Rispons
EN | MT  

Il-Qasam tat-Tagħlim: L-Umanitajiet

L-Istudji Soċjali > LEVEL 6





Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Jien ħassieb/a kritiku/a u kapaċi nistaqsi permezz ta' sorsi differenti ta' informazzjoni biex nasal għall-konklużjonijiet infurmati sew, razzjonali, ġustifikati u etiċi f'proċess kontinwu ta' awtoriflessjoni li jinkludi l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-opinjonijiet tiegħi. 

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Jien fi ħdan is-Soċjetà: L-Istudji Soċjali (Ġenerali)

1] Kapaċi niddeskrivi xi karatteristiċi fiżiċi u soċjali li jagħtu identità lil Jien, jagħmlu persuna simili u/jew differenti minn persuni oħrajn fil-klassi jew fil-viċinanza tiegħi, inkluż il-kulur tal-ġilda u l-lingwa/i mitkellma. 
 
2] Kapaċi nesprimi l-mod meta persuna jew grupp ta' persuni jesperjenza/jħossu l-ferħ, id-dwejjaq, il-biża', l-imħabba, ir-rabja, is-simpatija u l-umiljazzjoni. 
3] Kapaċi nagħraf ir-rabta bejn is-sentimenti u l-avvenimenti storiċi meta jkun hemm telfa ta' xi qraba; il-ħajja fix-xelters matul it-Tieni Gwerra Dinjija. 
4] Kapaċi nsemmi eżempji meta l-identità tal-Jien tissaħħaħ permezz tal-kunflitt fis-soċjetà bħall-involviment u l-irwol ta' Malta fit-Tieni Gwerra Dinjija, attakkata mill-pajjiżi ġirien u nirrelataha meta f'dawk iż-żminijiet Malta kienet kolonja Brittanika. 
.
 IS-SMIGĦ U L-FEHIM



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi naħdem b'mod kreattiv u koperattiv fl-iskola u l-komunità tiegħi biex intejjeb ħajjet ħaddieħor.

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Popolazzjonijiet, l-Iżvilupp u l-Ambjenti - L-Istudji Soċjali (Magħżul)

1] Kapaċi nidentifika l-ambjenti li jinkludu l-interazzjoni/il-kombinazzjoni/l-interdipendenza ta' elementi naturali u soċjali u l-proċessi fl-inħawi lokali, nazzjonali u globali tiegħi. 
 IT-TAGĦLIM KREATTIV
2] Kapaċi niddeskrivi ambjenti li jinkludu l-interazzjoni/il-kombinazzjoni/l-interdipendenza tal-elementi naturali u soċjali u l-proċessi fil-kuntesti lokali, nazzjonali u internazzjonali tiegħi.  
3] Kapaċi npoġġi l-avvenimenti u l-artifatti f'ordni kronoloġika u nieħu idea ċara ta' xi jsarrfu.

4] Kapaċi npoġġi f'ordni kronoloġika, l-avvenimenti storiċi f'kalendarju inkluż il-konnessjoni storika u ġeografika bejn Malta u l-kontinent Ewropew; Għar Dalam u l-ewwel abitanti ta' Malta (minn Sqallija madwar 5,000QK); it-tempji megalitiċi f'Malta u d-dolmen u l-menħir ta' Żmien il-Bronż, il-Feniċji u l-katakombi u l-kappelli tal-kampanja; l-ibliet fortifikati tal-Imdina, tal-Birgu (Vittoriosa) u taċ-Ċittadella fir-Rabat, Għawdex u t-terremoti fil-Baħar Mediterran u l-pajjiżi tal-madwar.
5] Kapaċi nuża l-istrumenti bażiċi tat-temp biex naqra l-aktar elementi importanti tat-temp fosthom id-direzzjoni tar-riħ, it-temperatura, u l-pressjoni atmosferika bl-użu tal-pinnur tar-riħ, it-termometru u l-barometru. 
 IT-TAGĦLIM KREATTIV
6] Kapaċi nsemmi eżempji ta' mġiba etika u mhux etika lejn l-ambjent fiżiku u soċjali eż. l-effetti fuq l-abitati u l-ispeċi.  
7] Kapaċi niddiskuti eżempji ta' mġiba etika u mhux etika lejn l-ambjenti fiżiċi u soċjali eż. l-effetti fuq l-abitati u l-ispeċi li jinkludu r-riċiklar tal-ħġieġ, tal-plastik, il-karta, u l-metall kif ukoll id-dispożizzjoni xierqa tal-batterji użati eż. permezz tal-kampanja Batterina. 
8] Kapaċi nirrelata l-konnessjonijiet bejn ir-riżultati tal-imġiba etika u mhux etika lejn l-ambjenti, l-abitati, l-ispeċi u l-ġustizzja soċjali inkluża ċ-ċittadinanza globali li tirreferi għar-responsabbiltà ta' persuni li qatt ma ltqajt magħhom fil-każ taż-żieda fit-temperaturi mqanqla mill-bniedem li kkawżat tibdil fil-klima li twassal għall-migrazzjoni sfurzata, nuqqas ta' ikel u ż-żieda fil-livelli tal-baħar. 
9] Kapaċi nissuġġerixxi soluzzjonijiet bażiċi biex insolvi l-problemi ambjentali lokali u nazzjonali.
10] Kapaċi niddiskuti l-kapaċitajiet u n-nuqqasijiet tas-soluzzjonijiet biex insolvi l-problemi ambjentali lokali u nazzjonali.
11] Kapaċi nidentifika postijiet fuq il-mapep inklużi l-gżejjer kollha ta' Malta; bliet sinifikattivi eż. il-Belt Valletta, l-Imdina, il-Kottonera li tinkludi l-Birgu, l-Isla u Bormla u r-Rabat Għawdex;  lokalitajiet oħra eż. Tas‐
Sliema u rħula sinifikattivi eż. Marsaxlokk, portijiet eż. il-Port il-Kbir, Marsamxett, il-Port Ħieles, iċ-Ċirkewwa u l-Imġarr Għawdex; il-pajjiżi kollha fil-Mediterran; l-ixmajjar tal-Baħar Mediterran eż in-Nil u l-Po, l-Istrett ta' Ġibiltà, il-Kanal Swejż u d-Dardanelli.
12] Kapaċi nispjega s-setturi primarji tal-ekonomija: il-biedja u s-sajd; dawk sekondarji; il-manifattura: dawk terzjarji; is-servizz; u l-kwaternarju; ir-riċerka u l-iżvilupp. 
13] Kapaċi nispjega d-differenza bejn prodott u servizz disponibbli/aċċessibbli fis-settur ekonomiku.
14] Kapaċi nispjega d-differenza bejn id-domanda u l-provvista fis-settur ekonomiku. 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Jien nirrifletti fuq u nesplora l-identità Maltija tiegħi u r-relazzjonijiet bejn id-diversità u l-identità f'Malta, fl-Ewropa u fid-dinja. 

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Gruppi u l-Istituzzjonijiet Soċjali - L-Istudji Soċjali (Ġenerali)

1] Kapaċi nispjega l-irwol/i jew il-funzjoni/jiet differenti ssodisfati mill-gruppi soċjali u l-istituzzjonijiet lokali, nazzjonali u internazzjonali li jinkludu l-familja, il-ħbieb, il-midja, il-pulizija, il-gvern, id-Dar tal-Providenza, Puttinu Cares, l-Inspire Foundation, il-konsumaturi tal-prodotti ekonomiċi eż. l-ikel u l-ilbies u l-prodotti kulturali.
  IL-PERSONALI
2] Kapaċi niddistingwi bejn l-eżempji ta' ċittadinanza attiva li jinkludu li tkun membru tal-kunsill tal-istudenti tal-iskola, il-kunsill tal-ġenituri u tal-għalliema tal-iskola, il-Kunsill Lokali, għaqdiet mhux governattivi (NGOs) eċċ.




Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nidentifika l-proċessi politiċi tal-parteċipazzjoni, tar-rappreżentazzjoni, tal-kampanja għall-bidla u t-teħid tad-deċiżjonijiet u naf kif nieħu sehem f'dawn il-proċessi demokratiċi fl-iskola tiegħi bħall-Kunsill tal-Istudenti u l-ħajja ta' kuljum. Jien nesplora u nevalwa l-kwistjonijiet lokali u globali soċjali, ekonomiċi, politiċi u ambjentali kemm tal-passat kif ukoll tal-preżent. 

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Poter u l-Politika - L-Istudji Soċjali (Ġenerali)

1] Kapaċi nsemmi każijiet mill-passat u mill-preżent fil-kuntesti lokali, nazzjonali u internazzjonali tiegħi meta l-poter ikun eżerċitat b'awtorità u meta l-poter ikun eżerċitat mingħajr awtorità/meta l-poter huwa abbużiv. 
2] Kapaċi niddistingwi bejn każijiet tal-passat u tal-preżent fil-kuntesti lokali, nazzjonali u internazzjonali tiegħi meta l-poter ikun eżerċitat b'awtorità u meta ma jkunx/meta l-poter ikun abbużiv bħall-partit Nażista Ġermaniż tal-1930-1940 li impona kerfju fuq il-komunità etnika Lhudija u minoritajiet oħrajn. 

3] Kapaċi nispjega kif jittieħdu d-deċiżjonijiet b'mod demokratiku fl-iskola/fil-komunità/fil-pajjiż tiegħi li jinkludu l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali li jinvolvu lill-elettorat biex jivvota f'ġurnata partikolari u jesprimi l-preferenzi tiegħu għar-rappreżentattivi tal-Kunsill Lokali/l-elezzjonijiet tal-kunsill tal-iskola. 
4] Kapaċi nispjega għala d-deċiżjonijiet jittieħdu b'mod demokratiku fl-iskola/fil-komunità/fil-pajjiż tiegħi inklużi l-elezzjonijiet ġenerali u dawk tal-kunsilli lokali biex ikun żgurat li jkun hemm għażla demokratika tar-rappreżentanti. 
5] Kapaċi niddistingwi bejn l-istrutturi li jeżerċitaw il-poteri b'mod demokratiku/mhux b'mod demokratiku fis-soċjetà. 
6] Kapaċi nispjega l-kapaċitajiet u n-nuqqasijiet li jkun hemm fl-istrutturi li jeżerċitaw il-poter b'mod mhux demokratiku/b'mod demokratiku fis-soċjetà. 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Jien nirrifiletti fuq u nesplora l-identità Maltija tiegħi u r-relazzjonijiet bejn id-diversità u l-identità f'Malta, fl-Ewropa u fid-dinja. 

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Globalizzazzjoni u l-Konnessjonijiet Globali - L-Istudji Soċjali (Ġenerali)

1] Kapaċi nsemmi modi/eżempji biex nuri kif il-kuntest lokali tiegħi huwa marbut ma' komunità u kuntest globali aktar wiesa' inkluża l-influwenza tal-istorja ta' Malta bħala pajjiż ikkolonizzat eż. il-Kavallieri ta' San Ġwann fl-arkitettura Barokka, fit-tradizzjonijiet, fit-teatru u fil-Karnival. 
L-IMMANIĠĠJAR TAL-UŻU TAL-INTERNET
2] Kapaċi naqbad ma' xi ħadd/naċċessa informazzjoni f'/minn pajjiż ieħor billi nuża l-internet id-dar jew fil-klassi. 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Jien nimpenja ruħi biex nempatizza u nżomm moħħi miftuħ f'sitwazzjonijiet ta' nuqqas ta' qbil, kontroversja u kunflitt filwaqt li nirrikonoxxi l-konvinzjonijiet u l-preġudizzji tiegħi eż. dawk politiċi, kulturali, reliġjużi, ekonomiċi, sesswali, ta' bejn is-sessi u tal-età.  Jien nifhem kif it-tagħlim dwar l-umanitajiet jista' jarrikixxi l-esperjenza u l-fehim tiegħi tad-dinja u kif tista' tkun ta' valur tul ħajti.

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Kultura - L-Istudji Soċjali (Ġenerali)

1] Kapaċi nispjega t-terminu 'kultura' billi ngħid li l-kultura tirrappreżenta dak kollu li mhuwiex trażmess ġenetikament iżda nkiseb bis-saħħa tal-preżenza f'ambjent soċjali partikolari. 
2] Kapaċi nidentifika l-aspetti tal-komunità lokali, nazzjonali u internazzjonali li jwasslu għas-similaritajiet u d-differenzi bejn il-parteċipanti tat-tali kuntesti li jinkludu li jsir paragun bejn l-istil ta' ħajja tat-turisti f'Malta u l-popolazzjoni Maltija. 
3] Kapaċi nagħraf ir-rabtiet bejn is-similaritajiet u d-differenzi msemmija bejn in-nies u lil xiex jagħtu importanza inklużi t-tradizzjonijiet u l-ilbies ta' pajjiżi differenti fil-Mediterran eż. xi lbies tradizzjonali tas-suldati Rumani. 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Jien nifhem li l-valuri demokratiċi hekk kif imnaqqxa fil-Kostituzzjoni ta' Malta u fid-dokumenti internazzjonali huma vulnerabbli għal theddid ostili differenti. B'riżultat ta' hekk, nimpenja ruħi biex nipproteġi d-demokrazija bħala wirt għall-ġenerazzjonijiet futuri billi nippromwovi u nappoġġja t-tali valuri meta u fejn ikunu mhedda.  Jien nesplora u nevalwa x-xebh, id-differenza, il-bidla u l-kontinwità kemm fil-passat kif ukoll fil-preżent.  ​

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Bidla Soċjali - L-Istudji Soċjali (Ġenerali)

1] Kapaċi nidentifika mill-inqas żewġ kawżi u konsegwenzi ta' każijiet/eżempji ta' bidla soċjali.
2] Kapaċi nidentifika l-bidliet bejn il-metodi u t-teknoloġiji użati fil-passat fl-industrija tas-sajd/tal-agrikoltura u dawk li jintużaw illum inkluż il-progress teknoloġiku; it-tħassib dwar l-ambjent u l-konsegwenzi tar-/tal-rimi/riċiklar/użu mill-ġdid ta' materjali
bi traskuraġni/bil-galbu. 

3] Kapaċi nidentifika s-similaritajiet u d-differenzi bejn l-oġġetti/aspetti tal-komunità lokali, nazzjonali u internazzjonli li għaddew/għaddejja minn bidla.  
4] Kapaċi nidentifika s-similaritajiet u d-differenzi bejn it-tipi ta' soċjetajiet ewlenin li dehru fl-istorja. 
5] Kapaċi nimpenja ruħi mal-mogħdija taż-żmien f'termini tal-kontinwità u l-bidla.
6] Kapaċi niddistingwi bejn l-4 tipi differenti tas-sorsi storiċi fosthom: (i) l-artifatti jew il-fdalijiet arkeoloġiċi eż. buttuna, munita, binja jew qasam eċċ; (ii) is-sorsi viżwali eż. ir-ritratti, il-pitturi, il-mapep eċċ; (iii) is-sorsi orali eż. l-intervisti, ix-xandir fuq ir-radju eċċ; (iv) u s-sorsi miktuba eż. id-djarji, il-manuskritti, l-ittri eċċ.
7] Kapaċi niddinstingwi bejn sorsi primarji, sekondarji u simulati i.e. is-sorsi li mhumiex oriġinali iżda magħmula mill-għalliem/a jew minn xi ħadd ieħor. 
8] Kapaċi nanalizza is-sorsi primarji, sekondarji u simulati. 
9] Kapaċi niddistingwi bejn fatt u opinjoni.
10] Kapaċi nevalwa kif is-sorsi storiċi jgħidulna affarijiet differenti dwar l-istess avveniment inkluż l-aspetti tas-soċjetà Rumana bħall-agrikoltura, il-kummerċ, il-militar u r-riżorsi miksuba billi kkolonizzaw pajjiżi oħrajn; l-aspetti tas-soċjetà Brittanika bħall-agrikoltura, il-kummerċ, il-militar u r-riżorsi miksuba billi kkolonizzaw pajjiżi oħrajn, iżda ta' min wieħed jinnota li l-ekonomija kienet ibbażata fuq il-manifattura.
 

11] Kapaċi nispjega t-tifsira tal-preistorja u tal-istorja. 
12] Kapaċi naħdem skeda ta' żmien ta' data li tinvolvi seklu/sekli.
13] Kapaċi niddeskrivi t-tipi ewlenin tas-soċjetà li jidhru fl-istorja tad-dinja b'mod partikolari fl-istorja ta' Malta inkluż f'soċjetà preistorika jew f'gruppi ta' persuni li setgħu eżistew u għexu flimkien madwar 4,500-5,500 sena, iżda li nafu dwarhom biss permezz tal-fdalijiet eż. bħat-tempji u l-għodod; minħabba li ma nstabet l-ebda evidenza li tmur lura għal dawn iż-żminijiet. 
14] Kapaċi nagħmel skeċċ tal-iskeda ta' żmien/nagħmel lista tal-okkażjonijiet importanti fl-istorja Maltija. 
15] Kapaċi nsemmi eżempju/i tal-evidenza storika rilevanti ma' kull okkażjoni importanti inkluż il-Preistorja: l-ewwel abitanti ta' Malta minn Sqallija, il-perjodu ta' Għar Dalam; iż-żminijiet Neolitiċi: it-tempji; Żmien il-Bronż: l-għodod; il-Feniċji: il-katakombi; ir-Rumani; id-Domus; l-Għarab; il-Ġebla ta' Majmuna; il-Kavallieri ta' San Ġwann; il-Katidral u l-fortifikazzjonijiet. 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nsemmi u nispjega d-drittijiet umani tiegħi li ma ngħaddix lil ħaddieħor u kif dawn huma restritti mid-drittijiet tal-oħrajn.

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Kriminalità, id-Devjazzjoni u l-Kontroll Soċjali - L-Istudji Soċjali (Ġenerali)

1] Kapaċi nikklassifika l-azzjonijiet li huma kkunsidrati bħala illegali; l-azzjonijiet li huma kkunsidrati li jmorru kontra xi regolament u l-azzjonijiet li huma kkunsidrati li jmorru kontra dawk l-aspettattivi/l-linji gwida normali tal-imġiba i.e. in-normi, inkluż is-serq; li tmur tard għall-iskola; meta fil-pajjiżi tal-Punent ma tiħux bl-idejn dak li jkun meta tintroduċi ruħek. 
2] Kapaċi nsemmi eżempji differenti tal-passat u tal-preżent bejn is-soċjetajiet meta j/tiġi għal-liġijiet, għar-regolameti u għan-normi inkluż li tieħu b'idejn xi ħadd bħala merħba fil-kulturi tal-Punent kontra li tbaxxi rasek 'l isfel (bowing) fil-kulturi tal-Lvant. 
3] Kapaċi nagħraf ir-rabta bejn il-liġijiet, ir-regolamenti, in-normi, is-soċjalizzazzjoni u l-aġenti tas-soċjalizzazzjoni.
4] Kapaċi nidentifika l-aġent/i tal-kontroll soċjali b'eżempji tal-kriminalità, tad-devjazzjoni u tal-kontroll soċjali inkluż l-ħin li nqatta' online kkontrollat mill-ġenituri/gwardjani tiegħi; in-numru ta' snin li nqatta' fl-edukazzjoni obbligatorja hekk kif iddeterminat mil-liġi.  




Agħti r-rispons tiegħek hawn