Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: Languages

Il-Malti > LEVEL 8





L-Aspett tas-Suġġett: It-Taħdit

1] Nuża sew ir-ritmu tat-taħdit, il-volum ta’ leħni u l-preċiżjoni fl-artikulazzjoni tal-kliem mas-sitwazzjoni li nkun qed nitkellem fiha billi niddistingwi kif napplikahom f'oqsma varji tat-taħdit bħal, ngħidu aħna, f'taħdit wiċċ imb wiċċ ma’ persuna waħda jew ma’ grupp, bit-telefown u mezzi oħra tal-midja soċjali kemm b'reġistri formali kif ukoll b'dawk informali.
2] Nagħmel talbiet u mistoqsijiet biex nikseb it-tagħrif li neħtieġ billi naddatta l-livell ta’ formalità fit-taħdit tiegħi skont is-sitwazzjoni, il-kuntest u l-udjenza bħal meta nitlob informazzjoni fuq id-drittijiet tiegħi bħala konsumatur, u l-bqija. 
3] Nitkellem b’mod ċar fuq fatti, nagħti spjegazzjonijiet, istruzzjonijiet, rakkonti u deskrizzjonijiet iddettaljati u preċiżi billi nagħraf inqabbel il-kontenut u l-livell ta’ dettall meħtieġa skont is-sitwazzjoni u l-kuntest li jkun bħal meta nagħti istruzzjonijiet biex issir xi ħaġa għall-ewwel darba jew lil persuna ġdida.
4] Nippreżenta l-informazzjoni li nkun ġbart u l-ideat tiegħi f’sekwenza u marbutin flimkien billi ninkludi d-dettalji kollha u nsaħħaħ fejn meħtieġ b'eżempji, evidenza u riċerka oħra.
5] Inwieġeb mistoqsijiet fuq firxa ta' temi li jitolbu dettalji jew ħafna informazzjoni, fost l-oħrajn wara li nagħmel ir-riċerka meħtieġa, u hekk l-interlokutur jagħraf il-livell ta' għarfien tiegħi tas-suġġett. 
6] Nitkellem b'mod mexxej b'reġistri differenti tal-Malti mħaddma fil-Matematika, il-Fiżika, il-Kimika, il-Bijoloġija, il-Ġeografija, l-Istudji Soċjali, l-Istorja, ir-Reliġjon, it-Teknoloġija tal-Informatika, ix-Xjenza Domestika, l-Arti, l-Edukazzjoni Fiżika u d-Disinn Teknoloġiku, l-Istudju fuq l-Iżvilupp Personali, id-Drama, l-Arti Espressiva u s-suġġetti vokazzjonali.
7] Nitkellem fuq għadd ta' ġrajjiet kurrenti li nkun qrajt jew smajt fil-ġurnali jew fl-aħbarijiet ta' kuljum.  
8] Nesponi minn angoli u pożizzjonijiet differenti temi ta' interess ġenerali bħad-divertiment, l-ivvjaġġar, il-migrazzjoni, iż-żgħożija, id-dinja tax-xogħol, l-ambjent, il-politika, u nispjega l-impatt li dawn għandhom fuqi bħala individwu kif ukoll fuq is-soċjetà ta' madwari.
9] Insegwi u nieħu sehem f’diskussjoni fuq firxa ta’ temi diretti fejn il-kelliema jista’ jkollhom għanijiet differenti minn ta’ xulxin bħalma jiġri fil-laqgħat tal-kunsilli lokali, skolastiċi, tal-komunità, u oħrajn.
  IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
10] Inwieġeb għall-fehmiet tal-oħrajn li ma jaqblux miegħi f’diskussjonijiet ta’ suġġett/i sensittiv/i bla ma jħossuhom mhedda jew maħnuqa minni. 
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
11] Nirrispetta r-regoli tad-diskussjoni fejn kulħadd jingħata ċ-ċans li jitkellem u jfisser fehmietu bla biża’ u xkiel.
  NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR
12] Meta nkun qed immexxi diskussjoni, nuża espressjonijiet u ġesti verbali/nonverbali biex nistieden lil ħaddieħor jipparteċipa fid-diskussjoni xħin imissu. 
13] Nuża l-frażijiet it-tajba biex nintervjeni fid-diskussjoni jew l-argument; nagħti l-fehma tiegħi fil-mument opportun u skont il-kuntest u norbotha ma' dak li jkun qed jiġi diskuss.
14] Niddiskuti ma' sħabi u ma' adulti l-bidla kontinwa li għaddejja minnha l-kultura tagħna meta mqabbla ma' dik ta' qabel biex, filwaqt li napprezza t-tajjeb ta' qabel, nifhem aħjar li l-kultura hija ħajja u tinbidel kontinwament, u rridu naġġornaw lilna nfusna magħha.
  IL-BIDLA SOĊJALI
  NITGĦALLEM KIF

15] Niddiskuti u nanalizza ma' sħabi għażla ta' testi miktubin, letterarji u mhumiex, moderni u qodma,  u nagħraf kif għadd ta' elementi minn ilsna barranin daħlu u ntgħaġnu f'oqsma differenti tal-lingwa Maltija li nużaw illum. 



L-Aspett tas-Suġġett: Is-smigħ

1] Naqbad il-punti ewlenin, espressjonijiet idjomatiċi kumplessi u dettalji oħra waqt li xi ħadd jitkellem miegħi jew ma' oħrajn bħal meta nisma' djalogu, diskursata, intervista, rakkont awtobijografiku jew taħdita formali.
2] Niddistingwi u nifhem tonijiet, vuċijiet u ġesti ta' firxa wiesgħa ta' diskorsi, fosthom ironiċi, sarkastiċi u iperboliċi u nirreaġixxi għalihom b'mod verbali u mhux verbali bħal b'ġesti.
3] Nagħraf il-ġeneru ta' test, anke jekk imwassal b'mezzi teknoloġiċi, li nkun qed nisma', bħal rapport, artiklu, silta ta' tagħrif, u l-bqija, billi nagħżel il-fatti mill-opinjonijiet, u x'qiegħed jingħad u kif qiegħed jingħad.
4] Insegwi l-loġika fl-ordni li jkunu ngħataw sett ta' istruzzjonijiet u spjegazzjonijiet filwaqt li nagħti attenzjoni speċjali għall-użu ta' reġistri partikulari u nagħraf id-differenza bejn verbi li jixtiebhu bħal: aħmi jew sajjarħawwad jew agħġenberredkessaħ jew iffriża.
5] Nisma', insegwi u nifhem id-dettalji fl-avviżi u t-twissijiet li nista' ma nkunx midħla tagħhom; nidentifika min qiegħed joħroġhom kif ukoll għal min huma intenzjonati bħal, ngħidu aħna, l-avviżi lill-baħħara u s-sajjieda. 
 NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR
6] Nifhem direzzjonijiet lejn postijiet li jien midħla tagħhom jew m'iniex, inħaddem il-memorja awditorja u nagħti d-direzzjonijiet li nisma' fi kliemi.

7] Nisma', insegwi u nifhem sensiela ta' rapporti, taħditiet u aħbarijiet li naf jew li qatt ma smajt bihom filwaqt li norganizzahom f'moħħi, ninterpretahom u nevalwahom biex inkun nista' nagħti fatti u dettalji fuqhom. 
  KONJITTIVA
8] Insegwi, nifhem, nislet u nimmemorizza dettalji importanti f'reklam filwaqt li ninterpreta u nevalwa dal li nkun smajt fi kliemi.
 PERSONALI
9] Insegwi u naħkem il-punti ewlenin ta' diskussjoni li jista' jkollha għanijiet differenti u mhux dejjem ikollha sekwenza lineari imma jkollha devjazzjonijiet u ritorni li jalternaw, bħal diskussjoni fejn taqsam l-ideat tiegħek mal-oħrajn, tfassal xi biċċa xogħol, issolvi problema, tiċċara xi punti fejn ikun hemm nuqqas ta’ qbil jew opinjonijiet diverġenti, u l-bqija.
 L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI
10] Nisma' u nifhem testi u diskorsi b'reġistri differenti tal-Malti f'oqsma bħall-Matematika, il-Fiżika, il-Kimika, il-Bijoloġija, il-Ġeografija,  l-Istudji Soċjali, l-Istorja, ir-Reliġjon, it-Teknoloġija tal-Informatika, ix-Xjenza Domestika, l-Arti, l-Edukazzjoni Fiżika u d-Disinn Teknoloġiku, l-Istudju fuq l-Iżvilupp Personali, id-Drama, l-Arti Espressiva u s-suġġetti vokazzjonali.
11] Nisma' b'attenzjoni u nifhem siltiet fattwali, nwieġeb mistoqsijiet diretti, inferenzjali u miftuħa fuqhom, kemm  bil-fomm kif ukoll bil-kitba fuq dak li nkun smajt, nevalwahom u nifforma l-opinjoni tiegħi dwarhom. 
 L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI 




L-Aspett tas-Suġġett: Il-Qari 

1] Jien u naqra, inżomm ruħi ffokat fuq it-test, norbot parti ma’ oħra biex nifhem is-sens sħiħ tat-test, u nqis mhux biss dak xi jkun hemm stampat jew muri fuq skrin, imma wkoll dak li jkun moħbi bejn il-linji.
2] Nagħraf li kitbiet jista' jkollhom stili u binjiet differenti skont l-għan/ijiet tal-awtur u l-udjenzi li jridu jilħqu, nevalwahom u nara jekk laħqux l-għan li għalih inkitbu u x'effetti joħolqu fuq il-qarrejja. 
3] Naqra u nifhem testi deskrittivi, argumentattivi ħfief, fattwali u akkademiċi/ta' studju u minnhom nagħraf nislet l-informazzjoni prinċipali u nifhem it-termini speċifiċi, anke bl-għajnuna tal-għalliema jew ta' dizzjunarju.
4] Dak li naqra nifhmu sew, ngħarblu minn perspettivi differenti, nibni opinjoni fuqu, nesprimiha u niddiskutiha; fi kliem ieħor, nagħraf jekk kitba tkunx oġġettiva jew suġġettiva, nagħraf il-messaġġi espliċiti u impliċiti li joħorġu mit-test, inpoġġi lili nnifsi fiż-żarbun tal-awtur/protagonist/i u nistħajjel kieku jien kif inġib ruħi jew nesprimi ruħi, nagħraf  u nifhem tonijiet differenti, ngħidu aħna, dak litterali, ironiku, sarkastiku, u l-bqija.
5] Jien u naqra nuża t-titli, is-sottotitli, il-werrej, il-kelmtejn ta’ qabel, il-kapitli, ir-referenzi, il-kwotazzjonijiet, l-indiċi, il-biblijografija, l-istampi/xbihat/illustrazzjonijiet, u l-bqija,  biex jgħinuni nifhem il-kitba li nkun qiegħed naqra u/jew nikseb l-informazzjoni li nkun irrid nikseb minnha.
6] Nislet, minn dak li naqra, il-punti ewlenin, il-punti sekondarji, il-punti mhux daqshekk importanti, il-messaġġi moħbija u d-dettalji li jidhru biss fix-xbihat u/jew l-illustrazzjonijiet, billi nimxi mat-tifsila tal-ħsibijiet jew il-mixja tal-ġrajja/iet jew l-iżvilupp tematiku tal-kitba li nkun qiegħed naqra. 
7] Naqra b'modi differenti skont għal xiex inkun qiegħed naqra, ngħidu aħna, skimmjar ta’ test biex nieħu l-fil tiegħu jew impressjoni ġenerali; skennjar biex nidentifika informazzjoni partikolari; inkella qari fil-fond biex nifhem kull kelma u ma jaħrabli l-ebda dettall jew ħjiel, u l-bqija.
8] Nifhem li l-awturi fil-kitbiet tagħhom jinqdew b’reġistri differenti tal-lingwa biex jesprimu l-ħsibijiet u s-sentimenti tagħhom u għalhekk, mil-lingwa użata, nagħraf l-għan tal-kitba li nkun qiegħed naqra, ngħidu aħna, hijiex kitba għall-gost, informattiva, deskrittiva, narrattiva, argumentattiva, didattika, misħajla, fattwali, u l-bqija.
9] Inbassar xi jfisser kliem tqil li ma nkunx naf mis-sens tas-sentenzi/paragrafu/i, u/jew mill-kuntest, billi fost oħrajn inxebbah kliem m’ieħor, ngħidu aħna, il-verbi ta’ forom imnisslin mal-forma ewlenija; naqsam kliem kompost f’biċċiet; nifred il-prefissi u/jew is-suffissi mill-kliem ewlieni; u l-bqija.
10] Jien u naqra nuża l-għarfien tiegħi ta’ aspetti grammatikali, morfoloġiċi u sintattiċi, biex nifhem aħjar xi nkun qiegħed naqra, inbassar xi jkun se jiġri jew kif se jiżvolġi argument jew spjegazzjoni.
11] Naqra waħdi u quddiem udjenza, u ninqeda tajjeb bis-sinjali tal-punteġġjatura mhux biss biex naqra sew, imma wkoll biex nifhem u niftiehem aħjar. 
12] Ninqeda sew b’dizzjunarji, teżawri u glossarji biex infittex il-kliem li ma nkunx naf xi jfisser, kif jinkiteb, kif jingħad u kif jinqara; fi kliem ieħor, billi nfittex skont l-ordni alfabetiku, l-għerq jew iz-zokk morfemiku, il-mamma jew il-kliem muftieħ, l-etimoloġija, u l-bqija; u billi nitgħallem xi jfissru l-abbrevjazzjonijiet ewlenin u nqis tagħrif ieħor li jipprovdu kotba ta’ din ix-xorta.
13] Naqra u nifhem testi b'reġistri differenti tal-Malti mħaddma fil-Matematika, il-Fiżika, il-Kimika, il-Bijoloġija, il-Ġeografija, l-Istudji Soċjali, l-Istorja, ir-Reliġjon, it-Teknoloġija tal-Informatika, ix-Xjenza Domestika, l-Arti, l-Edukazzjoni Fiżika u d-Disinn Teknoloġiku, l-Istudju fuq l-Iżvilupp Personali, id-Drama, l-Arti Espressiva u s-suġġetti vokazzjonali.



L-Aspett tas-Suġġett: Il-Kitba 

1] Naf insib mudelli tajbin ta’ kitbiet ta' ġeneri differenti biex inkattar il-vokabularju, l-espressjoni, l-użu idjomatiku, l-istil u t-tifsila ta' kitbieti skont l-għanijiet tiegħi u l-udjenzi li għandi f'moħħi.
2] Naqra kitbieti u nirrevedihom billi neditjahom, inneħħi r-repetizzjonijiet, inżid fejn meħtieġ, niċċara xi punti u norqomhom. 
3] Fil-kitba tiegħi ninqeda b'sentenzi sħaħ, komposti u kumplessi, u norbot paragrafu m'ieħor skont sekwenza meta nikteb fuq temi kumplessi.
4] Nikteb kepxins bit-tagħrif essenzjali u konċiż għal ritratti ta' xogħlijiet artistiċi bħal skulturi u pitturi tal-arti klassika, moderna u astratta. 
5] Nikteb riklami ta' bejn 50 u 70 kelma flimkien ma' slowgans marbutin magħhom.
  PRATTIKA
6] Nikteb ittri elettroniċi informali ta' bejn 50 u 70 kelma.
  IL-KOMUNIKAZZJONI
7] Nikteb istruzzjonijiet fuq kif tħaddem jew tuża apparati differenti bħal għodda, kompjuter, televixin, mowbajl, u l-bqija.
8] Nikteb rapporti ta' bejn 50 u 70 kelma fuq ġrajjiet u avvenimenti li seħħew.
9] Nikteb rakkonti fittizji, bħal dawk bi sfond storiku, polizjesk, marittimu, u l-bqija,  ta' bejn 200 u 250 kelma li jkun fihom karattri, ġrajjiet, postijiet u ambjenti.
10] Nikteb rakkonti u poeżiji billi ninqeda b'vuċi ta' persuni, ħlejjaq, oġġetti, u l-bqija, animati/inanimati, skont kuntesti differenti fejn nuri simpatija, empatija, sens ta' rabja, dispjaċir, apprezzament, u l-bqija.
11] Nikteb testi u diskorsi b'reġistri differenti tal-Malti mħaddma fil-Matematika, il-Fiżika, il-Kimika, il-Bijoloġija, il-Ġeografija, l-Istudji Soċjali, l-Istorja, ir-Reliġjon, it-Teknoloġija tal-Informatika, ix-Xjenza Domestika, l-Arti, l-Edukazzjoni Fiżika u d-Disinn Teknoloġiku, l-Istudju fuq l-Iżvilupp Personali, id-Drama, l-Arti Espressiva u s-suġġetti vokazzjonali.
12] Nikteb bijografiji ta' bejn 250 u 300 kelma fuq kittieba, artisti, kantanti u atturi Maltin u barranin li jinkludu apprezzament tal-kontribut artistiku u kulturali tagħhom.
13] Nikteb kitbiet argumentattivi ta' bejn 250 u 300 kelma bbażati fuq informazzjoni riċerkata minn qabel u nagħti l-fehmiet u l-pożizzjonijiet personali tiegħi.
14] Nikteb taħdita fuq temi fattwali ta' bejn 250 u 300 kelma. 
15] Nieħu ħsieb li nikteb jew nittajpja kitbieti b'Malti ħieles mill-iżbalji tas-sintassi, tal-morfoloġija u l-grammatika, tal-ortografija u tal-punteġġjatura, u nippreżentahom ċari u puliti.
  L-UŻU TAL-MIDJA DIĠITALI
16] Ninqeda bil-mezzi teknoloġiċi moderni biex nippreżenta kitbieti b'tipi tal-Malti bħal meta nikteb ittra elettronika, preżentazzjoni ta' proġett, u l-bqija.
 
 L-UŻU TAL-MIDJA DIĠITALI



L-Aspett tas-Suġġett: Il-Letteratura

1] Niddistingwi u nifhem tonijiet, vuċijiet, ritmi u ġesti (bħal dawk ferriħija, imnikkta, nostalġiċi, misterjużi, ironiċi, sarkastiċi, iperboliċi, u l-bqija) ta' firxa ta' testi letterarji u napprezza l-effett tagħhom fil-kuntest tat-test u fuqi.
2] Nagħraf u nifhem kif jitħaddmu f'testi letterarji l-mudelli tal-ħoss bħall-alliterazzjoni, il-metru (regulari u /jew ħieles), l-onomatopea, ir-rima (mbewsa/alternata/interna/ħielsa), it-ton u napprezza l-effett tagħhom fil-kuntest tat-test u fuqi.
3] Nagħraf u nifhem kif jitħaddmu f'testi letterarji l-lingwaġġ figurattiv bħall-metafora, il-personifikazzjoni u s-similitudini u  l-mudelli rettoriċi bħar-repetizzjoni, l-anafora, l-apostrofi, l-iperbole, l-ironija, il-mistoqsija rettorika, is-sarkażmu; u napprezza l-effett tagħhom fil-kuntest tat-test u fuqi.
4] Nagħraf u nifhem kif jitħaddmu f'testi letterarji aspetti strutturali bħall-asindeto, il-polisindeto, l-enjambment, l-istrofa, ir-reġistru partikulari u napprezza l-effett tagħhom fil-kuntest tat-test u fuqi.
5] Nifhem u nagħraf li l-poeżiji jista' jkollhom strutturi differenti biex jilħqu għanijiet speċifiċi bħall-forma tas-sunett, is-saffika, il-ballata, l-eleġija, il-ħajku, il-poeproża, il-versi ħielsa, tradizzjonali, maħlula, u l-bqija.
6] Nifhem u nagħraf li kitbiet tal-proża (novelli, rumanzi u drammi) jista' jkollhom strutturi differenti biex jilħqu l-għanijiet speċifiċi tagħhom bħall-binja tal-plott ewlieni, il-ġrajjiet sekondarji, il-karattri prinċipali u karattri oħrajn, u l-bqija. 

7] Nitkellem fuq kotba ta' qari bil-Malti li nkun qrajt, bħal rumanzi, novelli, drammi, praspar, u nagħti l-fehmiet tiegħi fuqhom mil-lat ta' narrattiva, karatterizzazzjoni, binja tal-plott, sfond storiku u ambjentali, il-valuri u l-messaġġi li jwasslu u hekk inħajjar lil ħaddieħor jaqrahom.
8] Nitkellem fuq ir-rabta li nara f' test letterarju bejn il-ħajja personali tal-kittieb, l-ambjent u ż-żmien li għex fih. 
9] Inqabbel u nanalizza, bil-fomm jew bil-kitba, l-esperjenzi tiegħi ma' dawk imfissra f'testi letterarji.
 L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI 

10] Nitkellem u/jew nikteb dwar id-differenzi, ix-xebh u r-relevanzi li nara bejn xogħol letterarju u ieħor.
11] Meta nikteb jew nitkellem fuq testi letterarji, ninqeda  b'referenzi u kwotazzjonijiet minnhom biex insaħħaħ ir-riflessjonijiet, l-analiżi, l-opinjoni u/jew il-ġudizzji tiegħi fuqhom.
12] Nitkellem u/jew nikteb fuq test letterarju billi nuża t-terminoloġija addattata marbuta mal-forma, l-istruttura u l-kontenut, u kif din l-għodda titħaddem mill-poeta/l-awtur biex jintlaħqu l-effetti mixtieqa. 
13] Nanalizza bil-fomm u/jew bil-kitba l-iżvilupp tal-karattri, il-ġrajja, l-udjenza, il-motiv, l-ambjent u t-tema ta' testi letterarji u nagħti l-interpretazzjoni personali tiegħi tagħhom. 
14] Nieħu n-noti meħtieġa u ewlenin biex nibni fuqhom l-analiżi tiegħi ta' test letterarju, kemm bil-fomm kif ukoll bil-kitba.
15] Nagħraf u napprezza li fil-letteratura niltaqa' m' opinjonijiet differenti fuq kunċetti universali bħall-imħabba, l-ambjent, l-identità, u l-bqija. 
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITA' 
16] Insegwi u nifhem kanzunetti Maltin ta' stili u ġeneri differenti, nifhem il-lingwaġġ figurattiv tagħhom, u ninterpreta l-effett tagħhom fuqi filwaqt li nislet minnhom kwotazzjonijiet li jolqtuni.
 
 L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI 




L-Aspett tas-Suġġett: Il-Metalingwa 

Il-konsonanti:
1] Naf kif isseħħ l-assimilazzjoni meta jkollok żewġ konsonanti qawwija fit-tarf, bħal Il-ħobż mixwi; Radd ħajr; Sadd il-bir; Ħadd ma ġie.
2] Naf li hemm għadd ta' konsonanti li jitleħħnu bħala ħoss wieħed imma jinkitbu kollha, bħal /zz/ li jinstemgħu /żż/ bħal f'gazzetta; ts/ds/dds/ li jinstemgħu /zz/ bħal f'għadsa; tx/ttx/dx/ddx/dtx li jinstemgħu /iċ/ bħal f'ħattx; sx/ssx/żx/żżx/ li jinstemgħu /xx/ bħal f'ħażżx.
3] Naf meta konsonanti likwida tista' toqgħod mingħajr vokali bħal meta tmiss magħha - warajha jew quddiemha - ikollha j/w bħal bejnna, rawlna, ittrejnjajt.
Il-vokali:
4] Naf nagħraf meta l-vokali tkun tal-kelma (etimoloġika); ewfonika (tal-leħen) jew servili (morfoloġika) fi kliem bħal importanti, assassin, l-iskola, nilagħbu, pajjiżi, ħaddiema, u l-bqija.
5] Naf meta għandi ninqeda bil-vokali tal-leħen quddiem nomi barranin  li jibdew b'sekwenza ta' żewġ konsonanti wara xulxin (doppji  jew mhux)  bħal l-ipparkjar, l-ivvjaġġar, l-istampar, u l-bqija.
L-artiklu:
6] Naf li għandi nikteb l-artiklu quddiem xi ismijiet u xi drabi dan jassimila ruħu skont l-ewwel konsonanti bħal f'ismijiet bħal Il-Gudja mhux GudjaĦaż-Żebbuġ mhux Ħaż Żebbuġ, u l-bqija.
7] Naf li, billi fil-Malti ma jeżistix l-artiklu indefinit, xorta nistgħu noħolqu sens ta' indefinitezza bl-użu ta' wieħed/waħda, bħal Kien hemm wieħed raġel...
8] Naf li l-artiklu quddiem kliem li jibda bil-għ/h jista' joqgħod anke bil-vokali tal-leħen i bħal l-/il-għasfur; il-/l- hena.
Il-partiċelli:
9] Naf nikteb u nuża tajjeb it-taqsiriet ta' lil / lill- bħal Tlabt 'l Alla Tlabt 'il Pawlu; Rajna 'l-għalliema; Kellimt 'il-Papa.
10] Naf meta l-prepożizzjonijiet bi, xi, fi ma jitqassrux quddiem kelma li tibda b'żewġ konsonanti bħal fi kliem bħal bi dwiefer twal; bi mqass jaqta'; xi rrid; sejjer xi mkien; fi rziezet, u l-bqija.
11] Naf meta l-prepożizzjoni xi ma titqassarx għax ikollha tifsira oħra bħal f'xi iġmla; xi isqra; xi ilsna; xi isqof; u l-bqija.
12] Naf nuża tajjeb fil-kitba tas-sentenzi l-konġunzjonijiet tas-subordinazzjoni bħal iżda, imma, lanqas, madankollu; u dawk tal-kundizzjoni bħal kieku, jekk, li ma. 
13] Naf nuża tajjeb fil-kitba tas-sentenzi l-avverbji li juru kwantità, negazzjoni u mistoqsija bħal bosta, qatt, kif.
Il-verb:
14] Naf nuża verbi barranin (dawk ġejjin mir-Rumanz u l-Ingliż u ma integrawx ma' dawk Semitiċi) u fit-temp Perfett u l-persuna t-tajba fit-taħdit u fil-kitba ta' sentenzi bħal Marc ipparkja l-karozza ħażin; It-tim ittrejnja ħafna; L-għalliem issejvja kollox fuq diska kompatta.
15] Naf nuża verbi barranin (dawk ġejjin mir-Rumanz u l-Ingliż u ma integrawx ma' dawk Semitiċi) u fit-temp Imperfett u l-persuna t-tajba fit-taħdit u fil-kitba ta' sentenzi bħal Marc jipparkja l-karozza ħażin; It-tim jittrejnja ħafna; L-għalliem jissejvja kollox fuq diska kompatta.
16] Naf nuża verbi barranin (dawk ġejjin mir-Rumanz u l-Ingliż u ma integrawx ma' dawk Semitiċi) u fit-temp Futur u l-persuna t-tajba fit-taħdit u fil-kitba ta' sentenzi bħal Marc se jipparkja l-karozza ħażin; It-tim ser jittrejnja ħafna; L-għalliem ser jissejvja kollox fuq diska kompatta.
In-negattiv:
17] Naf kif nagħmel in-negattiv ta' verbi billi nuża l-partiċelli la, qatt, ma, xejn bħal La tisraqx; Ma kienet tajba xejn; Qatt mhu se tarani aktar. 
18] Naf li nista' nqassar il-partiċella ma tan-negattiv f'm' meta taħbat quddiem vokali, għ jew h bħal ma hemmx/m'hemmx; m'afdax/ma afdax.
Iz-zokk morfemiku:
19] Naf li xi verbi, flok is-sistema tal-għerq, jużaw iz-zokk morfemiku flimkien ma' għadd ta' prefissi u suffissi biex inisslu kliem u tifsiriet ġodda, bħal miz-zokk eduk innisslu nedukaw, edukajna, edukat, edukatur, edukattiv, maledukat, u l-bqija.
Il-forom tal-verb Semitiku:
20] Naf kif jitnisslu verbi tat-2, il-5, it-3 u s-6 forma u napprezza t-tifsiriet differenti li jistgħu jwasslu, bħal kiser idu, kisser it-tazza, tkisser bix-xogħol, il-ħġieġa tkissret; id-dar tbierket, il-qassir bierek l-iskola.
Il-verbi komposti u awżiljari:
21] Naf nuża l-kelma għad biex infisser il-futur imbiegħed bħal Għad jasal żmien li... 
22] Naf nibni u nħaddem il-verbi awżiljari kien, qiegħed, kellu, kemm waħidhom kif ukoll meta jintużaw quddiem verbi oħra bħal kien jiekol, qiegħda tisma', kellu jiltaqa'.
In-nomi:
23] Naf kif innissel nomi diminuttivi jew akkrexxittivi minn oħrajn ġejjin kemm mis-Semitiku kif ukoll mir-Rumanz bħal ġnien-ġnejna; tifel-tfajjel; bank-banketta, bankun; furketta-furkettun; tromba - trumbetta u trumbun.
24] Naf li hemm xi nomi li jitqiesu bħala singular meta jkunu juru ġemgħa bħal folla nies, klassi tfal, mazz karti, serbut nemel, armata suldati. 
25] Naf li xi nomi barranin jista' jkollhom forom differenti tal-plural (kemm dak miksur kif ukoll dak sħiħ) bħal bnadar/bandieri, toroq/triqat, bolli/bolol.
Il-possessiv bl-istat kostrutt:
26] Naf inħaddem il-possessiv billi ninqeda bi frażijiet fl-istat kostrutt bejn żewġ nomi jew aktar bħal bint is-sultan; f'daħlet Bieb il-Belt.
Il-pronomi:
27] Naf nikteb sewwa l-pronomi mehmużin meta jingħaqdu ma' verbi (kemm fl-affermattiv kif ukoll fin-negattiv) u li jkollhom magħqudin magħhom l-oġġett dirett u anke dak indirett, speċjalment meta nuża l-pronomi tat-tielet persuna (u/hu/ha) f'nofs ta' kelma komposta bħal għaddih, m'għaddihiex, għaddihulna, għaddihielna.
28] Naf kif għandi nikteb il-partiċella kontra mas-suffissi pronominali bħal kontrija, kontrih.
L-aġġettiv:
29] Naf inħaddem l-aġġettiv fil-forma tas-superlattiv assolut kemm għal kliem mis-Semitiku kif ukoll dak barrani bħal aħmar nar, interessantissimu, importantissimu.
L-affissazzjoni:
30] Naf nagħraf li hemm għadd ġmielu ta' prefissi li nista' nuża fil-bini ta' kliem ġdid bħal minn edukat nagħmlu maledukat, maledukazzjoni; minn isqof nagħmlu arċisqof; minn nannu nagħmlu bużnannu.
31] Naf meta għandi ngħaqqad il-prefissi mal-kelma u meta għandhom jibqgħu mifrudin bħal antiklerikali, anti-Taljan.
32] Naf li nista' nżid fin-nofs tal-għerq konsonanti barranija biex noħloq forma u tifsira ġdida tal-verb bħal kiser-kisser, waqa'-waqqa'.
33] Naf li ma' nomi, verbi u aġġettivi nista' nżid għadd differenti ta' suffissi (konsonanti u/jew vokali fuq wara tal-kelma) biex nibni kliem b'tifsiriet ġodda bħas-suffissi tal-plural sħiħ, is-suffissi pronominali u tal-perfett, fost l-oħrajn bħal ommijiet, qalbek, ġabet.
Is-sintassi:
34] Naf naqleb is-sentenza attiva għal dik passiva billi nuża kemm il-forom tal-verb kif ukoll il-partiċipju passiv, bħal Il-qattus qabad il-ġurdien - Il-ġurdien inqabad/ġie maqbud mill-qattus.




Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: English Version of the Maltese subject 

L-Aspett tas-Suġġett:

The English Version of the Maltese subject is still being translated




Agħti r-rispons tiegħek hawn