Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: Languages

Il-Malti > LEVEL 10





L-Aspett tas-Suġġett: It-Taħdit

1] Nuża firxa wiesgħa ta’ lessiku u strutturi sintattiċi kumplessi biex nikkomunika u nesponi kunċetti xjentifiċi, matematiċi, filosofiċi u eżistenzjali, letterarji u astratti filwaqt li naddatta l-livell ta’ formalità tal-lingwa u l-istil tat-taħdit skont l-udjenza u l-kuntest. 
2] Nitkellem wara li nkun irriċerkajt fuq kif il-kultura Maltija  qed tinżamm ħajja mill-emigranti f'artijiet imbiegħda bħall-Awstralja, il-Kanada, u postijiet oħra Ewropej.
3]  Immexxi diskussjonijiet billi nagħti l-opportunità lil kull parteċipant biex iħossu komdu li jesprimi ruħu, nagħraf nikkontrolla r-ritmu u l-firxa tal-argumenti, nagħraf noħroġ il-punti ta' qbil jew diverġenzi u nwassal id-diskussjoni għal għeluq xieraq.
 NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR

4] Niddiskuti, insostni u nibqa' nżomm il-pożizzjoni tiegħi quddiem l-oħrajn b'argumentazzjoni u evidenzi tajbin bla ma nonqos mir-rispett lejn l-oħrajn. 
 NITGĦALLEM INKUN JIEN
5] Ninkoraġġixxi lill-parteċipanti ta' diskussjoni biex janalizzaw il-proposti mqajma u mressqa fid-diskussjoni.
 IL-BIDLA SOĊJALI
6] Nitkellem billi nesplora u niftaħ fuq il-kontribuzzjonijiet li jagħmlu l-oħrajn u niżviluppa l-fehmiet tiegħi skonthom. 



L-Aspett tas-Suġġett: Is-smigħ

1] Naqbad punti speċifiċi, dettalji u punti sekondarji, kif ukoll xi jkun qed jiġi implikat, u ngħarbel l-espressjonijiet idjomatiċi u l-lingwaġġ figurattiv meta xi ħadd ikun qiegħed ikellimni jew jitkellem ma' ħaddieħor.        
2] Niddistingwi bejn ton u ieħor, nifhem is-sarkażmu, is-sardoniżmu u l-ironija, l-effett immedjat li jħallu dawn it-tonijiet u r-raġuni għalfejn ikunu qed jintużaw. 

IL-LINGWAĠĠ ESPRESSIV
3] Nagħraf il-ġeneru tat-taħdit li nisma' u nevalwah mill-fatturi stilistiċi, lessikali, narrattivi, u minn kemm iqanqal interess fis-semmiegħa.
 
IL-LINGWAĠĠ ESPRESSIV
4] Nifhem l-istruzzjonijiet billi nsegwi l-ordni loġika li biha jkunu ngħataw filwaqt li nifhem mill-kuntest il-vokabularju u l-espressjonijiet magħżula apposta għall-istruzzjoni.
5] Nisma', insegwi u nifhem il-kontenut, l-għanijiet u l-konsegwenzi ta' avviżi u twissijiet imwassla bil-fomm jew xi mezz ieħor tax-xandir anke dawk li ma niltaqax magħhom fil-ħajja tiegħi ta' kuljum. 

KONJITTIV
6] Nifhem direzzjonijiet differenti u, filwaqt li nħaddem il-memorja awditorja, nagħti kas id-dettalji biex nifforma stampa mentali ċara u nkun kapaċi nidderieġi lil ħaddieħor.
7] Nisma' b'attenzjoni u nifhem siltiet fattwali u fittizji, fosthom diskorsi, dokumentarji, rapporti b'ċifri, dejta u statistika; inwieġeb mistoqsijiet diretti, inferenzjali u miftuħa kemm bil-fomm kif ukoll bil-kitba fuqhom; nevalwahom u ngħaddi l-ġudizzju tiegħi filwaqt li nibqa' imparzjali.




L-Aspett tas-Suġġett: Il-Qari 

1] Jien u naqra testi fittizji u fattwali (narrattivi, deskrittivi, spjegattivi, sentimentali, argumentattivi, umoristiċi, drammatiċi,  u l-bqija) nidentifika, nifhem, nixtarr, nanalizza u niġġudika l-ġrajjiet u/jew aspetti ewlenin u dawk sekondarji jew trivjali u nagħżilhom minn xulxin skont il-ħtieġa. 
2] Fil-qari tiegħi ta’ test, kemm jekk nieħu r-rakkont, it-tema jew l-argument tiegħu b’mod litterali, kif ukoll jekk naqra bejn il-linji u nfittex il-messaġġi impliċiti, nagħraf  niddistingwi bejn l-għan tal-kittieb meta kiteb it-test u t-test minnu nnifsu, li jista’ jiġi interpretat miftum minn min kitbu.
3] Naqra, nifhem u nirrifletti fuq stili u ġeneri differenti ta’ kitba (poeżiji, proża, drammi, esejs, u l-bqija) billi fost oħrajn nanalizza l-forma tal-kitbiet li nkun qed naqra u billi nifli firxa ta’ figuri tal-ħoss u t-taħdit, u l-metrika, ngħidu aħna, ir-rima, l-alliterazzjoni, l-onomatopea, ir-ritmu, ir-ritornell, ir-ripetizzjonijiet (anafora, epiżewski eċċ.), il-metafori differenti, il-personfikazzjoni, is-similitudni, l-iperbole, il-mistoqsija rettorika, l-apostrofi, it-tqarriq pateriku, l-ewfemiżmu, il-klajmaks; tipi differenti ta’ versi u għamliet ta’ poeżija, u l-bqija. 
4] Jien u naqra nżomm f’rasi l-funzjoni/jiet tat-test u l-iskop/ijiet li għalih ikun inkiteb billi nirrifletti fuqu minn perspettivi differenti, nifforma opinjoni fuqu, nesprimiha u niddiskutiha; nagħraf jekk il-kittieb hux oġġettiv jew le u għaliex; nagħraf il-messaġġi espliċiti u impliċiti tiegħu; inqis lili nnifsi daqslikieku l-awtur u nistħajjel kieku jien kif inġib ruħi jew nesprimi ruħi floku; nagħżel bejn diskorsi differenti, ngħidu aħna, litterali, kritiku, ironiku, allegoriku, sarkastiku,sardoniku, didattiku, empatiku, u l-bqija.
5] Nagħraf li test jista’ jkollu l-livell tal-wiċċ u livell/i sottili profondi mistura tiegħu, u għalhekk noqgħod attent meta għandi nkun naf id-dettalji u/jew il-ħjiel kollha ta’ test, inkella nista’ ngħaddi biss bl-informazzjoni bażika jew elementari tiegħu. 
6] Meta naqra testi argumentattivi jew li jesprimu fehma jew opinjoni, ngħidu aħna, testi soċjali, politiċi u filosofiċi, nagħraf nislet il-fatti mill-opinjonijiet u x-xnigħat, u hekk nagħraf jekk awtur ikunx imparzjali u/jew oġġettiv, inkella preġudikat u/jew suġġettiv. 
7] Kull test li naqra nevalwah b’għajnejn kritiċi, jiġifieri inqabblu ma’ kitbiet oħra, anke b’fehmiet opposti; inxebbah l-ideat jew l-argumenti tiegħu ma’ ħsibijiet oħra, imqar jekk kuntrarji; nikkonsidra fehmiet differenti fuqu; inqis l-udjenza għal min ikun inkiteb, u l-kuntest soċjali, storiku u kulturali; nirrifletti fuq il-kontenut tat-test u xi tħalla barra apposta, u l-bqija.   
8] Bħala qarrej ta’ ħila, nagħraf u napprezza reġistri differenti tal-lingwa u modi varji ta’ preżentazzjoni tal-fatti, il-ħsibijiet u s-sentimenti, u għalhekk mil-lingwa użata f’kitba u mill-preżentazzjoni tagħha, nagħraf l-għan tal-kitba, ngħidu aħna, hijiex kitba għall-gost, informattiva, deskrittiva, narrattiva, argumentattiva, spjegattiva, didattika, misħajla, fattwali, u l-bqija; u hekk dak li naqra napplikah f’ħajti, għall-ġid tiegħi u tal-oħrajn.
9] Jien u naqra nagħmel l-aħjar użu mill-modi differenti ta’ qari skont għal xiex inkun qiegħed naqra, iż-żmien li jkolli disponibbli, il-ħeffa tiegħi fil-qari u l-ħakma tiegħi tal-lingwa, ngħidu aħna, skimmjar ta’ test biex nieħu l-fil tiegħu jew l-impressjoni ġenerali; skennjar biex nidentifika informazzjoni partikolari; inkella qari fil-fond biex nifhem kull kelma u ma jaħrabli l-ebda dettall jew ħjiel, u l-bqija.
10] Dak li naqra nkun kapaċi nagħti taqsira tiegħu skont l-udjenza u l-għan tat-taqsira, jiġifieri nsemmi l-punti, ġrajjiet jew ħsibijiet ewlenin tiegħu, noqgħod attent x’ninkludi u xi nħalli barra, inqis l-aħjar mod kif nista’ nippreżenta t-test billi nkun fidil lejh bla ma ngħaddi ġudizzju fuqu.
11] Jien u naqra nuża l-għarfien tiegħi tal-grammatika, il-morfoloġija, is-sintassi u s-semantika Maltija, bħall-forom tal-verbi u n-nomi, il-partiċipji passivi u attivi, il-vuċijiet, il-forom differenti ta’ aġġettivi, pronomi, u avverbji, il-qbil fil-ġens u l-għadd tan-nomi u l-aġġettivi, il-qbil sintattiku bejn is-suġġett u l-verb, is-sinonimi, l-antonimi, l-omonimi u l-omofoni, u l-bqija, biex nifhem kulma naqra, ngħarblu, ninterpretah u nifforma opinjoni fuqu. 
12] Jien u naqra nagħti kas u ninqeda bis-sinjali tal-punteġġjatura kollha mhux biss biex naqra sew, fosthom meta naqra ngħajjat, imma wkoll biex nifhem xi nkun qiegħed naqra, ngħarblu u ninterpretah.
13] Bħala qarrej ta’ ħila, nagħraf meta nista’ nbassar it-tifsira ta’ kelma li ma nkunx naf tifsirtha mill-għarfien tiegħi tal-lingwa u l-kuntest li fih tkun qiegħda, u meta neħtieġ infittixha f’dizzjunarju, teżawru, glossarju jew kotba ta’ referenza oħra; nifhem li kelma tista’ tinbidlilha t-tifsira minn lokalità għal oħra, matul iż-żmien u jaf ikollha tifsira differenti mill-kelma barranija li minnha tkun ġejja; u nagħraf li l-kliem f’kuntesti differenti bħal f’metafori, qwiel, idjomi u espressjonijiet oħra, jista’ jkollu tifsir figurattiv li jmur lil hinn mit-tifsir tiegħu litterali.  



L-Aspett tas-Suġġett: Il-Kitba 

1] Nikteb diskorsi ta' bejn 300 u 350 kelma fuq temi fattwali. 



L-Aspett tas-Suġġett: Il-Letteratura

1] Nuża termini metriċi u ta' prosodija meqjusa biex inqabbel, nevalwa u nikkummenta fuq firxa ta' testi letterarji Maltin u barranin. 
2] Nitkellem fuq mudelli u figuri arketipiċi rikorrenti f'testi letterarji ewlenin u kif dawn jgħaddu minn żviluppi skont is-snin u l-movimenti letterarji. 
3] Nagħraf li test jista' jkollu tifsiriet u interpretazzjonijiet differenti u naf insostnihom b'evidenza riċerkata kemm mill-istess testi kif ukoll minn oħrajn. 
4] Nidentifika lili nnifsi ma' testi partikulari li nħoss li jiffurmaw parti mill-identità personali, soċjali, kulturali u nazzjonali tiegħi.
 NITGĦALLEM INKUN JIEN
5] Napprezza, nieħu sehem, nevalwa u nikkummenta fuq rappreżentazzjonijiet drammatiċi mtellgħa f'teatri fuq temi differenti bħal dawk storiċi, realistiċi u kontemporanji.
6] Nagħraf id-differenzi stilistiċi u tematiċi li jista' jkun hemm bejn testi letterarji minn żminijiet differenti bħal dawk  bikrin, Romantiċi, Moderni, Realistiċi, Postmoderni, u l-bqija. 
7] Naqra u napprezza testi ewlenin minn letteraturi barranin, tradotti jew fl-ilsien oriġinali, u nagħraf li jista' jkun hemm xi tnebbiħ u influwenzi, xebh jew differenzi ma' dawk Maltin.
8] Nevalwa b’għajnejn kritiċi, bil-fomm u/jew bil-kitba, ix-xebh u/jew id-differenzi bejn għadd ta' testi ta' ġeneri differenti, studjati minn qabel jew le, inxebbah l-ideat jew l-argumenti tagħhom, niżen fehmiet differenti oħra fuqhom, inqis l-udjenza għal min inkitbu u l-kuntest soċjali, storiku u kulturali.   



L-Aspett tas-Suġġett: Il-Metalingwa 

L-artiklu:
1] Il-kelma wieħed/waħda jistgħu jieħdu l-vokali tal-leħen u l-artiklu meta juru ammont speċifiku bħal għaxar ewro l-wieħed, tliet sigħat il-waħda.

 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: English Version of the Maltese subject 

L-Aspett tas-Suġġett:

The English Version of the Maltese subject is still being translated




Agħti r-rispons tiegħek hawn