Rispons
EN | MT  

Il-Qasam tat-Tagħlim: L-Umanitajiet

L-Istudji Soċjali > LEVEL 10





Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Jien ħassieb/a kritiku/a u kapaċi nistaqsi permezz ta' sorsi differenti ta' informazzjoni biex nasal għall-konklużjonijiet infurmati sew, razzjonali, ġustifikati u etiċi f'proċess kontinwu ta' awtoriflessjoni li jinkludi l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-opinjonijiet tiegħi. 

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Jien fi ħdan is-Soċjetà: L-Istudji Soċjali (Ġenerali)

1] Kapaċi nistaqsi mistoqsijiet dwar l-avvenimenti u l-kuntesti soċjoekonomiċi u kulturali tal-passat u tal-preżent biex nikkritika l-mod u r-raġuni għala l-Jien tiegħi u dak ta' ħaddieħor żviluppa/qed jiżviluppa u jimmanifesta ruħu b'dan il-mod. 
2] Kapaċi nimmaġina, niddiskuti u nistaqsi mistoqsijiet dwar
l-alternattivi bħal x'jista' jew kieku x'jiġri jekk in-nies jagħtu inqas/aktar rilevanza lill-użu tal-lingwa waħda għall-kuntrarju tal-użu ta' lingwa oħra meta jkunu f'konverżazzjoni.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Jien ħassieb/a kritiku/a u kapaċi nistaqsi mistoqsijiet permezz ta' sorsi differenti ta' informazzjoni biex nasal għall-konklużjonijiet infurmati sew, razzjonali, ġustifikati u etiċi f'proċess kontinwu ta' awto-riflessjoni li jinkludi l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-opinjonijiet tiegħi. 

L-Aspett tas-Suġġett: ​Il-Jien fi ħdan is-Soċjetà - L-Istudji Soċjali (Magħżul) 

1] Kapaċi nevalwa u nirriċerka sa liema punt kapaċi naħdmu f'kuntest lokali, nazzjonali u globali bl-użu ta' data sekondarja jew ta' riċerka fost il-komunità lokali.
L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi naħdem b'mod kreattiv u koperattiv fl-iskola u l-komunità tiegħi biex intejjeb ħajjet ħaddieħor.

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Popolazzjonijiet, l-Iżvilupp u l-Ambjenti - L-Istudji Soċjali (Magħżul)

1] Kapaċi nistaqsi mistoqsijiet u nikkritika l-avvenimenti u l-kuntesti naturali, soċjo-ekonomiċi u kulturali tal-passat u tal-preżent biex nispjega kif u għala l-popolazzjonijiet żviluppaw/qed jiżviluppaw inkluż kif u għala xi persuni jagħżlu li jemigraw minn pajjiżhom, b'modi regolari jew irregolari. 
2] Kapaċi nistaqsi mistoqsijiet u nikkritika sa liema punt ċensiment nazzjonali huwa adekwat biżżejjed biex jiddeskrivi popolazzjoni. 

3] Kapaċi nimmaġina, niddiskuti u nistaqsi alternattivi inkluż x'seta' u/jew x'jista' jiġri jekk in-nies jirrelataw b'mod differenti mad-daqs tal-popolazzjoni. eż. kampanja favur jew kontra r-rati tat-twelid, il-kompożizzjoni tal-popolazzjoni eż. kampanja favur jew kontra d-diversità etnika; l-ingaġġ mal-ambjent soċjali u naturali eż. kampanja favur jew kontra ż-żieda/l-infurzar fil-ġranet mingħajr l-użu tal-karozza privata. 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi naħdem b'mod kreattiv u koperattiv fl-iskola u l-komunità tiegħi biex intejjeb ħajjet ħaddieħor.

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Popolazzjonijiet, l-Iżvilupp u l-Ambjenti - L-Istudji Soċjali (Ġenerali)

1] Kapaċi nevalwa l-livell ta' rabtiet bejn l-ambjenti u t-tendenzi/il-proġetti tal-iżvilupp fil-popolazzjoni li jidher fil-komunità lokali, nazzjonali u internazzjonali tiegħi.
.
2]
Kapaċi nagħmel riċerka bażika li tinkludi tiftix għad-data sekondarja fil-komunità lokali dwar iċ-ċensiment nazzjonali biex niddistingwi l-fatti mill-opinjoni b'relazzjoni mat-tkabbir fil-popolazzjoni, il-kawżi u l-konsegwenzi tal-urbanizzazzjoni f'Malta eż. meta mqabbla ma' pajjiż ieħor fl-Ewropa jew mad-dinja; ir-raġunijiet għall-migrazzjoni interna f'Malta relatata mal-prezz tal-proprjetà eż. meta mqabbla ma' pajjiż ieħor fl-Ewropa jew mad-dinja. 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Jien nirrifletti fuq u nesplora l-identità Maltija tiegħi u r-relazzjonijiet bejn id-diversità u l-identità f'Malta, fl-Ewropa u fid-dinja. 

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Gruppi u l-Istituzzjonijiet Soċjali - L-Istudji Soċjali (Ġenerali)

1] Kapaċi nistaqsi mistoqsijiet u nikkritika l-avvenimenti kulturali u l-kuntesti tal-passat u tal-preżent, naturali, soċjoekonomiċi biex nispjega kif u għala l-gruppi soċjali u l-istituzzjonijiet lokali, nazzjonali u internazzjonali żviluppaw/qed jiżviluppaw. 
2] Kapaċi nistaqsi mistoqsijiet u nikkritika l-kapaċitajiet u n-nuqqasijiet tal-politiki inklużi l-perjodu tad-detenzjoni, il-qsim fil-piżijiet u l-push-back fi ħdan l-Unjoni Ewropea bħala risposta għall-immigrazzjoni irregolari; ir-raġunijiet li nilqgħu/ma nilqgħux lill-immigranti irregolari, il-validilità tal-argumenti favur/kontra li nilqgħu l-immigranti irregolari. 

3] Kapaċi nimmaġina, niddiskuti u nistaqsi mistoqsijiet dwar l-alternattivi inklużi l-kapaċitajiet u n-nuqqasijiet tal-bdil/tat-tneħħija tal-politiki li jinkludu l-perjodu tad-detenzjoni, il-qsim fil-piżijiet u l-push-back fi ħdan l-Unjoni Ewropea bħala risposta għall-immigrazzjoni irregolari. 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Jien nirrifletti fuq u nesplora l-identità Maltija tiegħi u r-relazzjonijiet bejn id-diversità u l-identità f'Malta, fl-Ewropa u fid-dinja. 

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Gruppi u l-Istituzzjonijiet Soċjali - L-Istudji Soċjali (Magħżul)

1] Kapaċi nevalwa sa liema punt il-gruppi u l-istituzzjonijiet soċjali magħżula huma involuti mal-komunità lokali, nazzjonali u internazzjonali tiegħi f'kuntesti soċjali u globali. 
2] Kapaċi nagħmel riċerka bażika li tinkludi t-tiftix ta' data sekondarja fil-komunità lokali dwar iċ-ċensiment/l-istatistiċi għall-gruppi soċjali speċifiċi eż. il-ġenituri waħidhom, in-nies iddivorzjati/separati, in-nies li jgħixu fi djar bi/mingħajr ċerti riżorsi/faċilitajiet u nqabbilhom mat-tendenzi Ewropej u globali.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nidentifika l-proċessi politiċi tal-parteċipazzjoni, tar-rappreżentazzjoni, tal-kampanja għall-bidla u t-teħid tad-deċiżjonijiet u naf kif nieħu sehem f'dawn il-proċessi demokratiċi fl-iskola tiegħi bħall-Kunsill tal-Istudenti u l-ħajja ta' kuljum. Jien nesplora u nevalwa l-kwistjonijiet lokali u globali soċjali, ekonomiċi, politiċi u ambjentali kemm tal-passat kif ukoll tal-preżent. 

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Poter u l-Politika - L-Istudji Soċjali (Ġenerali)

1] Kapaċi nistaqsi mistoqsijiet u nikkritika l-avvenimenti kulturali u l-kuntesti tal-passat u tal-preżent biex niddeskrivi kif u għala l-istrutturi tal-poter u l-politika żviluppaw/qed jiżviluppaw inklużi r-raġunijiet għala l-gvernijiet demokratiċi tal-Punent intervjenew fil-politika/fil-kriżijiet tal-Lvant Nofsani/tat-Tramuntana tal-Afrika. 
.
2] Kapaċi nimmaġina, niddiskuti u nistaqsi mistoqsijiet dwar l-alternattivi inkluż iż-żieda/in-nuqqas ta' dipendenza fuq l-enerġija alternattiva u nispjega kif din tista' taffettwa l-interess tad-demokraziji tal-Punent fl-intervent tagħhom fil-politika/fil-kriżijiet tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika; kif il-bidliet lejn is-sekularizzazzjoni fil-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u Afrikani jistgħu jaffettwaw lid-demokraziji tal-Punent.




Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nidentifika l-proċessi politiċi bażiċi tal-parteċipazzjoni, tar-rappreżentazzjoni, tal-kampanja għall-bidla u t-teħid tad-deċiżjoni u naf kif nieħu sehem f'dawn il-proċessi demokratiċi fl-iskola tiegħi inkluż il-Kunsill tal-Istudenti u l-ħajja ta' kuljum. 

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Poter u l-Politika - L-Istudji Soċjali (Magħżul)

1i] Kapaċi nevalwa/nassessja l-azzjonijiet tal-entità/tal-irwol leġiżlattiv/a, eżekuttiv/a jew ġudizzjarju/a u d-dmir biex nistabilixxi jekk it-tali azzjonijiet humiex taħt, lil hinn jew fil-limiti tal-awtorità tagħhom.
2] Kapaċi nevalwa sa liema punt il-poter u l-istrutturi politiċi magħżula u/jew l-irwol tad-dmirijiet humiex jitħaddmu mal-kuntesti lokali, nazzjonali, internazzjonali, soċjali u globali tiegħi.
3] Kapaċi nagħmel riċerka bażika fil-komunità lokali inkluża r-riċerka fuq ir-referenda f'Malta eż. id-Dħul fl-UE, id-Divorzju u l-Kaċċa fir-Rebbiegħa.
 L-UŻU TAL-MIDJA DIĠITALI



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Jien nirrifiletti fuq u nesplora l-identità Maltija tiegħi u r-relazzjonijiet bejn id-diversità u l-identità f'Malta, fl-Ewropa u fid-dinja. 

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Globalizzazzjoni u l-Konnessjonijiet Globali - L-Istudji Soċjali (Ġenerali)

1] Kapaċi nistaqsi b'mod kritiku l-konnessjonijiet globali kulturali, naturali, soċjoekonomiċi tal-passat u tal-preżent biex nipprova nwieġeb kif u għala l-globalizzazzjoni żviluppat/qed tiżviluppa/se tiżviluppa jew immanifestat/qed timmanifesta ruħha permezz tad-disponibbiltà u l-konsum ta' prodotti mixtri f'Malta jew  online, l-istil ta' ħajja u l-bidla fil-kultura eż. il-Halloween, l-importazzjoni ta' karozzi u prodotti oħrajn.
 L-IMMANIĠĠJAR TAL-UŻU TAL-INTERNET 
2] Kapaċi nimmaġina, niddiskuti u nistaqsi mistoqsijiet dwar l-alternattiv inkluż kif l-impjiegi l-ħodor (green jobs) jistgħu jaffettwaw l-ekonomiji u/jew l-ambjent naturali, soċjali u kulturali.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nirrifletti fuq u nesplora l-identità Maltija tiegħi u r-relazzjonijiet bejn id-diversità u l-identità f'Malta, fl-Ewropa u fid-dinja.

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Globalizzazzjoni u l-Konnessjonijiet Globali - L-Istudji Soċjali (Magħżul)

1] Kapaċi nevalwa sa liema punt il-gruppi soċjali u l-popolazzjonijiet magħżula li jifformaw parti mill-komunità lokali, nazzjonali u internazzjonali qed jimpenjaw ruħhom mal-globalizzazzjoni u mal-konnessjonijiet globali. 
2] Kapaċi nagħmel riċerka bażika li tinkludi t-tiftix għal data sekondarja fil-komunità lokali dwar sa liema punt il-gruppi soċjali u l-popolazzjonijiet magħżula qed jimpenjaw ruħhom mal-globalizzazzjoni u mal-konnessjonijiet globali. 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Jien nimpenja ruħi biex nempatizza u nżomm moħħi miftuħ f'sitwazzjonijiet ta' nuqqas ta' qbil, kontroversja u kunflitt filwaqt li nirrikonoxxi l-konvinzjonijiet u l-preġudizzji tiegħi eż. dawk politiċi, kulturali, reliġjużi, ekonomiċi, sesswali, ta' bejn is-sessi u tal-età.  Jien nifhem kif it-tagħlim dwar l-umanitajiet jista' jarrikixxi l-esperjenza u l-fehim tiegħi tad-dinja u kif tista' tkun ta' valur tul ħajti.

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Kultura - L-Istudji Soċjali (Ġenerali)

1] Kapaċi nistaqsi mistoqsijiet u nikkritika l-avvenimenti u l-kuntesti naturali, soċjoekonomiċi u kulturali tal-passat u tal-preżent biex nagħraf ir-rabtiet tal-aspetti kulturali mill-komunità lokali, nazzjonali u internazzjonali li żviluppaw/qed jiżviluppaw inkluż l-istil ta' ħajja fi ħdan raħal tradizzjonali Malti meta mqabbel ma' żona multikulturali f'Malta. 

 IT-TAGĦLIM SOĊJALI 
2] Kapaċi nimmaġina, niddiskuti u nistaqsi mistoqsijiet dwar l-alternattivi inkluż għala l-gvernijiet jgħarblu l-aċċess tal-internet biex iwaqqfu l-piraterija diġitali u l-pornografija tat-tfal; id-dħul ta' artist jiddependi fuq id-dħul iġġenerat mill-bejgħ tal-artifatti artistiċi; l-artifatt artistiku jista' jkun xi ħaġa li tinxtara u/jew tinbiegħ.

 IT-TAGĦLIM SOĊJALI



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Jien nimpenja ruħi biex nempatizza u nżomm moħħi miftuħ f'sitwazzjonijiet ta' nuqqas ta' qbil, kontroversja u kunflitt filwaqt li nirrikonoxxi l-konvinzjonijiet u l-preġudizzji tiegħi eż. dawk politiċi, kulturali, reliġjużi, ekonomiċi, sesswali, ta' bejn is-sessi u tal-età.

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Kultura - L-Istudji Soċjali (Magħżul)

1] Kapaċi nevalwa sa liema punt il-gruppi soċjali u l-popolazzjonijiet magħżula, li jifformaw parti mill-komunità lokali, nazzjonali u internazzjonali u mill-kuntesti globali, qed jinvolvu ruħhom mal-kultura. 
2] Kapaċi nagħmel riċerka bażika inkluż it-tiftix għal data sekondarja fil-komunità lokali dwar il-punt sa fejn il-gruppi soċjali u l-popolazzjonijiet magħżula qed jinvolvu ruħhom mal-kultura.  



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Jien nifhem li l-valuri demokratiċi hekk kif imnaqqxa fil-Kostituzzjoni ta' Malta u fid-dokumenti internazzjonali huma vulnerabbli għal theddid ostili differenti. B'riżultat ta' hekk, nimpenja ruħi biex nipproteġi d-demokrazija bħala wirt għall-ġenerazzjonijiet futuri billi nippromwovi u nappoġġja t-tali valuri meta u fejn ikunu mhedda.  Jien nesplora u nevalwa x-xebh, id-differenza, il-bidla u l-kontinwità kemm fil-passat kif ukoll fil-preżent.  ​

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Bidla Soċjali - L-Istudji Soċjali (Ġenerali)

1] Kapaċi nistaqsi mistoqsijiet u nikkritika l-avvenimenti naturali, soċjoekonomiċi u kulturali tal-passat u tal-preżent u nispjega r-rabta tal-każijiet ta' bidla soċjali u għala jimmanifestaw/mmanifestaw b'dan il-mod.  
2] Kapaċi nimmaġina, niddiskuti u nistaqsi mistoqsijiet dwar l-alternattivi.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Jien nesplora u nevalwa x-xebh, id-differenza, il-bidla u l-kontinwità kemm fil-passat kif ukoll fil-preżent. 

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Bidla Soċjali - L-Istudji Soċjali (Magħżul)

1] Kapaċi nevalwa sa liema punt il-gruppi soċjali, il-popolazzjonijiet u ż-żoni ġeografiċi li jifformaw parti mill-komunità lokali, nazzjonali u internazzjonali huma affettwati mill-każijiet/aspetti magħżula tal-bidla soċjali.
2] Kapaċi nagħmel riċerka bażika li tinkludi t-tiftix għal data sekondarja fil-komunità lokali dwar sa liema punt il-gruppi soċjali, il-popolazzjonijiet u ż-żoni ġeografiċi huma affettwati mill-każijiet/aspetti magħżula tal-bidla soċjali.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nsemmi u nispjega d-drittijiet umani tiegħi li ma ngħaddix lil ħaddieħor u kif dawn huma restritti mid-drittijiet tal-oħrajn.

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Kriminalità, id-Devjazzjoni u l-Kontroll Soċjali - L-Istudji Soċjali (Ġenerali)

1] Kapaċi nikkritika u nistaqsi mistoqsijiet dwar il-manifestazzjonijiet u l-interpretazzjonijiet tal-passat u tal-preżent tal-kriminalità, tad-devjazzjoni u tal-kontroll soċjali inkluż ir-raġunijiet wara d-detenzjoni tal-immigranti irregolari li jaslu f'Malta, fiċ-ċentri ta' detenzjoni u l-alternattivi possibbli; il-konsegwenza soċjali tad-detenzjoni; il-liġi internazzjonali; ir-raġunijiet wara l-liġi tal-piena tal-mewt f'xi wħud mill-istati fl-Istati Uniti; ir-raġunijiet wara r-rikonoxximent tad-drittijiet riproduttivi alternattivi; jekk numru sinifikanti ta' ħabsin fil-faċilità korrettiva ta' Malta jiksru l-liġi ripetutament; jekk il-ħin meħud mis-sistemi biex jikkonfermaw jekk persuna hijiex ħatja humiex adekwati. 
2] Kapaċi nimmaġina, niddiskuti u nistaqsi mistoqsijiet dwar l-alternattivi.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nsemmi u nispjega d-drittijiet umani tiegħi li ma ngħaddix lil ħaddieħor u kif dawn huma restritti mid-drittijiet tal-oħrajn.

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Kriminalità, id-Devjazzjoni u l-Kontroll Soċjali - L-Istudji Soċjali (Magħżul)

1] Kapaċi nfittex verdett/sentenza maħruġ/a mill-Qrati Maltin. 
2] Kapaċi nevalwa l-estent tal-manifestazzjonijiet tal-kriminalità, tad-devjazzjoni u tal-kontroll soċjali fil-lokalità lokali, nazzjonali u internazzjonali u fil-kuntesti soċjali u globali tiegħi.
3] Kapaċi nagħmel riċerka bażika li tinkludi t-tiftix għal data sekondarja fil-komunità lokali dwar l-estent tal-manifestazzjonijiet tal-kriminalità, tad-devjazzjoni u l-kontroll soċjali. 




Agħti r-rispons tiegħek hawn