Il-Qasam tat-Tagħlim: L-Umanitajiet
L-Istudji Soċjali > LEVEL 7
Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Jien ħassieb/a kritiku/a u kapaċi nistaqsi permezz ta' sorsi differenti ta' informazzjoni biex nasal għall-konklużjonijiet infurmati sew, razzjonali, ġustifikati u etiċi f'proċess kontinwu ta' awtoriflessjoni li jinkludi l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-opinjonijiet tiegħi.
L-Aspett tas-Suġġett: Il-Jien fi ħdan is-Soċjetà: L-Istudji Soċjali (Ġenerali)
1] Kapaċi nagħraf ir-rabta bejn l-aspetti tal-identità tiegħi u ta' ħaddieħor għall-ambjent ġenerali u soċjali f'kuntest fejn il-Jien ikun eżaminat.
IT-TAGĦLIM SOĊJALI
2] Kapaċi nidentifika l-aspetti tal-identità tal-Jien li jiddistingwu il-Jien mix-xejra ġenerali fi ħdan ambjent soċjali partikolari bħall-kulur tal-ġilda u l-lingwa/i mitħaddta li huma marbuta mal-għeruq ġenetiċi u/jew soċjali u/jew it-trobbija f'Malta u/jew f'soċjeta/jiet oħra.
IT-TAGĦLIM SOĊJALI
3] Kapaċi nispjega s-soċjalizzazzjoni, dik primarja u sekondarja, u r-rabta bejn il-Jien/l-identitajiet u l-proċess tas-soċjalizzazzjoni.

Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi naħdem b'mod kreattiv u koperattiv fl-iskola u l-komunità tiegħi biex intejjeb ħajjet ħaddieħor.
L-Aspett tas-Suġġett: Il-Popolazzjonijiet, l-Iżvilupp u l-Ambjenti - L-Istudji Soċjali (Magħżul)
1] Kapaċi nispjega r-riżultati pożittivi u negattivi tal-interazzjoni bejn il-fatturi naturali u soċjali inkluż iż-żieda fl-għomor tal-ħajja bħala riżultat pożittiv taż-żieda fl-għarfien; it-tniġġis tal-arja bħala r-riżultat negattiv għall-użu tal-karburanti fossili; il-benesseri fiżiċi u soċjali bħala r-riżultati pożittivi tal-kundizzjonijiet klimatiċi favorevoli; il-kriżi ekonomika hekk kif xi kultant tkun ikkawżata mid-diżastri naturali.
L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI
2] Kapaċi nirrelata bejn id-disponibbiltà u l-prezz tal-prodotti/tas-servizzi; id-domanda u l-provvista.
NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI
2] Kapaċi nirrelata bejn id-disponibbiltà u l-prezz tal-prodotti/tas-servizzi; id-domanda u l-provvista.
NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Jien nirrifletti fuq u nesplora l-identità Maltija tiegħi u r-relazzjonijiet bejn id-diversità u l-identità f'Malta, fl-Ewropa u fid-dinja.
L-Aspett tas-Suġġett: Il-Gruppi u l-Istituzzjonijiet Soċjali - L-Istudji Soċjali (Ġenerali)
1] Kapaċi nispjega l-kapaċitajiet u n-nuqqasijiet fid-dinamika tal-gruppi soċjali u tal-istituzzjonijiet lokali, nazzjonali u internazzjonali li jinkludu l-koperazzjoni, l-ugwaljanza, is-solidarjetà, l-inklużjoni, it-tqassim u tpartit ta' riżorsi materjali eż. il-flus li jmorru minn pajjiż membru tal-UE għall-ieħor u r-riżorsi li mhumiex materjali bħall-għarfien interġenerazzjonali, il-korruzzjoni, l-esklużjoni soċjali, id-diskriminazzjoni, il-ksenofobija, ir-razziżmu, is-sessiżmu u x-xjuħija.
Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nidentifika l-proċessi politiċi tal-parteċipazzjoni, tar-rappreżentazzjoni, tal-kampanja għall-bidla u t-teħid tad-deċiżjonijiet u naf kif nieħu sehem f'dawn il-proċessi demokratiċi fl-iskola tiegħi bħall-Kunsill tal-Istudenti u l-ħajja ta' kuljum. Jien nesplora u nevalwa l-kwistjonijiet lokali u globali soċjali, ekonomiċi, politiċi u ambjentali kemm tal-passat kif ukoll tal-preżent.
L-Aspett tas-Suġġett: Il-Poter u l-Politika - L-Istudji Soċjali (Ġenerali)
1] Kapaċi nispjega l-kapaċitajiet u n-nuqqasijiet fid-dinamika tal-istrutturi tal-poter li jifformaw parti mill-kuntesti lokali, nazzjonali u internazzjonali tiegħi li jinkludu l-ordni, iż-żamma tas-sigurtà mill-gvernijiet nazzjonali u l-programmi dwar il-mobbiltà edukattiva eż. il-Comenius għall-istudenti Maltin bħala ċittadini tal-Unjoni Ewropea.
IL-PERSONALI
2] Kapaċi naħdem f'azzjoni politika sempliċi u nuża l-proċessi demokratiċi biex insolvi kwistjonijiet partikolari li jinkludu l-kampanji demokratiċi għal xi kandidat li jkun qed jikkontesta għal xi elezzjoni biex ikun elett demokratikament, nivvota għall-prefect tal-klassi/għal deċiżjoni/għal rappreżentant fuq il-kunsill tal-iskola jew xi ħaġa simili u nuża l-azzjoni politika meta l-leħen tal-minoranza li tivvota ma jkunx rifless fid-deċiżjonijiet meħuda jew fl-elezzjoni.
IL-BIDLA SOĊJALI

Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Jien nirrifiletti fuq u nesplora l-identità Maltija tiegħi u r-relazzjonijiet bejn id-diversità u l-identità f'Malta, fl-Ewropa u fid-dinja.
L-Aspett tas-Suġġett: Il-Globalizzazzjoni u l-Konnessjonijiet Globali - L-Istudji Soċjali (Ġenerali)
1] Kapaċi nispjega l-globalizzazzjoni.
2] Kapaċi nispjega l-konnessjoni/jiet globali.
3] Kapaċi nidentifika l-oġġetti u l-aspetti preżenti fil-ħajja tiegħi ta' kuljum li jinvolvu l-konessjoni/jiet għall-komunità, għas-soċjetà u għall-kuntest globali usa' inkluż l-ivvjaġġar; il-pajjiż/i fejn il-prodotti u s-servizzi li nikkonsma huma prodotti eż. l-ikel, l-ilbies, l-ICT u l-midja.
L-IMMANIĠĠJAR TAL-UŻU TAL-INTERNET
4] Kapaċi nagħmel konnessjonijiet globali permezz tal-iċċettjar online.

Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Jien nimpenja ruħi biex nempatizza u nżomm moħħi miftuħ f'sitwazzjonijiet ta' nuqqas ta' qbil, kontroversja u kunflitt filwaqt li nirrikonoxxi l-konvinzjonijiet u l-preġudizzji tiegħi eż. dawk politiċi, kulturali, reliġjużi, ekonomiċi, sesswali, ta' bejn is-sessi u tal-età. Jien nifhem kif it-tagħlim dwar l-umanitajiet jista' jarrikixxi l-esperjenza u l-fehim tiegħi tad-dinja u kif tista' tkun ta' valur tul ħajti.
L-Aspett tas-Suġġett: Il-Kultura - L-Istudji Soċjali (Ġenerali)
1] Kapaċi nagħraf ir-rabta/iet bejn l-aspetti kulturali u l-valuri partikolari inkluż l-importanza li qed tingħata lill-familja nukleari u dik estiża fi ħdan is-soċjetà Maltija.
L-IMMANIĠĠJAR TAL-UŻU TAL-INTERNET
2] Kapaċi nispjega l-kapaċitajiet u n-nuqqasijiet li jirriżultaw meta l-parteċipanti ta' kuntest soċjali jaqsmu l-aspetti kulturali komuni u ma jaqsmux/jaqsmu l-aspetti kulturali partikolari b'mod limitat.
NITGĦALLEM INKUN JIEN
3] Kapaċi nitgħallem dwar identitajiet kulturali oħrajn billi nikkomunika mal-istudenti fil-klassi/fl-iskola tiegħi li twieldu/ma twildux f'Malta u li għandhom għeruq differenti.
.

Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Jien nifhem li l-valuri demokratiċi hekk kif imnaqqxa fil-Kostituzzjoni ta' Malta u fid-dokumenti internazzjonali huma vulnerabbli għal theddid ostili differenti. B'riżultat ta' hekk, nimpenja ruħi biex nipproteġi d-demokrazija bħala wirt għall-ġenerazzjonijiet futuri billi nippromwovi u nappoġġja t-tali valuri meta u fejn ikunu mhedda. Jien nesplora u nevalwa x-xebh, id-differenza, il-bidla u l-kontinwità kemm fil-passat kif ukoll fil-preżent.
L-Aspett tas-Suġġett: Il-Bidla Soċjali - L-Istudji Soċjali (Ġenerali)
1] Kapaċi nsemmi modi differenti biex nuri kif il-każijiet/l-aspetti magħżula tal-bidla soċjali jaffettwaw lill-komunità immedjata u usa' tiegħi u lili nnifsi, bħal meta t-teknoloġija tal-informazzjoni tippermetti lill-membri tal-familja jibqgħu f'kuntatt mal-qraba u l-ħbieb li jgħixu barra u xi kultant tieħu post il-komunikazzjoni wiċċ imb wiċċ, anki jekk m'hemmx bżonn.
2] Kapaċi nsemmi d-differenza u s-similaritajiet bejn il-każijiet/l-aspetti magħżula tal-bidla soċjali li jifformaw parti mill-komunità immedjata u usa' tiegħi inkluż id-differenza: il-gwerra ċivili fil-pajjiżi Afrikani li wasslet għal żieda fl-immigrazzjoni lejn l-Ewropa; is-similarità: il-gwerra ċivili fil-pajjiżi Afrikani li wasslet għall-wasla tal-migranti irregolari fil-gżejjer Mediterranji inkluż Lampedusa u Malta.

Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nsemmi u nispjega d-drittijiet umani tiegħi li ma ngħaddix lil ħaddieħor u kif dawn huma restritti mid-drittijiet tal-oħrajn.
L-Aspett tas-Suġġett: Il-Kriminalità, id-Devjazzjoni u l-Kontroll Soċjali - L-Istudji Soċjali (Ġenerali)
1] Kapaċi nsemmi modi differenti biex nuri kif il-każijiet/l-aspetti u l-movimenti relatati magħżula, jinfluwenzaw/influwenzaw il-kriminalità, id-devjazzjoni u l-kontroll soċjali inkluż il-projbizzjoni legali tat-tipjip f'ħafna mill-ispazji pubbliċi f'Malta li tippermettili ngawdi spażji pubbliċi fejn mhux permess tipjip; il-projbizzjoni legali li fl-età tiegħi tippermettili milli naħdem għall-paga, tagħmilni dipendenti fuq il-ġenituri/gwardjani tiegħi.