ħajja ta' kuljum, it-tħaddim tal-grammatika u l-letteratura.

1] Insib mudelli tajbin ta’ kitbiet differenti biex inżid il-vokabularju, l-espressjoni u l-użu idjomatiku ta' kitbieti skont l-għanijiet tiegħi u l-udjenzi li għandi f'moħħi.
2] Naħseb kif se nippjana l-ideat u norganizzahom b'loġika u/jew sekwenza meta, fost oħrajn, ninseġ għanqbuta ta' ħsibijiet, mappa kunċettwali, lista, u l-bqija, u minnhom infassal abbozzi għal kitbieti, skont l-għanijiet u l-udjenza tal-kitba tiegħi.
 L-IPPJANAR U  R- RIFLESSJONI
3] Nieħu noti waqt li nkun qed nirriċerka jew nisma' taħdita u niftaħ fuqhom biex nużahom aktar tard f'xogħlijiet tiegħi, fosthom b'mezzi teknoloġiċi u diġitali.
 PRATTIKA
4] Inqassam il-kitba tiegħi f'paragrafi ta' qisien differenti skont it-tifsila mitluba mill-ġeneru li nkun qed nikteb u norbothom flimkien biex ikollhom kontinwità, loġika u koerenza.
 L-IPPJANAR U  R- RIFLESSJONI
5] Nikteb kepxins konċiżi għal ritratti jew stampi ta' ġrajjiet u avvenimenti mix-xena mużikali, sportiva, kulturali u ċinematografika, u l-bqija.
  L-UŻU TAL-MIDJA DIĠITALI
6] Noħloq slowgans fuq temi fattwali u norbot magħhom stampi jew ritratti li jaqblu magħhom.
 IT-TAGĦLIM KREATTIV
 L-UŻU TAL-MIDJA DIĠITALI
7] Inżomm inventarju ta' oġġetti li jkun hemm f'postijiet bħall-klassi, kamarti, xi ħanut, u l-bqija. 
 INTERPERSONALI
8] Nikteb rakkonti fittizji bħal tal-fantaxjenza, tas-seħer, tal-biża', u l-bqija, ta' bejn 200 u 250 kelma li jkun fihom karattri, ġrajjiet, postijiet u ambjenti.
9] Nikteb kitbiet fattwali, fosthom komponimenti, artikli u rapporti, fuq firxa ta' temi b'tagħrifiet u aħbarijiet mid-dinja tax-xjenza u t-teknoloġija ta' bejn 200 u 250 kelma wara li nkun fittixt u rriċerkajt fuqhom.
 IL-KITBA
10] Nikteb kitbiet argumentattivi fejn infisser il-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' pożizzjoni, opinjoni u l-bqija ta' bejn 200 u 250 kelma bbażati fuq informazzjoni riċerkata. 
 IL-KITBA  
 NITGĦALLEM KIF
11] Nikteb il-ġrajjiet tal-ġurnata fi djarju u nesprimi opinjonijiet personali, il-ġudizzji u r-riflessjonijiet tiegħi fuq uħud minnhom.
12] Nikteb poeżiji jew taqbiliet ta' ġeneri u forom differenti għall-gost fuq temi li jolqtuni u li jkun fihom figuri tat-taħdit u tal-ħoss sempliċi. 
 IL-KITBA
 IT-TAGĦLIM KREATTIV
13] Nieħu ħsieb li nikteb jew nittajpja kitbieti b'Malti ħieles mill-iżbalji tas-sintassi, tal-morfoloġija u l-grammatika, tal-ortografija u tal-punteġġjatura u nippreżentahom ċari u puliti.
  IL-PREĊIŻJONI 
 IL-KOMUNIKAZZJONI
14] Ninqeda bil-mezzi teknoloġiċi moderni biex nippreżenta kitbieti b'tipi tal-Malti bħal meta nikteb ittra elettronika, nippreżenta proġett, u l-bqija.
 IL-KOMUNIKAZZJONI
 L-UŻU TAL-MIDJA DIĠITALI
15] Nikteb proċessi, twissijiet u direzzjonijiet f'kuntesti differenti.
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
16] Infassal bil-kitba għadd ta' mistoqsijiet, u, jekk meħtieġ, it-tweġibiet tagħhom ukoll, biex nużahom għal skopijiet varji waqt intervista bħal biex niġbor informazzjoni, tagħrif bijografiku, opinjoni, u l-bqija.
 PRATTIKA
17] Nikteb testi b'reġistri differenti tal-Malti fosthom fuq oqsma bħall-Matematika, ix-Xjenza, il-Ġeografija, l-Istudji Soċjali, l-Istorja, ir-Reliġjon, it-Teknoloġija tal-Informatika, ix-Xjenza Domestika, l-Arti, l-Edukazzjoni Fiżika u d-Disinn Teknoloġiku, l-Istudju fuq l-Iżvilupp Personali, id-Drama u l-Arti Espressiva.
18] Inqabbel testi jew siltiet letterarji tal-istess ġeneru (poeżija jew proża)  u nsib fihom elementi komuni u/jew differenti fil-karatterizzazzjoni, l-isfond u l-ġrajja. 
19] Nikteb reċensjoni ta' film/dramm li nkun rajt u ktieb li nkun qrajt u nagħti l-fehmiet tiegħi fuq il-produzzjoni artistika, il-ġrajja, il-karattri, u l-bqija.
 IT-TAGĦLIM KREATTIV



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: English Version of the Maltese subject 

L-Aspett tas-Suġġett:

The English Version of the Maltese subject is still being translated




Agħti r-rispons tiegħek hawn