Rispons
EN | MT  

Il-Qasam tat-Tagħlim: L-Umanitajiet

L-Istudji Soċjali > LEVEL 8





Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Jien ħassieb/a kritiku/a u kapaċi nistaqsi permezz ta' sorsi differenti ta' informazzjoni biex nasal għall-konklużjonijiet infurmati sew, razzjonali, ġustifikati u etiċi f'proċess kontinwu ta' awtoriflessjoni li jinkludi l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-opinjonijiet tiegħi. 

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Jien fi ħdan is-Soċjetà: L-Istudji Soċjali (Ġenerali)

1] Kapaċi nsemmi l-avvenimenti u l-kuntesti soċjoekonomiċi u kulturali u l-personaġġi/movimenti magħżula tal-passat u tal-preżent li b'mod sinifikanti huma marbuta mal-Jien tiegħi u ta' ħaddieħor żviluppaw/qed jiżviluppaw u jimmanifestaw/mmanifestaw ruħhom inkluż il-kolonizzazzjoni, ir-Revoluzzjoni Industrijali, id-dħul fl-UE, il-festi nazzjonali li jagħtu sens ta' kburija, l-identità, l-Indipendenza, il-Ħelsien, ir-rispett, iċ-ċittadinanza, il-kontribut lejn is-soċjetà; Karl Marx u l-effett tal-Jien fi ħdan klassijiet ekonomiċi u/jew soċjali differenti.
 IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
2] Kapaċi nispjega d-distinzjoni bejn it-tipi magħżula tal-identità li jistgħu jinkludu l-Jien; nazzjonali, lokali, komunitarju, l‐identità
tal‐ġeneru, reliġjuż, tal-klassi u globali.  
.




Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Jien ħassieb/a kritiku/a u kapaċi nistaqsi mistoqsijiet permezz ta' sorsi differenti ta' informazzjoni biex nasal għall-konklużjonijiet infurmati sew, razzjonali, ġustifikati u etiċi f'proċess kontinwu ta' awto-riflessjoni li jinkludi l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-opinjonijiet tiegħi. 

L-Aspett tas-Suġġett: ​Il-Jien fi ħdan is-Soċjetà - L-Istudji Soċjali (Magħżul) 

1] Kapaċi nagħmel riċerka bażika dwar persuni storiċi biex nanalizza kif l-identitajiet tagħhom affettwaw ix-xogħlijiet tagħhom u s-soċjetà. 
 IL-QARI U L-FEHIM
2] Kapaċi nevalwa x-xogħlijiet u l-impatt ta' personaġġi storiċi influwenti f'termini ta' riżultati pożittivi u/jew negattivi bħall-identità morali u l-valuri tal-ħajja ta' Martin Luther King li stabilixxew ix-xogħol tiegħu u l-iżviluppi li ġew wara fl-isfera tad-drittijiet ċivili. 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi naħdem b'mod kreattiv u koperattiv fl-iskola u l-komunità tiegħi biex intejjeb ħajjet ħaddieħor.

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Popolazzjonijiet, l-Iżvilupp u l-Ambjenti - L-Istudji Soċjali (Magħżul)

1] Kapaċi nsemmi l-avvenimenti, il-kuntesti u l-movimenti storiċi magħżula relatati mal-passat u mal-preżent, naturali, soċjoekonomiċi li b'mod sinifikanti huma marbuta mal-mod kif il-popolazzjonijiet żviluppaw/qed jiżviluppaw inkluż id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948; l-irwol taċ-ċittadini fir-rewwixti tar-Rebbiegħa Għarbija fl-2011. 
 L-UŻU TAL-MIDJA DIĠITALI
2] Kapaċi nispjega l-iżvilupp sostenibbli. 
3] Kapaċi nidentifika eżempji ta' żvilupp in/sostenibbli fil-kuntesti lokali, nazzjonali u internazzjonali tiegħi. 
 NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
4] Kapaċi nsemmi eżempji ta' żvilupp in/sostenibbli fil-kuntesti lokali, nazzjonali u internazzjonali tiegħi.
 NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
5] Kapaċi nissuġġerixxi eżempji ta' żvilupp in/sostenibbli fil-kuntesti lokali, nazzjonali u internazzjonali tiegħi inkluż it-trasformazzjoni tal-iskart f'riżorsa fl-impjant tar-riċiklaġġ tal-iskart f'Sant'Antnin, f'Marsaskala. 
NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi naħdem b'mod kreattiv u koperattiv fl-iskola u l-komunità tiegħi biex intejjeb ħajjet ħaddieħor.

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Popolazzjonijiet, l-Iżvilupp u l-Ambjenti - L-Istudji Soċjali (Ġenerali)

1] Kapaċi nagħmel riċerka bażika dwar kif popolazzjonijiet partikolari u l-kuntesti lokali, nazzjonali u internazzjonali tiegħi żviluppaw/qed jiżviluppaw.
NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
2] Kapaċi nevalwa l-impatt tat-tali żviluppi fuq is-soċjetà f'termini ta' riżultati pożittivi u negattivi inklużi l-effetti ta' konsegwenzi differenti tal-popolazzjonijiet li qed jixjieħu u l-iżvilupp sostenibbli. 
 NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Jien nirrifletti fuq u nesplora l-identità Maltija tiegħi u r-relazzjonijiet bejn id-diversità u l-identità f'Malta, fl-Ewropa u fid-dinja. 

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Gruppi u l-Istituzzjonijiet Soċjali - L-Istudji Soċjali (Ġenerali)

1] Kapaċi nsemmi l-avvenimenti, il-kuntesti u l-movimenti storiċi magħżula relatati mal-passat u mal-preżent, naturali, soċjoekonomiċi li b'mod sinifikanti huma marbuta mal-mod kif il-gruppi u l-istituzzjonijiet soċjali, li jifformaw parti mill-kuntesti lokali, nazzjonali u internazzjonali tiegħi, żviluppaw/qed jiżviluppaw inklużi l-impatt tar-Rivoluzzjoni Industrijali fuq l-ekonomija, l-irwol tal-movimenti femminili 
u tal-persuni li ġġieldu għad-drittijiet tan-nisa fuq il-preżenza akbar tagħhom f'pożizzjonijiet ta' awtorità u tat-teħid tad-deċiżjonijiet eż. l-eks-President Agatha Barbara, il-President attwali Marie Louise Coleiro Preca u l-eks-Prim Ministru Ingliż Margaret Thatcher, l-impatt tal-Gwerra Bierda fuq l-iżvilupp teknoloġiku tal-midja u l-irwol ta' Martin Luther King u Nelson
Mandela fil-liġi tad-diskriminazzjoni razzjali fl-Istati Uniti u l-Afrika t'Isfel rispettivament. 




Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Jien nirrifletti fuq u nesplora l-identità Maltija tiegħi u r-relazzjonijiet bejn id-diversità u l-identità f'Malta, fl-Ewropa u fid-dinja. 

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Gruppi u l-Istituzzjonijiet Soċjali - L-Istudji Soċjali (Magħżul)

1] Kapaċi nagħmel riċerka bażika dwar il-gruppi soċjali u l-istituzzjonijiet lokali, nazzjonali u internazzjonali magħżula. 
.

2] Kapaċi nivvaluta l-impatt ta' dawn il-gruppi soċjali u l-istituzzjonijiet fuq is-soċjetà u nindika riżultati pożittivi u negattivi.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nidentifika l-proċessi politiċi tal-parteċipazzjoni, tar-rappreżentazzjoni, tal-kampanja għall-bidla u t-teħid tad-deċiżjonijiet u naf kif nieħu sehem f'dawn il-proċessi demokratiċi fl-iskola tiegħi bħall-Kunsill tal-Istudenti u l-ħajja ta' kuljum. Jien nesplora u nevalwa l-kwistjonijiet lokali u globali soċjali, ekonomiċi, politiċi u ambjentali kemm tal-passat kif ukoll tal-preżent. 

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Poter u l-Politika - L-Istudji Soċjali (Ġenerali)

1] Kapaċi nsemmi l-istrutturi magħżula tal-poter u l-politika u l-movimenti relatati mal-istorja li fformaw l-avvenimenti kulturali u l-kuntesti naturali u soċjoekonomiċi tal-passat u tal-preżent li jifformaw parti mill-kuntesti lokali, nazzjonali u internazzjonali tiegħi inkluż Martin Luther King, il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, iż-żieda fid-drittijiet għall-minoritajiet, il-gruppi ta' interess ambjentali, l-organizzazzjonijiet non-governattivi u d-demokrazija diretta/parteċipattiva li tinkludi l-kampanji, il-petizzjonijiet u r-referenda. 
2] Kapaċi niddistingwi bejn l-istrutturi tal-poter u d-dinamika tal-gvern eż. il-Parlament u l-elezzjoni ġenerali; l-istrutturi tal-poter u d-dinamika tal-governanza eż. il-Kunsilli Lokali u d-digrieti lokali tas-settur leġiżlattiv, amministrattiv u ġudizzjarju. 
.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nidentifika l-proċessi politiċi bażiċi tal-parteċipazzjoni, tar-rappreżentazzjoni, tal-kampanja għall-bidla u t-teħid tad-deċiżjoni u naf kif nieħu sehem f'dawn il-proċessi demokratiċi fl-iskola tiegħi inkluż il-Kunsill tal-Istudenti u l-ħajja ta' kuljum. 

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Poter u l-Politika - L-Istudji Soċjali (Magħżul)

1] Kapaċi nagħmel riċerka bażika dwar il-poter u l-istrutturi politiċi li jifformaw parti mill-kuntesti lokali, nazzjonali u internazzjonali tiegħi.
2] Kapaċi nevalwa l-impatt tal-poter u tal-istrutturi politiċi fuq is-soċjetà inkluż ir-riżultati pożittivi u negattivi ta' tipi/modi differenti ta' gvernijiet fuq iċ-ċittadinanza; il-libertà tal-espressjoni taħt gvernijiet demokratiċi kontra gvernijiet totalitarji; ir-rappreżentazzjoni fi ħdan gvernijiet demokratiċi b'żewġ partiti jew aktar.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Jien nirrifiletti fuq u nesplora l-identità Maltija tiegħi u r-relazzjonijiet bejn id-diversità u l-identità f'Malta, fl-Ewropa u fid-dinja. 

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Globalizzazzjoni u l-Konnessjonijiet Globali - L-Istudji Soċjali (Ġenerali)

1] Kapaċi nuri kif ħajti u l-ħajja tal-gruppi soċjali u tal-komunità lokali, nazzjonali u internazzjonali magħżula hija affettwata mill-globalizzazzjoni u mill-konnessjonijiet globali inkluż l-effett tal-McDonaldizzazzjoni fis-soċjetà tal-lum li jagħmel is-servizzi u l-prodotti disponibbli madwar id-dinja kollha; l-użu ta' robots eż. L-ATMs, l-internet banking u l-magni tal-bejgħ (vending machines); id-disponibbiltà tal-ikel f'Malta li tinkludi ċ-Ċiniż, l-Indjan, il-Messikan eċċ. 
 L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI
2] Kapaċi nispjega l-kapaċitajiet u n-nuqqasijiet involuti fil-konnessjonijiet li għandhom l-oġġetti u l-aspetti preżenti fil-ħajja tiegħi ta' kuljum f'komunità, f'soċjetà u f'kuntest globali usa' li jinkludu l-effett tal-McDonaldizzazzjoni fis-soċjetà tal-lum li tagħmel is-servizzi u l-prodotti disponibbli madwar id-dinja kollha; bl-użu ta' robots eż. l-ATMs, l-internet banking u l-magni tal-bejgħ; il-marka tal-karbonju implikata fl-importazzjoni tal-prodotti.

 L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nirrifletti fuq u nesplora l-identità Maltija tiegħi u r-relazzjonijiet bejn id-diversità u l-identità f'Malta, fl-Ewropa u fid-dinja.

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Globalizzazzjoni u l-Konnessjonijiet Globali - L-Istudji Soċjali (Magħżul)

1] Kapaċi nfittex informazzjoni dwar il-fabbriki lokali u internazzjonali u l-kumpaniji prinċipali f'termini tal-konnessjonijiet globali implikati fl-operati tagħhom inklużi l-modi kif jirriproduċu, jikkonsmaw, iħaddmu u jarmu l-iskart. 
2] Kapaċi nanalizza l-impatt tal-globalizzazzjoni u l-konnessjonijiet globali billi nagħmel distinzjoni bejn l-impatt fuq il-gruppi soċjali, il-popolazzjonijiet u ż-żoni ġeografiċi f'kuntesti lokali, nazzjonali u internazzjonali fir-rigward ta' kif il-komunità internazzjonali u Malta jirreaġixxu għal diżastri kbar eż. it-terremot tan-Nepal fl-2015, il-migrazzjoni bħala r-rispons uman għall-problemi lokali/reġjonali, il-kriżijiet finanzjarji; il-kriżijiet mhux umani b'riperkussjonijiet umani tal-pajjiżi Ewropej li jinkludu r-reazzjonijiet differenti minn pajjiżi oħrajn u mill-gvernijiet fir-rigward tal-fazzjonijiet fil-popolazzjoni. 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Jien nimpenja ruħi biex nempatizza u nżomm moħħi miftuħ f'sitwazzjonijiet ta' nuqqas ta' qbil, kontroversja u kunflitt filwaqt li nirrikonoxxi l-konvinzjonijiet u l-preġudizzji tiegħi eż. dawk politiċi, kulturali, reliġjużi, ekonomiċi, sesswali, ta' bejn is-sessi u tal-età.  Jien nifhem kif it-tagħlim dwar l-umanitajiet jista' jarrikixxi l-esperjenza u l-fehim tiegħi tad-dinja u kif tista' tkun ta' valur tul ħajti.

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Kultura - L-Istudji Soċjali (Ġenerali)

1] Kapaċi nsemmi l-aspetti kulturali tal-komunità lokali, nazzjonali u internazzjonali li fformaw/kienu fformati mill-movimenti relatati mal-istorja, mill-avvenimenti u mill-kuntesti kulturali tal-passat u tal-preżent inkluż il-fenomenu naturali u l-aspetti kulturali: it-tsunami tal-2004 fit-Tajlandja affettwa b'mod negattiv l-ekonomija tal-pajjiż; id-dħul iġġenerat mill-industrija tat-turiżmu. 
 L-UŻU TAL-MIDJA DIĠITALI
2] Kapaċi nagħti eżempji ta' konnessjoni globali fosthom il-kolonizzazzjoni u l-midja tal-massa li influwenzaw l-avveniment kulturali inkluż l-introduzzjoni taċ-ċelebrazzjonijiet tal-Karnival f'Malta mill-Ordni ta' San Ġwann; l-użu tal-istatwi waqt il-festi tal-qaddis patrun; il-moda.
 

L-UŻU TAL-MIDJA DIĠITALI



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Jien nimpenja ruħi biex nempatizza u nżomm moħħi miftuħ f'sitwazzjonijiet ta' nuqqas ta' qbil, kontroversja u kunflitt filwaqt li nirrikonoxxi l-konvinzjonijiet u l-preġudizzji tiegħi eż. dawk politiċi, kulturali, reliġjużi, ekonomiċi, sesswali, ta' bejn is-sessi u tal-età.

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Kultura - L-Istudji Soċjali (Magħżul)

1] Kapaċi nagħmel riċerka bażika dwar aspetti kulturali partikolari/magħżula li jifformaw parti mill-kuntesti lokali, nazzjonali u internazzjonali.
.

 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
2] Kapaċi nevalwa l-impatt tat-tali aspetti kulturali fuq is-soċjetà inkluż il-mużika pop, il-mudelli tal-irwoli, l-użu tal-lingwa, il-moda u d-divertiment. 
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Jien nifhem li l-valuri demokratiċi hekk kif imnaqqxa fil-Kostituzzjoni ta' Malta u fid-dokumenti internazzjonali huma vulnerabbli għal theddid ostili differenti. B'riżultat ta' hekk, nimpenja ruħi biex nipproteġi d-demokrazija bħala wirt għall-ġenerazzjonijiet futuri billi nippromwovi u nappoġġja t-tali valuri meta u fejn ikunu mhedda.  Jien nesplora u nevalwa x-xebh, id-differenza, il-bidla u l-kontinwità kemm fil-passat kif ukoll fil-preżent.  ​

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Bidla Soċjali - L-Istudji Soċjali (Ġenerali)

1] Kapaċi nispjega l-aspetti soċjoekonomiċi, kulturali u l-movimenti relatati magħżula li huma/kienu l-forzi wara bidla soċjali inkluż l-influwenza ta' Mahatma Gandhi fil-ġlieda tal-Indja għall-indipendenza; l-influwenza ta' Nelson Mandela fl-Afrika t'Isfel.  
2] Kapaċi nispjega l-bidliet fid-dinja tax-xogħol u s-setturi tagħha inkluż l-agrikoltura, is-sajd, il-manifattura, is-servizzi, ir-riċerka u l-iżvilupp u l-effett tar-Rivoluzzjoni Industrijali. 




Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Jien nesplora u nevalwa x-xebh, id-differenza, il-bidla u l-kontinwità kemm fil-passat kif ukoll fil-preżent. 

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Bidla Soċjali - L-Istudji Soċjali (Magħżul)

1] Kapaċi nanalizza l-impatt tal-aspetti magħżula tal-bidla soċjali billi niddistingwi l-impatt li dawn għandhom fuq gruppi soċjali differenti li jifformaw parti mill-komunità lokali, nazzjonali u internazzjonali inkluż l-impatt tax-xiri online fuq l-ambjent, l-ekonomija u l-industrija ta' Malta u tal-pajjiż l-ieħor barrani; l-impatt fuq il-familja u s-soċjetà Maltija bl-introduzzjoni tal-liġijiet il-ġodda tal-familja eż. il-Liġi tad-Divorzju (2012), il-Liġi tal-unjoni ċivili bejn l-istess sess (2014) eċċ.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nsemmi u nispjega d-drittijiet umani tiegħi li ma ngħaddix lil ħaddieħor u kif dawn huma restritti mid-drittijiet tal-oħrajn.

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Kriminalità, id-Devjazzjoni u l-Kontroll Soċjali - L-Istudji Soċjali (Ġenerali)

1] Kapaċi nispjega l-kuntesti soċjoekonomiċi u kulturali u l-movimenti relatati magħżula li jinfluwenzaw/influwenzaw il-kriminalità, id-devjazzjoni u l-kontroll soċjali inkluż il-Partit Nażista li impona l-kerfju fuq minoritajiet differenti waqt it-Tieni Gwerra Dinjija; id-Dipartiment Malti tal-Protezzjoni Ċivili li jiskoraġġixxi l-ivvjaġġar f'każijiet ta' temp estrem.
2] Kapaċi nanalizza kif il-kriminalità, id-devjazzjoni u l-kontroll soċjali jistgħu jkunu kklassifikati b'mod differenti mis-soċjetajiet tal-passat u tal-preżent. 

3] Kapaċi nispjega li dak li hu illegali/devjanti/kkontrollat mis-soċjetà llum jista' ma jkunx hekk għal dejjem u viċi-versa inkluż kif id-divorzju sar legali fil-pajjiżi kollha barra l-Filippini u l-Belt tal-Vatikan. 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nsemmi u nispjega d-drittijiet umani tiegħi li ma ngħaddix lil ħaddieħor u kif dawn huma restritti mid-drittijiet tal-oħrajn.

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Kriminalità, id-Devjazzjoni u l-Kontroll Soċjali - L-Istudji Soċjali (Magħżul)

1] Kapaċi nanalizza l-impatt tal-liġijiet, tar-regolamenti u tan-normi magħżula billi niddistingwi bejn l-impatt li dawn għandhom fuq gruppi soċjali, popolazzjonijiet u żoni ġeografiċi differenti li jifformaw parti mill-komunità lokali, nazzjonali u internazzjonali inkluż id-diffikultajiet iffaċċjati minn xi wħud mill-istati membri tal-Unjoni Ewropea biex jilħqu l-miri tal-EU2020. 




Agħti r-rispons tiegħek hawn