Il-Qasam tat-Tagħlim: L-Umanitajiet
L-Istudji Soċjali > LEVEL 9
Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Jien ħassieb/a kritiku/a u kapaċi nistaqsi permezz ta' sorsi differenti ta' informazzjoni biex nasal għall-konklużjonijiet infurmati sew, razzjonali, ġustifikati u etiċi f'proċess kontinwu ta' awtoriflessjoni li jinkludi l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-opinjonijiet tiegħi.
L-Aspett tas-Suġġett: Il-Jien fi ħdan is-Soċjetà: L-Istudji Soċjali (Ġenerali)
1] Kapaċi nagħraf ir-rabta/iet bejn l-avvenimenti u l-kuntesti soċjoekonomiċi u kulturali tal-passat u tal-preżent u l-mod/i li n-nies jiżviluppaw u jesprimu ruħhom inkluż il-kolonizzazzjoni tal-Gżejjer Maltin mill-Imperu Brittaniku marbuta mal-impenn storiku u preżenti tal-lingwa Ingliża f'Malta, ir-rabta bejn il-kapitaliżmu u l-konsumeriżmu tal-identità tagħna.
IL-LINGWA ESPRESSIVA
IL-LINGWA ESPRESSIVA
Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Jien ħassieb/a kritiku/a u kapaċi nistaqsi mistoqsijiet permezz ta' sorsi differenti ta' informazzjoni biex nasal għall-konklużjonijiet infurmati sew, razzjonali, ġustifikati u etiċi f'proċess kontinwu ta' awto-riflessjoni li jinkludi l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-opinjonijiet tiegħi.
L-Aspett tas-Suġġett: Il-Jien fi ħdan is-Soċjetà - L-Istudji Soċjali (Magħżul)
1] Kapaċi nispjega l-kongruwenzi u l-kontradizzjonijiet li jeżistu flimkien mal-jien tiegħi u tal-oħrajn.
2] Kapaċi nispjega kif il-kongruwenzi u l-kontradizzjonijiet jaffettwaw il-mod kif niżviluppaw u nesprimu rwieħna inkluż il-preġudizzju, l-isterjotipi razzjali u l-ksenofobija.
2] Kapaċi nispjega kif il-kongruwenzi u l-kontradizzjonijiet jaffettwaw il-mod kif niżviluppaw u nesprimu rwieħna inkluż il-preġudizzju, l-isterjotipi razzjali u l-ksenofobija.
Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi naħdem b'mod kreattiv u koperattiv fl-iskola u l-komunità tiegħi biex intejjeb ħajjet ħaddieħor.
L-Aspett tas-Suġġett: Il-Popolazzjonijiet, l-Iżvilupp u l-Ambjenti - L-Istudji Soċjali (Magħżul)
1] Kapaċi nirrelata bejn l-avvenimenti u l-kuntesti naturali, soċjoekonomiċi, kulturali tal-passat u tal-preżent li b'mod sinifikanti huma marbuta mal-mod kif il-popolazzjonijiet żviluppaw/qed jiżviluppaw inkluż l-impatt tal-gwerer ċivili, fl-Afrika u fil-Lvant Nofsani, fuq il-migrazzjoni; l-impatt tal-immigrazzjoni tal-passat u tal-preżent fil-Gżejjer Maltin; il-multikulturaliżmu, it-tixjiħ tal-popolazzjoni, il-prekarjat; l-impatt tal-emigrazzjoni massiva tal-Maltin lejn l-Awstralja, il-Kanada u l-Ewropa fil-50ijiet u s-60ijiet u t-tbattil nazzjonali u tal-ħiliet; l-impatt tar-riċessjoni ekonomika; l-impatt tal-migrazzjoni tal-Maltin lejn pajjiżi Ewropej mad-dħul fl-UE fl-2004.
L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI
L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI
Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi naħdem b'mod kreattiv u koperattiv fl-iskola u l-komunità tiegħi biex intejjeb ħajjet ħaddieħor.
L-Aspett tas-Suġġett: Il-Popolazzjonijiet, l-Iżvilupp u l-Ambjenti - L-Istudji Soċjali (Ġenerali)
1] Kapaċi nispjega l-kongruwenzi u l-kontradizzjonijiet li huma marbuta mal-mod kif il-popolazzjonijiet żviluppaw/qed jiżviluppaw inkluż il-mod kif l-istess individwu/soċjetà jista'/tista' j/tappoġġja l-benesseri tal-annimali u s-sostenibbiltà iżda xorta j/tħalli warajh/a marka tal-karbonju.
Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Jien nirrifletti fuq u nesplora l-identità Maltija tiegħi u r-relazzjonijiet bejn id-diversità u l-identità f'Malta, fl-Ewropa u fid-dinja.
L-Aspett tas-Suġġett: Il-Gruppi u l-Istituzzjonijiet Soċjali - L-Istudji Soċjali (Ġenerali)
1] Kapaċi nagħraf ir-rabta/iet bejn l-avvenimenti kulturali u l-kuntesti tal-passat u tal-preżent, naturali, soċjoekonomiċi u l-mod/i kif il-gruppi
soċjali u l-istituzzjonijiet lokali, nazzjonali u internazzjonali żviluppaw/qed jiżviluppaw inkluż it-tiftix għall-ażil, il-fondazzjoni u l-operazzjonijiet tal-Kummissarju Għoli għar-Refuġjati Ġnus
Magħquda (UNHCR) f'Malta u stati oħrajn firmatorji Ġnus
Magħquda.
soċjali u l-istituzzjonijiet lokali, nazzjonali u internazzjonali żviluppaw/qed jiżviluppaw inkluż it-tiftix għall-ażil, il-fondazzjoni u l-operazzjonijiet tal-Kummissarju Għoli għar-Refuġjati Ġnus
Magħquda (UNHCR) f'Malta u stati oħrajn firmatorji Ġnus
Magħquda.
Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Jien nirrifletti fuq u nesplora l-identità Maltija tiegħi u r-relazzjonijiet bejn id-diversità u l-identità f'Malta, fl-Ewropa u fid-dinja.
L-Aspett tas-Suġġett: Il-Gruppi u l-Istituzzjonijiet Soċjali - L-Istudji Soċjali (Magħżul)
1] Kapaċi nispjega l-kongruwenzi u l-kontradizzjonijiet li huma marbuta mad-dinamika tal-gruppi soċjali u tal-istituzzjonijiet li jinkludu l-libertà tal-assoċjazzjoni fis-sistema legali ta' pajjiż u nirrelata t-twaqqif tal-movimenti soċjali; inżomm il-ħaddiema milli jingħaqdu ma' trade union (għaqdiet tal-ħaddiema) u dan nirrelatah mad-dritt għal-libertà ta' assoċjazzjoni.
Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nidentifika l-proċessi politiċi tal-parteċipazzjoni, tar-rappreżentazzjoni, tal-kampanja għall-bidla u t-teħid tad-deċiżjonijiet u naf kif nieħu sehem f'dawn il-proċessi demokratiċi fl-iskola tiegħi bħall-Kunsill tal-Istudenti u l-ħajja ta' kuljum. Jien nesplora u nevalwa l-kwistjonijiet lokali u globali soċjali, ekonomiċi, politiċi u ambjentali kemm tal-passat kif ukoll tal-preżent.
L-Aspett tas-Suġġett: Il-Poter u l-Politika - L-Istudji Soċjali (Ġenerali)
1] Kapaċi nagħraf ir-rabtiet bejn l-avvenimenti kulturali u l-kuntesti tal-passat u tal-preżent u l-istrutturi tal-poter u l-politika magħżula li jifformaw parti mill-kuntesti lokali, nazzjonali u internazzjonali tiegħi inkluż it-tibdil fil-klima, id-dħul fl-UE u l-leġiżlazzjoni ħadra (green legislation) f'Malta eż. il-konsum tal-basktijiet tal-plastik u l-fuel bla ċomb.
2] Kapaċi nispjega s-separazzjoni tal-poteri u nidentifika l-istrutturi relevanti jiġifieri dawk leġiżlattivi inkluż il-Parlament; eżekuttivi li jinkludu l-Kabinett, il-Korp tal-Pulizija u l-Armata; ġudizzjarji li jinkludu l-Qorti.
3] Kapaċi nispjega x'inhi politika f'termini ta' ftehim formali ddokumentat li jispjega l-mod kif ir-riżorsi għandhom ikunu amministrati.
4] Kapaċi nagħti eżempji ta' politiki komunitarji, nazzjonali u internazzjonali inkluż il-politika tal-iskola li tispjega għal xiex jien intitolat u l-limiti imposti eż. is-sigħat tal-iskola, il-libertà tal-espressjoni fil-mod kif nilbes eċċ.

Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nidentifika l-proċessi politiċi bażiċi tal-parteċipazzjoni, tar-rappreżentazzjoni, tal-kampanja għall-bidla u t-teħid tad-deċiżjoni u naf kif nieħu sehem f'dawn il-proċessi demokratiċi fl-iskola tiegħi inkluż il-Kunsill tal-Istudenti u l-ħajja ta' kuljum.
L-Aspett tas-Suġġett: Il-Poter u l-Politika - L-Istudji Soċjali (Magħżul)
1] Kapaċi nispjega d-differenza bejn gvern u governanza.
2] Kapaċi nsemmi eżempji ta' gvern u governanza fil-kuntesti lokali, nazzjonali u internazzjonali tiegħi inkluż il-Parlament Malti.
3] Kapaċi nispjega x'inhi l-Kostituzzjoni.
.
IL-PERSONALI
4] Kapaċi nispjega l-kunċett tal-poter inkluża d-distinzjoni bejn awtorità leġittima u poter illeġittimu.

Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Jien nirrifiletti fuq u nesplora l-identità Maltija tiegħi u r-relazzjonijiet bejn id-diversità u l-identità f'Malta, fl-Ewropa u fid-dinja.
L-Aspett tas-Suġġett: Il-Globalizzazzjoni u l-Konnessjonijiet Globali - L-Istudji Soċjali (Ġenerali)
1] Kapaċi nispjega id-dinamika/il-proċessi implikati fil-produzzjoni, fid-distribuzzjoni, fil-konsum u fir-rimi tal-iskart globalizzat/a inklużi l-pajjiżi multinazzjonali tal-Punent li jirreġistraw il-produzzjoni lejn il-pajjiżi tal-Lvant u/jew jarmu l-iskart industrijali f'pajjiżi inqas żviluppati.
Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nirrifletti fuq u nesplora l-identità Maltija tiegħi u r-relazzjonijiet bejn id-diversità u l-identità f'Malta, fl-Ewropa u fid-dinja.
L-Aspett tas-Suġġett: Il-Globalizzazzjoni u l-Konnessjonijiet Globali - L-Istudji Soċjali (Magħżul)
1] Kapaċi nfittex informazzjoni dwar il-gruppi soċjali u l-popolazzjonijiet magħżula li jifformaw parti mill-komunità lokali, nazzjonali u internazzjonali.
.
L-IMMANIĠĠJAR TAT-TAGĦLIM
2] Kapaċi nissuġġerixxi modi alternattivi għall-gruppi soċjali u l-popolazzjonijiet fil-komunità lokali, nazzjonali u internazzjonali biex jimpenja ruħhom mal-globalizzazzjoni u mal-konnessjonijiet globali inklużi s-sussidji tal-pajjiż żviluppati għall-iżvilupp ta' ekonomija aktar ħadra fil-pajjiżi inqas żviluppati.

Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Jien nimpenja ruħi biex nempatizza u nżomm moħħi miftuħ f'sitwazzjonijiet ta' nuqqas ta' qbil, kontroversja u kunflitt filwaqt li nirrikonoxxi l-konvinzjonijiet u l-preġudizzji tiegħi eż. dawk politiċi, kulturali, reliġjużi, ekonomiċi, sesswali, ta' bejn is-sessi u tal-età. Jien nifhem kif it-tagħlim dwar l-umanitajiet jista' jarrikixxi l-esperjenza u l-fehim tiegħi tad-dinja u kif tista' tkun ta' valur tul ħajti.
L-Aspett tas-Suġġett: Il-Kultura - L-Istudji Soċjali (Ġenerali)
1] Kapaċi nagħraf ir-rabta/iet bejn l-avvenimenti u l-kuntesti naturali, soċjoekonomiċi u kulturali tal-passat u tal-preżent li jifformaw parti mill-komunità lokali, nazzjonali u internazzjonali li jinkludu li tkun ċittadin/a tal-UE bħala r-riżultat tad-dħul ta' Malta fl-UE bħala stat-membru fl-2004.
Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Jien nimpenja ruħi biex nempatizza u nżomm moħħi miftuħ f'sitwazzjonijiet ta' nuqqas ta' qbil, kontroversja u kunflitt filwaqt li nirrikonoxxi l-konvinzjonijiet u l-preġudizzji tiegħi eż. dawk politiċi, kulturali, reliġjużi, ekonomiċi, sesswali, ta' bejn is-sessi u tal-età.
L-Aspett tas-Suġġett: Il-Kultura - L-Istudji Soċjali (Magħżul)
1] Kapaċi niżviluppa proġett kulturali b'kollaborazzjoni mal-klassi u l-iskola tiegħi eż. esebizzjoni/dramm/wirja/esebita/i/mtellgħa fl-iskola/fil-Kunsill Lokali biex tinvolvi l-udjenza.
Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Jien nifhem li l-valuri demokratiċi hekk kif imnaqqxa fil-Kostituzzjoni ta' Malta u fid-dokumenti internazzjonali huma vulnerabbli għal theddid ostili differenti. B'riżultat ta' hekk, nimpenja ruħi biex nipproteġi d-demokrazija bħala wirt għall-ġenerazzjonijiet futuri billi nippromwovi u nappoġġja t-tali valuri meta u fejn ikunu mhedda. Jien nesplora u nevalwa x-xebh, id-differenza, il-bidla u l-kontinwità kemm fil-passat kif ukoll fil-preżent.
L-Aspett tas-Suġġett: Il-Bidla Soċjali - L-Istudji Soċjali (Ġenerali)
1] Kapaċi nispjega r-rabtiet bejn l-aspetti soċjoekonomiċi u kulturali tal-passat u tal-preżent tal-bidla soċjali fil-komunità immedjata u usa' tiegħi inkluż il-familja nukleari u l-urbanizzazzjoni u kif dawn huma każijiet ta' bidla soċjali li huma marbuta mal-fenomenu soċjoekonomiku tar-Rivoluzzjoni Industrijali.
Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Jien nesplora u nevalwa x-xebh, id-differenza, il-bidla u l-kontinwità kemm fil-passat kif ukoll fil-preżent.
L-Aspett tas-Suġġett: Il-Bidla Soċjali - L-Istudji Soċjali (Magħżul)
1] Kapaċi nissuġġerixxi modi alternattiv biex nuri kif il-gruppi soċjali, il-popolazzjonijiet u ż-żoni ġeografiċi li jifformaw parti mill-komunità lokali, nazzjonali u internazzjonali huma affettwati mill-każijiet magħżula tal-bidla soċjali.
Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nsemmi u nispjega d-drittijiet umani tiegħi li ma ngħaddix lil ħaddieħor u kif dawn huma restritti mid-drittijiet tal-oħrajn.
L-Aspett tas-Suġġett: Il-Kriminalità, id-Devjazzjoni u l-Kontroll Soċjali - L-Istudji Soċjali (Ġenerali)
1] Kapaċi nagħraf ir-rabtiet bejn il-liġijiet, ir-regolamenti, in-normi, l-aspetti soċjoekonomiċi u kulturali tal-passat u tal-preżent li jifformaw parti mill-komunità lokali, nazzjonali u internazzjonali inkluż il-mod kif b'mod legali, diskriminazzjoni razzjali (Apartheid), illimitat id-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni b'ġilda skura fl-Afrika t'Isfel eż. ma kellhomx id-dritt għall-vot sal-1993.
Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nsemmi u nispjega d-drittijiet umani tiegħi li ma ngħaddix lil ħaddieħor u kif dawn huma restritti mid-drittijiet tal-oħrajn.
L-Aspett tas-Suġġett: Il-Kriminalità, id-Devjazzjoni u l-Kontroll Soċjali - L-Istudji Soċjali (Magħżul)
1] Kapaċi nissuġġerixxi modi alternattivi għall-gruppi soċjali u l-popolazzjonijiet magħżula li jifformaw parti mill-komunità lokali, nazzjonali u internazzjonali biex jindirizzaw il-kriminalità, id-devjazzjoni u l-kontroll soċjali inkluż id-dekriminalizzazzjoni ta' ċerti drogi.