Rispons
EN | MT  

Il-Qasam tat-Tagħlim: L-Umanitajiet

L-Istudji Soċjali > LEVEL 5





Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Jien ħassieb/a kritiku/a u kapaċi nistaqsi permezz ta' sorsi differenti ta' informazzjoni biex nasal għall-konklużjonijiet infurmati sew, razzjonali, ġustifikati u etiċi f'proċess kontinwu ta' awtoriflessjoni li jinkludi l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-opinjonijiet tiegħi. 

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Jien fi ħdan is-Soċjetà: L-Istudji Soċjali (Ġenerali)

1] Kapaċi nispjega karatteristika fiżika tal-Jien.
2] Kapaċi nispjega karatteristika soċjali tal-Jien.
3] Kapaċi nsemmi lista ta' karatteristiċi tal-Jien fija nnifsi u f'nies oħrajn.
 IL-LINGWA ESPRESSIVA
4] Kapaċi nsemmi l-karatteristiċi soċjali li jinkludu dawk fiżiċi eż. il-kulur tal-ġilda, dawk soċjali eż. il-lingwa/i mitħaddta u l-karatteristika fiżika kif ukoll soċjali eż. id-diż/l-abbiltà 
 L-IPPJANAR U R-RIFLESSJONI
5] Kapaċi nsemmi s-sentimenti li l-membri tas-soċjetà kapaċi jħossu fosthom il-ferħ, id-dwejjaq, il-biża', l-imħabba, ir-rabja eċċ.
 IL-LINGWA ESPRESSIVA
6] Kapaċi nsemmi eżempji biex nuri meta xi ħadd iħossu differenti minn ħaddieħor. 
 L-IPPJANAR U R-RIFLESSJONI
7] Kapaċi nidentifika sitwazzjonijiet meta xi ħadd iħossu differenti minn ħaddieħor.
 
 IT-TAGĦLIM SOĊJALI



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi naħdem b'mod kreattiv u koperattiv fl-iskola u l-komunità tiegħi biex intejjeb ħajjet ħaddieħor.

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Popolazzjonijiet, l-Iżvilupp u l-Ambjenti - L-Istudji Soċjali (Magħżul)

 1] Kapaċi nispjega x'inhu ambjent fiżiku u soċjali. 
 
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
2] Kapaċi nidentifika ambjent naturali jew mhux naturali u soċjali. 
 
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
3] Kapaċi nesprimi eżempji tal-ambjent kemm naturali u soċjali jew mhux naturali kemm b'mod verbali kif ukoll b'mod mhux verbali 
 
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
4] Kapaċi nqabbel postijiet fiż-żona lokali tiegħi f'termini ta' similaritajiet u differenzi u niddistingwi bejn ambjent naturali, soċjali u mhux naturali inkluż id-differenza bejn belt urbana u raħal rurali. eż. Tas-Sliema u villaġġ eż. Is-Siġġiewi.
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
5] Kapaċi nosserva fatti bażiċi dwar l-ambjent lokali, nazzjonali, internazzjonali, naturali u soċjali tiegħi.
 
 TAGĦLIM KONJITTIV
6] Kapaċi nidentifika fatti bażiċi dwar l-ambjent lokali, nazzjonali, internazzjonali, naturali u soċjali tiegħi. 
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
7] Kapaċi nesprimi l-fatti bażiċi dwar l-ambjent lokali, nazzjonali, internazzjonali, naturali u soċjali tiegħi. 
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
8] Kapaċi nsemmi: l-isem tal-lokalità tiegħi, ta' pajjiżi u tal-Prim Ministru u tal-President preżenti; l-ismijiet tal-gżejjer li jifformaw l-arċipelagu Malti inklużi Malta, Għawdex, Kemmuna, Kemmunett, Filfla, il-Gżejjer ta' San Pawl, Manoel Island u l-Ġebla
tal-Ġeneral; id-daqs ġeografiku u tal-popolazzjoni ta' Malta u l-post ġeografiku tagħha fil-Baħar Mediterran; l-Unjoni Ewropea; u l-Ewropa bħala kontinent u d-dinja
9] Kapaċi nsemmi dawn il-kontinenti li ġejjin: l-Afrika, l-Amerika, l-Antartika, l-Ażja, l-Awstralja u l-Ewropa u l-oċeani: l-Oċean Artiku, l-Oċean Atlantiku, l-Oċean Indjan, l-Oċean Paċifiku u l-Oċean tan-Nofsinhar.
10] Kapaċi niġbor informazzjoni jew oġġetti b'mod etiku u sostenibbli mill-ambjent lokali tiegħi eż. ġebla partikolari jew werqa niexfa mill-iskola, mid-dar jew minn ġnien. 
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
11] Kapaċi nirreġistra u nippreżenta informazzjoni dwar l-oġġetti u l-informazzjoni miġbura eż. permezz tal-kitba, tat-tpinġijiet u tad-dijagrammi. 
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
12] Kapaċi nippreżenta informazzjoni dwar l-oġġetti u l-informazzjoni miġbura eż. permezz tal-kitba, tat-tpinġijiet u tad-dijagrammi. 
13] Kapaċi nispjega r-rekords u r-rappreżentazzjonijiet tal-informazzjoni li ġbart. 
14] Kapaċi nidentifika l-emblema u l-bandiera tal-lokalità tiegħi; l-emblema
(l-arma uffiċjali) ta'
Malta; il-bnadar ta' Malta u tal-Unjoni Ewropea.
 
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
15] Kapaċi nesprimi b'mod verbali/mhux verbali l-emblema tal-lokalità tiegħi; il-bnadar ta' Malta u tal-Unjoni Ewropea.

 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
16] Kapaċi nidentifika postijiet fuq il-mapep inklużi l-gżejjer kollha ta' Malta; bliet sinifikattivi eż. il-Belt Valletta, l-Imdina, il-Kottonera li tinkludi l-Birgu, l-Isla u Bormla u r-Rabat Għawdex; lokalitajiet oħra eż. Tas‐
Sliema 
u rħula sinifikattivi eż. Marsaxlokk, portijiet eż. il-Port il-Kbir, Marsamxett, il-Port Ħieles, iċ-Ċirkewwa u l-Imġarr Għawdex; xi pajjiżi Mediterranji, bliet kapitali u bnadar. 
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
17] Kapaċi npoġġi f'sekwenza l-avvenimenti u l-artifatti.
18] Kapaċi nsegwi skema t
a' żmien. 
19] Kapaċi nidentifika fuq mappa u nagħżel pajjiżi Mediterranji li għandhom wirt storiku importanti.
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
20] Kapaċi nsemmi/nagħżel pajjiżi Mediterranji li għandhom wirt storiku importanti.
IT-TAGĦLIM KONJITTIV
21] Kapaċi nispjega/nagħżel eżempji li jibqgħu wirt storiku; il-piramidi fl-Eġittu, l-Akropoli fil-Greċja, il-Kolossew fl-Italja.
 NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Jien nirrifletti fuq u nesplora l-identità Maltija tiegħi u r-relazzjonijiet bejn id-diversità u l-identità f'Malta, fl-Ewropa u fid-dinja. 

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Gruppi u l-Istituzzjonijiet Soċjali - L-Istudji Soċjali (Ġenerali)

1] Kapaċi nagħmel lista ta' eżempji ta' gruppi soċjali u istituzzjonijiet lokali, nazzjonali u internazzjonali. 
 

 IT-TAGĦLIM SOĊJALI
2] Kapaċi niddeskrivi l-gruppi soċjali u l-istituzzjonijiet lokali, nazzjonali u internazzjonali li jinkludu l-familja, il-ħbieb, il-komunità lokali, l-organizzazzjonijiet reliġjużi u l-midja. 

 IT-TAGĦLIM SOĊJALI
3] Kapaċi niddiskuti l-kapaċitajiet u n-nuqqasijiet tal-attivitajiet/karatteristiċi tal-gruppi soċjali u istituzzjonijiet lokali, nazzjonali u internazzjonali inklużi l-kapaċitajiet u n-nuqqasijiet tar-riċiklaġġ u ta' meta ma jsirx riċiklaġġ ta' oġġetti riċiklabbli fl-iskola tiegħi. 

 IT-TAGĦLIM SOĊJALI



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nidentifika l-proċessi politiċi tal-parteċipazzjoni, tar-rappreżentazzjoni, tal-kampanja għall-bidla u t-teħid tad-deċiżjonijiet u naf kif nieħu sehem f'dawn il-proċessi demokratiċi fl-iskola tiegħi bħall-Kunsill tal-Istudenti u l-ħajja ta' kuljum. Jien nesplora u nevalwa l-kwistjonijiet lokali u globali soċjali, ekonomiċi, politiċi u ambjentali kemm tal-passat kif ukoll tal-preżent. 

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Poter u l-Politika - L-Istudji Soċjali (Ġenerali)

1] Kapaċi nsemmi eżempji tal-istrutturi ta' poter fil-komunità lokali, nazzjonali u internazzjonali u fl-inħawi u l-kuntest soċjali tiegħi bħall-Amministrazzjoni tal-Iskola, il-Kunsilli Lokali, il-gwardjani lokali, il-Korp tal-Pulizija, il-Qrati u l-Gvern ta' Malta. 
2] Kapaċi nsemmi l-funzjonijiet tal-istrutturi tal-poter inkluż l-ordni, is-sigurtà, l-istabbiltà u l-ġustizzja. 

3] Kapaċi nispjega d-differenza bejn id-dritt u d-dmir lejn ir-regoli/il-liġijiet. 
4] Kapaċi nsemmi l-vantaġġi u l-iżvantaġġi li jkun hemm regoli u liġijiet. 
5] Kapaċi nsemmi eżempji biex nuri meta l-istrutturi tal-poter ġew ikkontestati bħall-avvenimenti storiċi li jinkludu lil Dun Mikiel Xerri u lil sħabu, lil Mikiel Anton Vassalli u l-vittmi tas-7 ta' Ġunju 1919 (is-Sette Giugno).
6] Kapaċi niddistingwi bejn l-irwol tal-Prim Ministru bħala membru elett fil-Parlament u l-irwol tal-President ta' Malta magħżul mill-Parlament. 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Jien nirrifiletti fuq u nesplora l-identità Maltija tiegħi u r-relazzjonijiet bejn id-diversità u l-identità f'Malta, fl-Ewropa u fid-dinja. 

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Globalizzazzjoni u l-Konnessjonijiet Globali - L-Istudji Soċjali (Ġenerali)

1] Kapaċi nagħraf ir-rabtiet bejn il-wirt u l-fdalijiet storiċi f'Malta u l-moviment tan-nies i.e. il-migrazzjoni, il-kolonizzazzjoni u l-influwenza fuq l-identità Maltija Ewropea inkluża l-evidenza mill-fuħħar ta' żmien il-Feniċji eż. f'Tas-Silġ f'Marsaxlokk; id-Domus Romana fir-Rabat Malta; il-Villa Rumana fiż-Żejtun; il-Banjijiet Rumani f'Għajn Tuffieħa; l-Imdina; il-Kavallieri u l-Konkatidral ta' San Ġwann. 
2] Kapaċi nsemmi eżempji ta' globalizzazzjoni inkluż meta Malta saret stat membru tal-Unjoni Ewropea u stat firmatorju Ġnus Magħquda; il-mużika tradizzjonali eż. mill-għana sal-parteċipazzjoni ta' Malta fil-Junior Eurovision u l-Eurovision; l-iżviluppi arkitettoniċi li jixhdu l-kolonizzazzjoni, it-tradizzjoni; eż. razzett, l-użu tal-franka, l-użu ta' gallariji tal-injam; sal-influwenzi kontemporanji eż. il-binjiet tal-konkos, il-prodotti tal-aluminju, eċċ.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Jien nimpenja ruħi biex nempatizza u nżomm moħħi miftuħ f'sitwazzjonijiet ta' nuqqas ta' qbil, kontroversja u kunflitt filwaqt li nirrikonoxxi l-konvinzjonijiet u l-preġudizzji tiegħi eż. dawk politiċi, kulturali, reliġjużi, ekonomiċi, sesswali, ta' bejn is-sessi u tal-età.  Jien nifhem kif it-tagħlim dwar l-umanitajiet jista' jarrikixxi l-esperjenza u l-fehim tiegħi tad-dinja u kif tista' tkun ta' valur tul ħajti.

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Kultura - L-Istudji Soċjali (Ġenerali)

1] Kapaċi nsemmi aspetti tal-komunità lokali, nazzjonali u internazzjoni li huma maqsuma fost il-parteċipanti tat-tali kuntesti. 
2] Kapaċi nsemmi aspetti li huma preżenti fil-ħajjiet tal-parteċipanti tal-komunità lokali, nazzjonali u internazzjonali li mhumiex preżenti f'tiegħi inkluż it-twelid f'/l-ivvjaġġar lejn pajjiż differenti. 
3] Kapaċi nsemmi eżempji ta' sitwazzjonijiet li jiġru kuljum fejn jien naqsam l-esperjenzi ma' persuni li jaqsmu s-similaritajiet u d-differenzi tagħhom miegħi inklużi dawk il-ħbieb fil-klassi li ma twildux Malta imma xorta jaqsmuhom miegħi għax qegħdin flimkien fit-tielet sena tal-primarja.
4] Kapaċi nidentifika l-lingwa Maltija u l-Innu Nazzjonali Malti bħala xi ħaġa komuni fost in-nies li jgħixu f'Malta. 

5] Kapaċi nsemmi eżempji tal-kultura Maltija. 
6] Kapaċi nsemmi prattiċi/ritwali li huma parti mill-identità Maltija bħall-Innu Nazzjonali, il-festa tar-raħal bil-logħob tan-nar, it-tiżjin fit-toroq, il-marċijiet, il-purċissjoni u l-ġostra; it-tradizzjonijiet tal-Milied li jinkludu l-presepju, il-prietka tat-tifel u l-purċissjoni bl-istatwa ta' Ġesu Bambin; it-tradizzjonijiet tal-Karnival li jinkludu l-parata, il-kukkanja u l-maskaruni; il-Ġimgħa l-Kbira li tinkludi l-pageants u l-purċissjonijiet; l-adorazzjoni ta' Ħamis ix-Xirka li tinkludi s-Seba' Viżti; il-festi tradizzjonali Maltin li jinkludu l-Imnarja fil-Buskett, San Girgor fiż-Żejtun u Ħadd in-Nies f'Ħaż-Żabbar; l-ikel tradizzjonali Malti li jinkludi l-fenek, l-għagin il-forn, is-soppa tal-armla, il-bigilla, il-ġbejniet u l-pastizzi; il-ħwejjeġ tradizzjonali Maltin li jinkludu l-għonnella u t-terħa; il-kant folkloristiku Malti li jinkludi l-għana; l-istrumenti folkloristiċi bħaż-ż-żaqq u ż-żafżafa; il-logħob tradizzjonali Malti bħall-passju, iż-żibeġ u l-boċċi; u d-djaletti Maltin inklużi dawk taż-Żejtuni, il-Qormi u l-Għawdxi. 
7] Kapaċi nagħraf ir-rabtiet bejn is-simboli kulturali u l-avvenimenti storiċi u l-leġġendi tradizzjonali inkluża l-leġġenda tal-bandiera Maltija li ngħatat lil Malta mill-Konti Ruġġieru fl-1091; in-numru ta' stilel fuq il-bandiera tal-UE bħala rappreżentazzjoni tas-simbolu tal-unità. 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Jien nifhem li l-valuri demokratiċi hekk kif imnaqqxa fil-Kostituzzjoni ta' Malta u fid-dokumenti internazzjonali huma vulnerabbli għal theddid ostili differenti. B'riżultat ta' hekk, nimpenja ruħi biex nipproteġi d-demokrazija bħala wirt għall-ġenerazzjonijiet futuri billi nippromwovi u nappoġġja t-tali valuri meta u fejn ikunu mhedda.  Jien nesplora u nevalwa x-xebh, id-differenza, il-bidla u l-kontinwità kemm fil-passat kif ukoll fil-preżent.  ​

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Bidla Soċjali - L-Istudji Soċjali (Ġenerali)

1] Kapaċi nsemmi oġġetti u aspetti tal-komunità lokali, nazzjonali u internazzjonali li għaddew u/jew qed jgħaddu minn bidla soċjali.
 
2] Kapaċi nidentifika mill-inqas kawża waħda mill-eżempji/każijiet imsemmija ta' bidla soċjali.
3] Kapaċi nidentifika mill-inqas konsegwenza waħda tal-każijiet/eżempji msemmija ta' bidla soċjali inkluż il-bidla fil-mezzi tat-trasport minn żmien għal żmien eż. il-karrettun, il-karozzin u l-ferrovija; bidla fl-okkupazzjonijiet minn żmien għal żmien eż. is-senniena għall-għodod, il-bejjiegħ tal-pitrolju.
4] Kapaċi nidentifika l-konsumeriżmu tal-passat u tal-preżent u l-kawżi ta' din il-bidla inkluż il-progress teknoloġiku u t-tħassib fuq l-ambjent u l-konsegwenzi ta' din il-bidla inkluż ir-rimi bl-addoċċ/ir-riċiklar bil-galbu eż. settijiet antiki tat-televiżjoni.
5] Kapaċi nqabbel l-ismijiet tat-tipi tas-soċjetajiet ewlenin li dehru fl-istorja tad-dinja bi spjegazzjoni, inkluż is-soċjetà preistorika li nafu dwarha bis-saħħa tal-fdalijiet li nstabu fit-tempji u l-għodda iżda m'hemm l-ebda evidenza bil-miktub ta' dan. 
6] Kapaċi nagħraf id-differenza bejn affarijiet antiki u ġodda u nidentifika l-affarijiet antiki bħala sorsi. 

7] Kapaċi nagħti eżempji ta' sorsi storiċi primarji i.e. l-artifatti storiċi oriġinali.
8] Kapaċi nikkummenta dwar l-użu oriġinali tas-sorsi storiċi primarji.
9] Kapaċi nikkummenta dwar il-kuntest ġenerali tal-oriġini tas-sorsi storiċi primarji.
10] Kapaċi niġbor informazzjoni minn sorsi u ngħid għala sors kien miktub, impinġi u/jew diskuss inkluż il-fdalijiet arkeoloġiċi tat-tempji ta' soċjetajiet sempliċi li kienu jintużaw għat-talb; il-mapep u l-ittri ddatati qabel jew wara Kristu li kienu jintużaw biex tiġi kkomunikata l-informazzjoni.
.
11] Kapaċi nagħti eżempji ta' sorsi storiċi sekondarji i.e. x'kitbu l-istoriċi bħala interpretazzjoni tagħhom ta' perjodu storiku. 
12] Kapaċi nikkummenta dwar l-użu tas-sorsi storiċi sekondarji li jinkludu l-kotba tal-istorja li jgħidu l-istorja ta' pajjiż/tad-dinja.
13] Kapaċi nagħti eżempji tas-sorsi tal-istorja li simultanjament huma sorsi primarji u sekondarji.
14] Kapaċi nikkummenta dwar l-użu tas-sorsi tal-istorja li simultanjament huma sorsi primarji u sekondarji.
15] Kapaċi nikkummenta dwar il-kuntest ġenerali tas-sorsi tal-istorja li huma simultanjament sorsi primarji u sekondarji li jinkludu ritratt ta' monument li jfakkar it-Tieni Gwerra Dinjija meħud fi żmien meta l-monument kien għadu kif tlesta hekk kif innotat mill-affarijiet tiegħu tal-madwar li jidhru differenti mill-mod kif jidhru llum. 
16] Kapaċi nipparteċipa f'żjarat fuq il-post, nimmaniġġja l-evidenza storika waqt il-lezzjoni u nistaqsi mistoqsijiet fuq l-evidenza li ġiet ippreżentata lili inkluż liem biċċiet mill-fuħħar jistgħu jifformaw parti minn/jintużaw għal xi ħaġa; x'tip ta' ħajja għexu l-persuni li bnew it-tempji/għamlu l-mapep/kitbu l-ittri.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nsemmi u nispjega d-drittijiet umani tiegħi li ma ngħaddix lil ħaddieħor u kif dawn huma restritti mid-drittijiet tal-oħrajn.

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Kriminalità, id-Devjazzjoni u l-Kontroll Soċjali - L-Istudji Soċjali (Ġenerali)

1] Kapaċi nsemmi eżempji ta' azzjonijiet fil-komunità lokali, nazzjonali u internazzjonali li huma skoraġġiti inkluż meta ma tkunx edukat; ma tagħmilx ix-xogħol tad-dar (homework); is-serq; il-gideb. 
2] Kapaċi nagħraf ir-rabtiet bejn l-azzjonijiet rakkomandati/skoraġġiti u l-konsegwenzi negattivi inkluż meta ma jkollokx ħbieb; tkun mal-familja jew l-iskola tmur il-ħabs. 




Agħti r-rispons tiegħek hawn